Aqbeż għall-kontentut

Giuseppe Verdi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Verdi)


Giuseppe Verdi
Senatur tar-Renju tal-Italja

15 Novembru 1874 - 3 Ottubru 1876
Membru tal-Kamra tad-Deputati tar-Renju tal-Italja

3 Frar 1861 - 7 Settembru 1865
Ħajja
Twelid Le Roncoleu Italja, 10 Ottubru 1813, 9 Ottubru 1813
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Dukat ta' Parma
Mewt Milan, 27 Jannar 1901
Post tad-dfin Casa de Riposo por Musicisti
Kawża tal-mewt kawżi naturali (puplesija)
Familja
Konjuga/i Margherita Barezzi  (4 Mejju 1836 -  19 Ġunju 1840)
Giuseppina Strepponi  (29 Awwissu 1859 -  14 Novembru 1897)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Vincenzo Lavigna
Ferdinando Provesi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
surmast tal-orkestra
kittieb
politiku
Xogħlijiet importanti La traviata
Rigoletto
Aida
Nabucco
Il Trovatore
Requiem
Falstaff (en) Translate
Quattro Pezzi Sacri (en) Translate
Premjijiet
Sħubija L-Akkademja Żvediża tal-Mużika
Académie des beaux-arts (en) Translate
Moviment mużika romantika
Moviment artistiku mużika klassika
opra
Strument/i tal-mużika pjanu

Giuseppe Fortunino Francesco Verdi (10 ta' Ottubru, 1813, Roncole - 27 ta' Jannar, 1901, Milan), kien kompożitur romantiku Taljan. Ix-xogħol tiegħu, magħmul essenzjalment minn opri li jikkombinaw il-qawwa melodika mal-forza psikoloġika u leġġendarja, huwa wieħed mill-aktar importanti fl-istorja tat-teatru mużikali.
Verdi kien wieħed mill-kompożituri ta' opri Taljani l-aktar influwenti tas-seklu 19, b'influwenza li nistgħu nqabbluha ma' dik ta' Bellini, Donizetti, Puccini u Rossini. Ix-xogħlijiet tiegħu huma spiss rappreżentati fit-teatri tal-opra tad-dinja kollha u ċerti melodiji mill-opri tiegħu ilhom ħafna li saru parti mill-kultura popolari, bħal, pereżempju, "La donna è mobile" minn Rigoletto, "Brindisi" minn La Traviata, "Va, pensiero" minn Nabucco jew il-"Marċ Trijonfali" minn Aida. L-opri ta' Verdi għadhom jiddominaw ir-repertorju tal-arti lirika, seklu u nofs wara li nħolqu.
Verdi ma tantx kien impenjat politikament. Madankollu kien jawtorizza l-użu tal-immaġni u tax-xogħlijiet tiegħu fil-proċess tal-unifikazzjoni tal-peniżola Taljana. Għal dir-raġuni, Verdi sar, flimkien ma' Garibaldi u Cavour, figura emblematika tar-Risorgimento.[1]

Huwa beda’ juri x-xewqa għall-mużika meta kien għadu żgħir u rċieva ftit lezzjonijiet mill-organista tar-raħal. Missieru, Carlo Verdi, kien jieħu ħsieb lukanda u ħanut tal-merċa; kien fqir biex jagħti lit-tifel tiegħu edukazzjoni tajba, imma t-tifel għogbitu n-nota ta’ Antonio Barezzi (merkant u dilettant tal-mużika fil-Belt ta’ Busseto) li nkoraġġih u assistih fl-edukazzjoni mużikali. Minbarra li kkopja partijiet u emula l-organista tal-belt, Verdi beda jikteb biċċiet mill-mużika għas-Soċjetà Filarmonika Lokali u għall-knisja wkoll.[2]

Fl-eta’ ta’ tmintax-il-sena, Barezzi tah borża ta’ studju biex imur Milan u jistudja fiil-Konservatorju. Huwa ma ġiex milqugħ minħabba l-età imma baqa’ Milan għal tliet snin, jistudja ma’ Vincenzo Lavigna, mużiċista fl-orkestra tat-teatru La Scala. Fl-1834 Verdi rritorna f’Busseto biex jitħarreġ, bl-appoġġ tal-Maestro tal-kappella. Inħatar bħala Maestro tal-Mużika għall-Komunisti u kellu rwol importanti fil-ħajja tal-Belt.

Fl-1836 huwa żżewweg lil Margherita Barezzi, it-tifla tal-Patrun tiegħu. Giuseppe Verdi miet fl-1901 fl-età ta' 88 sena.

L-ewwel opra tiegħu, "Oberto", ġiet aċċettata għall-provi f’La Scala. Wara xhur ta’ posponimenti, fl-aħħar li kienet ipproduċiet fl-1839 kienet suċċess kbir meta ppubblikah Giovanni Ricordi. Il-mużika Taljana ġiet ippublikata tant li l-kumpanija għamlet il-qligħ mill-mużika ta’ Verdi.

Lista ta’ xogħlijiet prinċipali ta’ Verdi

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Phillips-Matz, Mary Jane (1993). Verdi: A Biography. Oxford: Oxford University Press. ISBN 978-0-19-313204-7.
  2. ^ Parker, Roger (1998), "Verdi, Giuseppe", in Sadie, Stanley (ed.), The New Grove Dictionary of Opera, 4, London: Macmillan Publishers, p. 933, ISBN 978-0-333-73432-2.