Aqbeż għall-kontentut

Rotot ta' Santiago de Compostela fi Franza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mappa bir-rotot Ewropej lejn Santiago de Compostela

L-UNESCO ddeżinjat ir-Rotot ta' Santiago de Compostela fi Franza bħala Sit ta' Wirt Dinji f'Diċembru 1998 abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

L-arzella pellegrina, waħda mis-simboli tul tar-rotot tal-pellegrinaġġ ta' San Ġakbu

Ir-rotot jgħaddu mir-reġjuni ta' Franza li ġejjin: Aquitaine, Auvergne, Basse-Normandie, Bourgogne, Centre, Champagne-Ardenne, Ile-de-France, Languedoc-Roussillon, Limousin, Midi-Pyrénées, Picardie, Poitou-Charentes, u Provence-Alpes-Côte d'Azur. L-UNESCO tqis li l-valur universali straordinarju tas-sit jinsab fir-rwol li r-rotot kellhom fl-"iskambju reliġjuż u kulturali", fl-iżvilupp ta' "binjiet speċjalizzati" tul ir-rotot, u fix-"xhieda eċċezzjonali tagħhom tas-setgħa u tal-influwenza tal-Kristjaneżmu fost in-nies ta' kull klassi tas-soċjetajiet u tal-pajjiż Ewropej fil-Medjuevu".[1]

L-UNESCO ddeżinjat 71 struttura tul ir-rotot tal-pellegrinaġġ u seba' mogħdijiet min-network ta' mogħdijiet magħruf bħala Chemin du Puy. Il-biċċa l-kbira tal-istrutturi huma monumenti, knejjes jew ‘sptarijiet' li kienu verament sptarijiet jew inkella kienu qishom bereġ li joffru servizzi lill-pellegrini fi triqithom lejn Santiago de Compostela fi Spanja. Uħud mill-istrutturi huma postijiet ta' pellegrinaġġ fihom infushom, filwaqt li strutturi oħra jinkludu xi torri, pont jew bieb prinċipali ta' belt.[2]

Il-Pont Valentré ta' Cahors

Uħud mill-istrutturi inklużi f'dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma wkoll strutturi li huma inklużi bħala Sit ta' Wirt Dinji waħedhom, bħal pereżempju l-knisja ta' Vézelay jew il-katidral ta' Amiens, jew inkella huma inklużi bħala struttura partikolari minn għadd ta' strutturi ta' Sit ta' Wirt Dinji differenti, bħal pereżempju t-Torri ta' San Ġakbu, f'Pariġi, li hu wieħed mit-torrijiet jew mill-kampnari ta' Franza u tal-Belġju li huma iskritti bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed fil-lista tal-UNESCO. Dawn li ġejjin huma l-71 struttura fir-Rotot ta' Santiago de Compostela fi Franza:

  1. Périgueux: il-katidral ta' Saint-Front – Aquitaine
  2. Saint-Avit-Sénieur: il-knisja tar-raħal – Aquitaine
  3. Le Buisson-de-Cadouin: l-eks abbazija – Aquitaine
  4. Bazas: l-eks katidral – Aquitaine
  5. Bordeaux: il-bażilika ta' San Severinu – Aquitaine
  6. Bordeaux: il-bażilika ta' San Mikiel – Aquitaine
  7. Bordeaux: il-katidral ta' Sant'Indrija – Aquitaine
  8. La Sauve: l-abbazija ta' La Sauve-Majeure – Aquitaine
  9. La Sauve-Majeure: il-knisja ta' Saint-Pierre – Aquitaine
  10. Soulac-sur-Mer: il-knisja ta' Notre-Dame-de-la-Fin-des-Terres – Aquitaine
  11. Aire-sur-l'Adour: il-knisja ta' Sainte-Quitterie – Aquitaine
  12. Mimizan: il-kampnar – Aquitaine
  13. Sorde-l'Abbaye: l-abbazija ta' San Ġwann – Aquitaine
  14. Saint-Sever: l-abbazija – Aquitaine
  15. Agen: il-katidral ta' Saint Caprais – Aquitaine
  16. Bayonne: il-katidral ta' Santa Marija – Aquitaine
  17. L'Hôpital-Saint-Blaise: il-knisja tar-raħal – Aquitaine
  18. Saint-Jean-Pied-de-Port: il-bieb ta' San Ġwann – Aquitaine
  19. Oloron-Sainte-Marie: il-knisja ta' Santa Marija – Aquitaine
  20. Clermont-Ferrand: il-knisja ta' Notre-Dame du Port – Auvergne
  21. Le Puy-en-Velay: il-katidral – Auvergne
  22. Le Puy-en-Velay: il-binja Hôtel-Dieu ta' San Ġakbu – Auvergne
  23. La Charité-sur-Loire: il-knisja ta' Sainte-Croix-Notre-Dame – Bourgogne
  24. Asquins: il-knisja ta' San Ġakbu t'Asquins – Bourgogne
  25. Vézelay: l-eks knisja u abbazija ta' Santa Maddalena – Bourgogne
  26. Neuvy-Saint-Sépulchre: il-knisja kolleġjali ta' San Stiefnu (l-eks knisja kolleġjali ta' San Ġakbu) – Centre-Val de Loire
  27. Bourges: il-katidral ta' San Stiefnu – Centre
  28. L'Épine: il-bażilika Notre-Dame de l'Épine – Champagne-Ardenne
  29. Châlons-en-Champagne: il-knisja ta' Notre-Dame-en-Vaux – Champagne-Ardenne
  30. Pariġi: it-torri ta' San Ġakbu – Île-de-France
  31. Saint-Guilhem-le-Désert: l-eks abbazija ta' Gellone – Languedoc-Roussillon
  32. Aniane/Saint-Jean-de-Fos: il-Pont tax-Xitan – Languedoc-Roussillon
  33. Saint-Gilles-du-Gard: il-knisja u l-eks abbazija – Languedoc-Roussillon
  34. Saint-Léonard-de-Noblat: il-knisja ta' Saint-Léonard – Limousin
  35. Mont Saint-Michel – ir-raħal kollu – Basse-Normandie
  36. Audressein: il-knisja ta' Tramesaygues – Midi-Pyrénées
  37. Saint-Lizier: l-eks katidral u l-kjostru, il-katidral ta' Notre-Dame-de-la-Sède, il-palazz episkopali u s-swar – Midi-Pyrénées
  38. Conques: il-knisja u l-abbazija ta' Saint Foy – Midi-Pyrénées
  39. Conques: il-pont ta' fuq ix-xmara Dourdou – Midi-Pyrénées
  40. Espalion: il-pont antik – Midi-Pyrénées
  41. Estaing: il-pont fuq ix-xmara Lot – Midi-Pyrénées
  42. Saint-Chély-d'Aubrac: il-pont imsejjaħ "tal-pellegrini" fuq ix-xmara Boralde – Midi-Pyrénées
  43. Saint-Bertrand-de-Comminges: l-eks katidral ta' Notre-Dame – Midi-Pyrénées
  44. Saint-Bertrand-de-Comminges: il-bażilika paleo-Kristjana, il-kappella ta' San Ġiljan – Midi-Pyrénées
  45. Toulouse: il-bażilika ta' Saint-Sernin – Midi-Pyrénées
  46. Toulouse: il-binja ta' Hôtel-Dieu ta' San Ġakbu – Midi-Pyrénées
  47. Valcabrère: il-knisja ta' Saint-Just – Midi-Pyrénées
  48. Auch: il-katidral ta' Santa Marija – Midi-Pyrénées
  49. Beaumont-sur-l'Osse u Larressingle: il-pont t'Artigue jew ta' Lartigue – Midi-Pyrénées
  50. La Romieu: il-knisja kolleġjali ta' Saint-Pierre – Midi-Pyrénées
  51. Cahors: il-katridral ta' San Stiefnu – Midi-Pyrénées
  52. Cahors: il-pont ta' Valentré – Midi-Pyrénées
  53. Gréalou: id-dolmen ta' Pech-Laglaire – Midi-Pyrénées
  54. Figeac: l-isptar ta' San Ġakbu – Midi-Pyrénées
  55. Rocamadour: il-knisja ta' Saint-Sauveur u l-kripta ta' Saint-Amadour – Midi-Pyrénées
  56. Aragnouet: l-ospizju u l-kappella ta' Notre-Dame- de-l'Assomption, magħrufa wkoll bħala l-kappella tat-Templari – Midi-Pyrénées
  57. Gavarnie: il-knisja parrokjali – Midi-Pyrénées
  58. Jézeau: il-knisja ta' San Lawrenz – Midi-Pyrénées
  59. Ourdis-Cotdoussan: il-knisja ta' Cotdussan – Midi-Pyrénées
  60. Rabastens: il-knisja ta' Notre-Dame-du-Bourg – Midi-Pyrénées
  61. Moissac: il-knisja u l-abbazija ta' Saint-Pierre kif ukoll il-kjostru – Midi-Pyrénées
  62. Amiens: il-katidral ta' Notre-Dame – Picardie
  63. Folleville: il-knisja parrokjali ta' San Ġwann Battista – Picardie
  64. Compiègne: il-knisja parrokjali ta' San Ġakbu – Picardie
  65. Saintes: il-knisja ta' Sainte-Eutrope – Poitou-Charentes
  66. Saint-Jean-d'Angély: l-abbazija rjali ta' San Ġwann Battista – Poitou-Charentes
  67. Melle: il-knisja ta' Saint-Hilaire – Poitou-Charentes
  68. Aulnay: il-knisja ta' Saint-Pierre – Poitou-Charentes
  69. Poitiers: il-knisja ta' Saint-Hilaire-le-Grand – Poitou-Charentes
  70. Pons: l-eks sptar tal-pellegrini – Poitou-Charentes
  71. Arles – il-belt kollha – Provence-Alpes-Côte d'Azur
  1. ^ ""Routes of Santiago de Compostela in France". UNESCO" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-13.
  2. ^ ""Routes of Santiago de Compostela in France (maps)". UNESCO" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-13.