Roland Linz
| |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Roland Linz | ||
Twelid | 9 ta' Awwissu 1984 Leoben | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Austria Wien | ||
Numru | 9 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1995–1997 | Leoben | ||
1997–1999 | 1860 Munich | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1999–2001 | Leoben | 53 | (27) |
2001–2006 | Austria Wien | 81 | (26) |
2003–2004 | → Admira Mödling (self) | 31 | (15) |
2004 | → Nice (self) | 15 | (0) |
2005 | → Sturm Graz (self) | 13 | (4) |
2006–2007 | Boavista | 28 | (10) |
2007–2009 | Braga | 33 | (11) |
2009 | → Grasshoppers (self) | 16 | (7) |
2009–2010 | Gaziantepspor | 5 | (0) |
2010–2013 | Austria Wien | 79 | (39) |
2013– | Muangthong United | 19 | (9) |
Tim nazzjonali | |||
2002– | Awstrija | 39 | (8) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 19:21, 4 April 2011 (UTC) |
Roland Linz (Leoben, 9 ta' Awwissu 1984) huwa plejer tal-futbol Awstrijakk li jilgħab mal-klabb Tajlandjiż ta' Muangthong United bħala attakkant.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Linz beda l-karriera fil-futbol mal-klabb tal-lokal, DSV Leoben. Ta' ħmistax-il sena ittrasferixxa l-Ġermanja, fejn kompla l-avventura tiegħu mal-klabb Bavarjan ta' TSV 1860 München.
Sentejn wara, Linz reġa' rritorna lura ma' DSV Leoben, fejn fis-sentejn ta' wara skorja 27 gowl fi 53 logħba. Il-forma tajba tiegħu fit-tieni diviżjoni kienet biżżejjed biex fl-2001 Austria Wien akkwistaw il-firma tiegħu. Mal-klabb mill-belt kapitali Awstrijaka, Linz gawda mill-ewwel suċċessi fejn rebaħ il-Bundesliga u t-Tazza. Wara sentejn fejn ġie misluf lil tliet timijiet differenti, Linz irritorna lura ma' Austria Wien fejn din id-darba reġa' rebaħ iż-żewġ titli kif ukoll kien ir-rebbieħ tal-klassifika tal-aqwa skorers. Kien f'dan iż-żmien li Linz stabilixxa ruħu mat-tim nazzjonali.
Wara prestazzjonijiet eklatanti kemm fuq bażi ta' klabb kif ukoll man-nazzjonal, Linz eventwalment iffirma ma' Boavista fil-Portugall matul is-sajf tal-2006 fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin. Fl-ewwel staġun skorja għaxar gowls, u sussegwentament ingħaqad ma' Braga. Ma' Braga barra li skorja ħdax-il gowl fil-kampjonat, sab ix-xibka ħames darbiet oħra fit-Tazza UEFA 2007–08. Wara li tilef l-importanza tiegħu mal-iskwadra ta' Braga, hu ġie msellef f'Jannar tal-2009 lil Grasshopper Club Zürich. L-ewwel logħba tiegħu kienet fid-derby ta' Żurigu kontra FC Zürich, fejn skorja gowl però safa mkeċċi wara żewġ ammonizzjonijiet.
Wara esperjenza fit-Turkija ma' Gaziantepspor hu reġa' rritorna lura lejn art twelidu u ma' Austria Wien fl-2010.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Linz iddebutta mat-tim nazzjonali Awstrijakk fir-rebħa ta' 2–0 kontra s-Slovakkja tas-27 ta' Marzu, 2002. F'Settembru 2007, Linz għamel sfog pubbliku kontra l-president tal-federazzjoni Awstrijaka Friedrich Stickler u ħabba f'hekk spiċċa barra mis-selezzjoni għal tmintax-il xahar. Hu ġie magħżul mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn lagħab fit-tliet partiti tal-grupp minkejja li qatt ma sab ix-xibka.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- Bundesliga: 2002–03, 2005–06
- ÖFB-Stiegl-Cup: 2002–03, 2005–06