Ritchie De Laet
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Richard De Laet | ||
Twelid | 28 ta' Novembru 1988 Antwerp | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.86 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Leicester City | ||
Numru | 2 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1994–1998 | Hoboken | ||
1998–1999 | Mechelen | ||
1999–2004 | Hoboken | ||
2005–2006 | Royal Antwerp | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2006–2007 | Royal Antwerp | 9 | (0) |
2007–2009 | Stoke City | 0 | (0) |
2008 | → Wrexham (self) | 3 | (0) |
2009–2012 | Manchester United | 3 | (0) |
2010 | → Sheffield United (self) | 6 | (0) |
2010 | → Preston North End (self) | 4 | (0) |
2011 | → Portsmouth (self) | 22 | (0) |
2011–2012 | → Norwich City (self) | 6 | (1) |
2012– | Leicester City | 41 | (1) |
Tim nazzjonali | |||
2009– | Belġju | 2 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 05:42, 16 Awwissu 2013 (UTC) |
Richard "Ritchie" De Laet (Antwerp, 28 ta' Novembru 1988) hu plejer tal-futbol Belġjan li attwalment jilgħab mat-tim ta' Leicester City.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Stoke City[immodifika | immodifika s-sors]
De Laet ingħaqad ma' Stoke City għal somma inizzjali ta' £100,000, nhar is-17 ta' Awwissu 2007, mill-klabb Belġjan ta' Royal Antwerp, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin.[1]
F'Ottubru tal-2008, ingħaqad għal xahar taħt self mat-tim ta' Wrexham, fejn iddebutta fir-rebħa ta' 2–0 fuq Lewes fil-Conference National. Matul iż-żmien tiegħu mal-klabb għamel total ta' tliet dehriet, imma l-perjodu ta' self kellu jintemm qabel minħabba li kellu jagħmel operazzjoni fl-ernja.[2]
Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]
Nhar it-8 ta' Jannar 2009, De Laet iffirma kuntratt għal tliet snin ma' Manchester United. Is-somma ta' ingaġġ imħallsa minn Manchester United tiddependi mill-prestazzjonijiet ta' De Laet mal-klabb.[3] Wara li ngħaqad ma' United, De Laet beda jilgħab mat-tim tar-riservi. F'Marzu tal-2009, De Laet ġie mniżżel fost il-ħames plejers 'il fuq minn 18-il sena, li ntgħażlu f'isem it-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Manchester United biex jipparteċipaw fit-Torneo Calcio Memorial Claudio Sassi-Sassuolo. Hu lagħab tlieta mill-ħames partiti, u skorja penalty fir-rebħa ta' 5–3 bl-għoti tal-penalties fuq Modena biex poġġa lir-Red Devils fil-finali, mirbuħa 1–0 fuq Ajax.[4]
De Laet ingħata l-ewwel sejħa mal-ewwel tim meta iddebutta fl-24 ta' Mejju 2009, fejn lagħab bħala difensur xellugi fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-istaġun 2008–09 kontra Hull City.[5]
Bl-opportunitajiet mal-klabb minn Manchester ikunu ftit, nhar is-17 ta' Ġunju 2011, De Laet issieħeb mat-tim promoss ta' Norwich City b'self għal sena. Magħom iddebutta fid-dro ta' 1–1 kontra Wigan Athletic. Nhar il-21 ta' Awwissu skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Norwich kontra l-eks-klabb tiegħu, Stoke City, fi dro ta' 1–1. Fit-18 ta' Jannar 2012, De Laet irritorna lura lejn United wara li l-perjodu ta' self tiegħu ġie mħassar.[6]
Leicester City[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-14 ta' Mejju 2012, De Laet iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Leicester City.[7] Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-1 ta' Jannar 2013, fir-rebħa kbira ta' 6–1 fuq Huddersfield Town.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Ftit ġranet wara d-debutt bil-flokk ta' Manchester United, De Laet ġie msejjaħ fl-iskwadra Belġjana għat-Tazza Kirin għall-pariti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun. Id-debutt tiegħu wasal fid-29 ta' Mejju 2009 kontra ċ-Ċili.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Stoke City FC, ed. (17 ta' Awwissu 2007). "De Laet Signs!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Tsiaklis agrees Wrexham extension". BBC Sport (bl-Ingliż). 2 ta' Diċembru 2008. Parametru mhux magħruf
|ediitur=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ British Broadcasting Corporation, ed. (8 ta' Jannar 2009). "Man Utd sign De Laet from Stoke". BBC Sport (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Steve Bartram (1 ta' April 2009). ManUtd.com (ed.). "Reds reign in Italy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Ian Hughes (24 ta' Mejju 2009). BBC Sport (ed.). "Hull 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Sky Sports, ed. (18 ta' Jannar 2012). "Norwich cancel De Laet loan" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ BBC Sport, ed. (16 ta' Mejju 2012). "Leicester buy Man Utd's Ritchie De Laet & Matthew James" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)