Reuben Gauci

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Reuben Gauci
ReubenGaucii.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħReuben Gauci
Twelid28 ta' Ottubru 1983 (1983-10-28) (35 sena)
Mellieħa
PajjiżBandiera ta' Malta Malta
Tul1.85 m
RwolGowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiBirkirkara
Numru1
Klabbs ġovanili
Birkirkara
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2001–2005Floriana31(0)
2005–2012Marsaxlokk41(0)
2008–2009Qormi (self)13(0)
2009–2010St. Andrews (self)0(0)
2012Birkirkara (self)24(0)
2012–Birkirkara17(0)
Tim nazzjonali
2005Malta1(0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 20:20, 8 Marzu 2013 (UTC)

Reuben Gauci (Mellieħa, 28 ta' Ottubru 1983) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim ta' Birkirkara bħala gowler.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Reuben huwa prodott ta' Floriana u ddebutta fil-kampjonat lokali nhar it-22 ta' Awwissu 2002, fit-telfa ta' 1–0 kontra Ħamrun Spartans. Mat-tim Furjaniż hu lagħab mhux inqas minn 32 logħba qabel l-2005 meta ingħaqad ma' Marsaxlokk.

Ma' Marsaxlokk, Reuben għamel id-debutt tiegħu fil-11 t'Awissu 2005 meta rebħu 2–1 kontra Ħamrun Spartans. Magħhom irnexxielu jirbaħ ukoll l-ewwel kampjonat tiegħu fl-istaġun 2006–07. Fl-2008 ġie misluf lil Qormi u lagħab għall-ewwel darba fir-rebħa ta' 3–0 fuq Tarxien Rainbows. Wara s-self ma' Qormi, hu għen lil Marsaxlokk jilħqu r-raba' post tal-kampjonat.

Fl-2010, Gauci ġie misluf lil Birkirkara fejn iddebutta fit-telfa ta' 1–0 kontra Sliema Wanderers tat-8 ta' Jannar. Wara s-suċċess tiegħu mal-klabb ta' Birkirkara, il-kumitat iddeċieda li jakkwista lir-Reuben minn Marsaxlokk u ffirma kuntratt ta' sentejn fid-19 ta' Ġunju, 2012.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Fuq livell internazzjonali, Gauci kien mat-timijiet nazzjonali minn ta' taħt is-16-il sena 'l fuq, sakemm fl-2005 ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-kbar. Hu ssejjaħ għal-logħba kontra l-Iżvezja tal-4 ta' Ġunju 2005, però ma kienx involut. Finalment, hu għamel l-ewwel dehra tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali erbat ijiem wara fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżlanda.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Malta Marsaxlokk

Malta Birkirkara

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

  • Profil fuq National Football Teams