Ray Mahoney
Ray Mahoney | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | San Ġiljan, 1 Ġunju 1949 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 25 Lulju 2023 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta liriċista maniġer ta' bank |
Ray Mahoney (1 ta' Ġunju 1949 – 25 ta' Lulju 2023) kien poeta u awtur Malti ta' bosta kanzunetti popolari.
Mohoney twieled f’San Ġiljan fl-1 ta’ Ġunju tal-1949.[1][2] Beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist mal-Union Press,[3] iżda ħalla din il-linja ta' xogħol meta daħal jaħdem bħala bankier l-ewwel mal-Mid-Med Bank u aktar tard mal-HSBC (Malta).
Poeta
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa beda jikteb il-poeżija fl-1963. Fl-1967 kien wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju.[4] Fl-1968, meta kellu 19-il sena, il-poeżiji tiegħu dehru fil-ġabra Antenni, flimkien ma' poeżiji ta' Mario Azzopardi, J.J. Camilleri, u Victor Fenech. Matul is-snin ta' wara, ħafna mill-poeżiji ta’ Mahoney ġew ippubblikati f’kotba u antoloġiji, fosthom Linji Ġodda (1973), Ilħna Mkissra (1989), u Mwieġ (1994). Il-poeżiji tiegħu dehru ukoll f'kotba bħal: Dawl fil-Persjani, Għoxrin Rebbiegħa, il-Muża Maltija, Orizzonte Senza Fine, Cross Winds, il-Poeżija Maltija, Turġien, Ħodon Qronfol, Il-Miġra, Ward mal-Mogħdija, Qawsalla, u Disgħa Għal Disgħa. Huwa kiteb ukoll novelli bħal "U x-Xitwa Fadlilha Ġimgħa" (1982), "Meta r-riħ Jonfoh Kontra" (1985) u "Susanna" (1989).
Xandar
[immodifika | immodifika s-sors]Mahoney ħadem ukoll fil-qasam tax-xandir. Għal xi żmien fil-bidu tas-snin tmenin kien jippreżenta u jipproduċi programmi fuq Radju Malta, fosthom wieħed popolari ferm jismu Niltaqgħu Hemm, u kien ukoll jaqra l-aħbarijiet tat-8pm fuq Television Malta.[5]
Wara li nftetah l-istazzjon tar-radju Super 1 tal-Partit Laburista, huwa kien ukoll ixandar minn hemm. Fost l-aktar xandiriet notevoli tiegħu fuq dan l-istazzjon kien hemm il-qari tar-rumanzi.[5]
Awtur ta' kliem għall-kanzunetti
[immodifika | immodifika s-sors]Mahoney kiteb il-kliem għall-ewwel rock opera bil-Malti, Ġensna, li dehret fl-1982. Fis-snin ta' wara kiteb il-kliem għal bosta musicals Maltiin, inkluż Bastilja (1989), Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika (1991), Il-Gwerra ta’ Spiru Ċefai (1992), Ali Baba (1994), Żeża tal-Flagship (1996), It-Tfajla tal-Palazz (1997), It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla (1999), Rita ta' Cascia (2000), Manuel! Manuel! IL-Bandiera tal-Maltin (2000) u Jien Ġużeppi (2006).[1]
Fil-bidu tas-snin disgħin kellu żewġ suċċessi fil-Festival Kanzunetta tal-Maltija għall-Ewropa li permezz tiegħu kienet tintgħażel il-kanzunetta li tirrapprezenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Fl-1991, kiteb il-kanzunetta Could It Be / Sejjaħ u Ssibni ma' Paul Abela, li kienet kantata minn Paul Giordimaina u Georgina; il-kanzunetta ġiet fis-sitt post fil-konkors li kien sar f'Ruma.[3] Is-sena ta' wara, kellu l-kanzunetta Little Child / Tfajjel Ċkejken, li kiteb flimkien ma' Georgina għal Mary Spiteri; il-kanzunetta kienet ivvotata fit-tielet post fil-festival li sar f'Malmo, l-Iżvezja.[3]
Fl-1997 rebaħ il-premju għall-aqwa kittieb tal-kliem għall-kanzunetti fil-Malta Music Awards.[6]
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Mahoney miet nhar it-Tlieta 25 ta' Lulju, fl-età ta' 75 sena.[7] Meta tħabbret il-mewt tiegħu, l-ex Prim Ministru Alfred Sant iddeskrivih bħala "poeta b'ħakma totali tal-kelma Maltija -- u fi twemminu soċjalista minn għeruqu mhux għall-konvenjenza".[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Zammit, Frederick (2023-06-01). "Jagħlaq sninu Ray Mahoney, l-awtur ta' Ġensna". Newsbook (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-21.
- ^ Micallef, Antonia (2023-07-27). "'Ray Mahoney had a reserved, quiet dignity about him'" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-21.
- ^ a b ċ d Tihn, Daniel (2023-07-26). "Poet, author and lyricist Raymond Mahoney dies aged 74". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-21.
- ^ Flores, Charles (13 Awwissu 2023). "Linji Paralleli Li Ma Jiltaqgħu Qatt". It-Torċa - p.20.
- ^ a b Falzon, Anton (2024-01-06). "Maltin li ħallewna matul l-2023 - ONE" (bil-Malti). Miġbur 2024-01-25.
- ^ "The Music Awards - Malta 1997". web.archive.org. 2006-02-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2006-02-06. Miġbur 2024-01-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Zammit, Frederick (2023-07-26). "Imut l-awtur u poeta Ray Mahoney". Newsbook (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-21.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ray Mahoney - diskografija fuq Discogs