Mary Spiteri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Mary Spiteri (Naxxar, 25 ta' Ottubru 1947) hija kantanta popolari Maltija, imlaqqma r-"Reġina tal-Kanzunetta Maltija".

Suċċessi[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1975, Mary Spiteri rrapreżentat lil Malta fit-Tokyo Music Festival u rebħet l-'Outstanding Award' għall-kanzunetta tagħha Go On.

Fl-1992, ġiet it-tielet fil-Eurovision Song Contest li sar f'Malmö bil-kanzunetta "Little Child". B'din il-kanzunetta kisret ir-rekord tal-itwal nota f'dan il-festival, jiġifieri 13-il sekonda.

Spiteri kantat f'diversi teatri barra minn Malta, fosthom Sydney Opera House fl-Awstralja.

Minkejja li Mary Spiteri ma kinitx parti mill-kast oriġinali tar-rock opera Ġensna, hija magħrufa għall-interpretazzjoni tas-silta bl-isem Tema 79 li tibda bil-kliem "Minn bejn l-għolliq musfara..."

Popolari wkoll il-kanzunetti tagħha "Malta" u "Ħaddemin".