Røros
Røros | ||
---|---|---|
Norveġja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Norveġja | |
County of Norway | Trøndelag | |
Kap tal-Gvern | Isak Veierud Busch (en) | |
Isem uffiċjali |
Røros kommune Rossen tjïelte | |
Ismijiet oriġinali | Plassje | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 62°34′27″N 11°22′59″E / 62.5742°N 11.3831°EKoordinati: 62°34′27″N 11°22′59″E / 62.5742°N 11.3831°E | |
Superfiċjenti | 1,956.46 kilometru kwadru | |
Għoli | 628 m | |
Fruntieri ma' | Tydal (en) , Holtålen Municipality (en) , Os Municipality (en) , Engerdal Municipality (en) u Härjedalen Municipality (en) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 5,598 abitanti (1 Jannar 2023) | |
Unitajiet domestiċi | 2,647 | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1838 | |
Żona tal-Ħin | UTC+1 | |
bliet ġemellati | Hamina | |
roros.kommune.no |
Røros (bis-Sami tan-Nofsinhar: Plaassja)[1] hija muniċipalità fil-kontea ta' Trøndelag, in-Norveġja. Iċ-ċentru amministrattiv tal-muniċipalità huwa r-raħal ta' Røros. Uħud mill-villaġġi f'Røros jinkludu Brekken, Glåmos, Feragen, Galåa u Hitterdalen.
Ir-raħal tal-estrazzjoni ta' Røros (iċ-ċentru amministrattiv tal-muniċipalità) xi kultant jissejjaħ Bergstaden, li tfisser "raħal tal-muntanja", minħabba l-popolarità storika tiegħu għall-estrazzjoni tar-ram. Dan huwa wieħed minn żewġ irħula fin-Norveġja li ġew iddeżinjati storikament bħala "rħula tal-estrazzjoni", flimkien mar-"raħal tal-fidda" ta' Kongsberg. L-abitanti moderni ta' Røros għadhom jaħdmu u jgħixu fil-binjiet karatteristiċi tas-sekli 17 u 18 li wasslu biex dan ir-raħal jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.[2] Ir-raħal ta' Røros fih madwar 80 dar tal-injam, il-biċċa l-kbira minnhom madwar pjazez żgħar. Ħafna minnhom għad għandhom faċċati bi zkuk skuri, li jagħtu bixra Medjevali lir-raħal.[3]
Il-muniċipalità għandha erja ta' 1,957 kilometru kwadru (756 mil kwadru) u hija d-39 l-ikbar bħala erja minn 356 muniċipalità fin-Norveġja. Røros hija l-169 muniċipalità l-iktar popolata fin-Norveġja, b'popolazzjoni ta' 5,572 ruħ. Id-densità tal-popolazzjoni tal-muniċipalità hija 3.2 abitanti kull kilometru kwadru (8.3 kull mil kwadru) u l-popolazzjoni tagħha naqset b'0.6 % meta mqabbel ma' għaxar snin ilu.[4][5]
Tagħrif ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-parroċċa ta' Røros ġiet stabbilita bħala muniċipalità fl-1 ta' Jannar 1838. Fl-1 ta' Jannar 1875, żona mhux popolata tal-muniċipalità fil-qrib ta' Ålen ġiet ittrasferita lil Røros. Fl-1 ta' Jannar 1926, Røros inqasmet f'erba' muniċipalitajiet: Røros landsogn (popolazzjoni: 701 ruħ), Brekken (popolazzjoni: 1,098 ruħ), Glåmos (popolazzjoni: 983 ruħ), u r-raħal ta' Røros (popolazzjoni: 2,284 ruħ). Matul is-snin 60 tas-seklu 20, kien hemm ħafna fużjonijiet muniċipali fin-Norveġja bis-saħħa tax-xogħol tal-Kumitat ta' Schei. Fl-1 ta' Jannar 1964, l-erba' muniċipalitajiet ta' Glåmos (popolazzjoni: 700 ruħ), Brekken (popolazzjoni: 964 ruħ), Røros landsogn popolazzjoni: 482 ruħ), u r-raħal ta' Røros (popolazzjoni: 3,063 ruħ) reġgħu ngħaqdu taħt l-isem ta' Røros. Fil-21 ta' April 1989, parti mhux popolata ta' Røros ġiet ittrasferita lill-muniċipalità fil-qrib ta' Holtålen. Fl-1 ta' Jannar 2018, il-muniċipalità ġiet ittrasferita mill-kontea antika ta' Sør-Trøndelag għall-kontea l-ġdida ta' Trøndelag.
Isem
[immodifika | immodifika s-sors]Il-muniċipalità (oriġinarjament il-parroċċa u r-raħal) ingħatat isem ir-razzett antik ta' Røros (bin-Norveġiż antik: Røyðaróss) peress li dak kien is-sit tar-raħal tal-estrazzjoni ta' Røros. L-ewwel element tal-isem ġej minn isem ix-xmara lokali Røa (Røyðr) u t-tifsira ta' dan l-isem mhix magħrufa. It-tieni element tal-isem ġej minn os li tfisser "ħalq/bokka ta' xmara" (ix-xmara ż-żgħira ta' Røa tnixxi fix-xmara l-kbira ta' Glåma hawnhekk). Il-muniċipalità tissejjaħ ukoll Plaassja, l-isem uffiċjali bil-lingwa tas-Sami tan-Nofsinhar (it-tifsira ta' dan l-isem mhix magħrufa).[6]
Stemma
[immodifika | immodifika s-sors]L-istemma tar-raħal ingħatat fid-29 ta' Ottubru 1992. Il-motto huwa "Gules, simbolu ta' Venere fuq skalpell u martell kontra ta' xulxin" (bin-Norveġiż: I rødt, en gull kobber over korslagt bergjarn og feisel). Dan ifisser li l-istemma għandha sfond aħmar b'simbolu ta' Venere fuq skalpell u martell kontra ta' xulxin b'lewn ewlieni ta' isfar, iżda jekk tkun magħmula mill-metall, jintuża lewn id-deheb. Id-disinn jissimbolizza l-industrija tal-estrazzjoni tar-ram f'Røros. Is-simbolu ta' Venere huwa s-simbolu l-antik għar-ram li kien jiġi estratt b'mod industrijali f'Røros għal sekli sħaħ. L-istemma ġiet iddisinjata minn Sverre Ødegaard. Il-bandiera muniċipali għandha l-istess disinn tal-istemma.[7][8][9]
Knejjes
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Knisja tan-Norveġja għandha erba' parroċċi (sokn) fi ħdan il-muniċipalità ta' Røros. Tagħmel parti mill-Gauldal prosti (dekanat) fid-Djoċesi ta' Nidaros.
Parroċċa (sokn) | Isem il-knisja | Lokalità | Sena tal-kostruzzjoni |
---|---|---|---|
Røros | Knisja ta' Røros | Røros | 1784 |
Kappella ta' Røros | Røros | 1962 | |
Brekken | Knisja ta' Brekken | Brekken | 1878 |
Glåmos | Knisja ta' Glåmos | Glåmos | 1926 |
Hitterdalen | Kappella ta' Hitterdal | Hitterdalen | 1959 |
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-muniċipalità ta' Røros storikament intużat mill-poplu tas-Sami tan-Nofsinhar għat-trobbija u għar-ragħa tar-renni. Magħrufa għall-impjanti tar-ram tagħha, Røros hija waħda minn żewġ irħula tal-estrazzjoni sinifikanti fuq livell nazzjonali li bdew joperaw fis-seklu 17 (ir-raħal l-ieħor huwa r-"raħal tal-fidda" ta' Kongsberg).
Ir-raħal ta' Røros ingħata n-nar fl-1678 u fl-1679 mill-Armata Żvediża matul il-Gwerra ta' Skanja. Fl-1718, matul il-Gwerra l-Kbira tat-Tramuntana, ir-raħal reġa' ttieħed mill-Armata Żvediża, taħt it-tmexxija tal-Ġeneral De la Barre, li kienet tagħmel parti mill-fergħa tan-Nofsinhar tal-Armata Żvediża prinċipali taħt it-tmexxija ta' Carl Gustaf Armfeldt. De la Barre ħa l-belt u r-ram estratt kollu tagħha bil-forza.
Meta r-Re Karlu XII inqatel ħdejn Fredriksten fit-30 ta' Novembru 1718, De la Barre rtira lejn it-Tramuntana biex jingħaqad mal-kumplament tal-armata prinċipali. Madankollu, dan l-irtirar spiċċa fi traġedja, meta iktar minn 3,000 suldat pjuttost mhux imħejjija sew mietu fil-kundizzjonijiet tat-temp estremi fil-muntanji fil-Majjistral ta' Røros.
Røros u l-poplu tar-raħal saru famużi fost in-Norveġiżi fil-bidu tas-seklu 20 permezz tal-awtur Johan Falkberget, li rrakkonta l-ġrajja tal-komunità tal-estrazzjoni mill-perspettiva tal-minaturi li kellhom ħajja iebsa fl-iktar skaluna soċjali baxxa tas-soċjetà.[10]
Bis-saħħa tal-binjiet tal-injam awtentiċi tar-raħal, ir-raħal ta' Røros tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.[2]
Impjanti tar-Ram ta' Røros
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1644, il-maniġer ġenerali tal-minjiera f'Kongsberg ta l-permess biex tiġi sfruttata vina minerali tar-ram fil-muntanji qrib Rauhaammaaren. Storvola u Gamle Storwartz saru wħud mill-iżjed minjieri importanti tal-kumpanija. Nordgruve, żona tal-estrazzjoni importanti oħra, kienet tinsab lejn il-Grigal ta' Røros.
Fl-1685, f'Røros ġew skoperti għadd konsiderevoli ta' minjieri assoċjati tal-fidda. L-attività tal-estrazzjoni damet għal madwar 40 sena, u ġie estratt total ta' 1,350 tunnellata ta' fidda. Dan ipprovda dħul konsiderevoli għat-teżor Daniż-Norveġiż biex ikun jista' jappoġġa lil Federiku IV fil-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Solbjerg.
Mill-1740 'il quddiem, l-impjanti tar-ram ta' Røros kienu fl-aqwa tagħhom, b'diversi minjieri b'rendimenti tajbin. Minħabba l-finanzjament tal-familja rjali Oldenburg, l-iskala tal-minjiera tal-fidda u tar-ram ta' Leros kibret. Peress li l-minjiera tinsab qrib Trondheim u f'altitudni iktar baxxa, l-output tal-minerali huwa ferm ogħla minn dik ta' Falun fl-Iskandinavja. L-introjtu kbir taż-żona tal-estrazzjoni wasslet ukoll biex il-familja rjali kemm-il darba titlob għat-tkabbir tal-estrazzjoni. Id-dinamit intuża mill-1870 u iktar 'il quddiem bdew jintużaw il-magni tat-tħaffir. L-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ġie pprovdut b'linji tal-elettriku b'tensjoni għolja biex jipprovdu l-elettriku meħtieġ għall-minjieri mill-1897. Il-proċess ta' Bessemer ġie introdott lejn l-aħħar tas-seklu 19. Il-linja ferrovjarja ta' Rørosbanen tlestiet fl-1877. Il-prezzijiet għoljin tar-ram u taż-żingu taw riżultati tajbin, iżda mbagħad il-prezzijiet naqsu u kien hemm diversi snin ta' telf kbir. Wara 333 sena, l-attività tal-estrazzjoni f'Røros waqfet fl-1977.[11]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-Raħal tal-Estrazzjoni ta' Røros u ċ-Ċirkonferenza tiegħu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980, b'modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit fl-2010.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]
Kultura
[immodifika | immodifika s-sors]Matul ix-xitwa jiġi organizzat suq tradizzjonali msejjaħ "Rørosmartnan", li jattira medja ta' 60,000-70,000 turist lejn ir-raħal ta' Røros kull sena. Is-suq jibda fl-aħħar Tlieta fi Frar u jdum ħamest ijiem.[12] Jittella' wkoll spettaklu teatrali mużikali fil-beraħ f'Røros biex tiġi mfakkra t-traġedja ta' meta s-suldati Żvediżi ffriżaw u mietu. Dan l-ispettaklu ilu jittella' mill-1994.[13]
Fir-raħal ta' Røros inġibed il-film tar-reċta ta' Henrik Ibsen, "A Doll's House", tar-reġista Joseph Losey.
Midja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-gazzetti Arbeidets Rett u Fjell-Ljom jiġu ppubblikati f'Røros.
Gvern
[immodifika | immodifika s-sors]Il-muniċipalitajiet kollha fin-Norveġja, inkluż Røros, huma responsabbli għall-edukazzjoni primarja (sal-għaxar sena), għas-servizzi tas-saħħa outpatient, għas-servizzi tal-anzjani, għall-qgħad u għal servizzi soċjali oħra, għat-tqassim f'żoni, għall-iżvilupp ekonomiku, u għat-toroq muniċipali. Il-muniċipalità hija ggvernata minn kunsill muniċipali magħmul minn rappreżentanti eletti, li mbagħad jeleġġu sindku. Il-muniċipalità taqa' taħt il-Qort Distrettwali ta' Trøndelag u l-Qorti tal-Appell ta' Frostating.[14]
Kunsill muniċipali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kunsill muniċipali (Kommunestyre) ta' Røros huwa magħmul minn 27 rappreżentant li jiġu eletti għal mandati ta' erba' snin. Dawn il-listi ta' hawn taħt juru t-tqassim politiku tal-kunsill:
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 11 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 4 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 6 | |
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 4 | |
Partit Liberali (Venstre) | 1 | |
Lista ta' Røros (Røroslista) | 1 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 11 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 5 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 3 | |
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 4 | |
Partit Liberali (Venstre) | 2 | |
Lista ta' Røros (Røroslista) | 2 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 14 | |
Partit tal-Progress (Fremskrittspartiet) | 1 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 4 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 2 | |
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 3 | |
Partit Liberali (Venstre) | 1 | |
Lista ta' Røros (Røroslista) | 2 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 12 | |
Partit tal-Progress (Fremskrittspartiet) | 2 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 4 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 2 | |
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 3 | |
Partit Liberali (Venstre) | 1 | |
Lista ta' Røros (Røroslista) | 3 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 12 | |
Partit tal-Progress (Fremskrittspartiet) | 2 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 2 | |
Partit tal-Pensjonanti (Pensjonistpartiet) | 1 | |
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 5 | |
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) | 3 | |
Røros List (Røroslista) | 2 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 14 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 4 | |
Partit tal-Pensjonanti (Pensjonistpartiet) | 1 | |
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 2 | |
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) | 3 | |
Lista ta' Røros (Røroslista) | 3 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 10 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 2 | |
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 2 | |
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) | 10 | |
Lista ta' Røros (Røroslista) | 3 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 11 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 4 | |
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 4 | |
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) | 5 | |
Lista ambjentali minn diversi partiti (Tverrpolitisk miljøliste) | 3 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 14 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 5 | |
Alleanza Elettorali tal-Ħomor (Rød Valgallianse) | 1 | |
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 3 | |
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) | 4 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 16 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 5 | |
Alleanza Elettorali tal-Ħomor (Rød Valgallianse) | 1 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 2 | |
Partit Soċjalist tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 2 | |
Partit Liberali (Venstre) | 1 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 14 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 5 | |
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) | 1 | |
Alleanza Elettorali tal-Ħomor (Rød Valgallianse) | 1 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 3 | |
Lista konġunta tal-Partit Liberali (Venstre) u tal-Partit Popolari Liberali (Liberale Folkepartiet) | 2 | |
Lista konġunta tal-Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) u tal-Partit Komunista (Kommunistiske Parti) | 1 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 14 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 3 | |
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) | 1 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 4 | |
Partit Soċjalist tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) | 3 | |
Partit Liberali (Venstre) | 2 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 15 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 2 | |
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) | 1 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 3 | |
Partit Liberali (Venstre) | 3 | |
Lista komuni tas-Soċjalisti (Venstresosialistiske felleslister) | 3 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 16 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 2 | |
Partit Komunista (Kommunistiske Parti) | 1 | |
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) | 1 | |
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) | 2 | |
Partit Popolari Soċjalista (Sosialistisk Folkeparti) | 2 | |
Partit Liberali (Venstre) | 3 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) | Għadd ta' rappreżentanti | |
---|---|---|
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) | 18 | |
Partit Konservattiv (Høyre) | 3 | |
Partit Komunista (Kommunistiske Parti) | 1 | |
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) | 1 | |
Partit Liberali (Venstre) | 2 | |
Lista/i Lokali (Lokale lister) | 2 | |
Għadd totali ta' membri: | 27 |
Sindki
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sindki ta' Røros:
- 1838–1845: Knud Olsen
- 1846–1847: Peter Ascanius Schult
- 1848–1850: Julius Begtrup
- 1851–1856: Diderik Iversen Tønseth
- 1857–1860: Johannes Berg
- 1861–1882: Diderik Iversen Tønseth (V)
- 1883–1901: Anders Bergan (V)
- 1902–1904: Marius Müller (H)
- 1905–1913: Lars T. Ormhaug (V)
- 1914–1919: Lars Tørres (Ap)
- 1920–1922: Johannes Iv. Ødegaard (Ap)
- 1923–1925: Anders O. Sandkjernan (Bp)
(Municipality was divided into four other municipalities from 1926-1964.)
- 1964–1967: Ole J. Kværneng (Ap)
- 1968–1971: Per A. Strickert (Ap)
- 1972–1973: Rolf Køste (Ap)
- 1973–1975: Per A. Strickert (Ap)
- 1976–1979: Knut W. Larssen (Ap)
- 1980–1987: Erling Sven Busch (Ap)
- 1987-1987: Anders Døhl (Ap)
- 1988-1993: Arne Kokkvoll (Ap)
- 1993-1999: Even Erlien (Sp)
- 1999-2007: John Helge Andersen (Ap)
- 2007-2019: Hans Vintervold (Ap)
- 2019–present: Isak Veierud Busch (Ap)
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-raħal ta' Røros jinsab fuq promontorju b'xaqliba ħafifa madwar 630 metru (2,070 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. L-inħawi qrib ir-raħal huma miksija b'foresti ta' siġar l-iktar tal-betulla u taż-żnuber. L-ikbar lag fi ħdan il-muniċipalità huwa dak ta' Aursund u x-xmara Glåma toriġina minnu. L-iżjed parti fit-Tramuntana ta' Femund, it-tielet l-ikbar lag fin-Norveġja, tinsab f'Røros, kemm kemm fil-Punent tal-Park Nazzjonali ta' Femundsmarka. Dawn il-lagi u oħrajn f'Røros, bħal Bolagen u Flensjøen, huma adattati għall-kayaking u għas-sajd. Lagi oħra jinkludu Feragen, Håsjøen, Rambergsjøen, Korssjøen, Nedre Roasten, Rogen u Rien.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-raħal ta' Røros għandu klima sub-Artika. Fil-biċċa l-kbira mkenni mill-influwenzi oċeaniċi, u jinsab f'altitudni ta' madwar 650 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, Røros irreġistra l-iżjed temperaturi kesħin fin-nofs tan-Nofsinhar tan-Norveġja b'−50.3 °C (−58.5 °F) fil-bidu ta' Jannar 1914. Fis-sirda li ħakmet l-Ewropa f'Jannar 2010, Røros irreġistra temp. baxxa rekord ta' −42 °C (−44 °F). L-iżjed xhur kesħin irreġistrati huma Jannar 1941 u Jannar 1942, it-tnejn li huma b'medja ta' −20.6 °C (−5.1 °F), u b'temperatura baxxa medja ta' kuljum ta' −26.9 °C (−16.4 °F) f'Jannar 1941. Ix-xtiewi f'Røros dejjem ikunu kesħin. L-iżjed Jannar "sħun" (1973) kellu temperatura medja ta' −2.8 °C (27.0 °F), u l-iżjed xahar "sħun" li ġie rreġistrat fix-xitwa huwa dak ta' Diċembru 2006 b'temperatura medja ta' −0.5 °C (31.1 °F), filwaqt li l-iżjed Marzu "sħun" (2012) kellu temperatura medja ta' −0.3 °C (31.5 °F). Ir-rekord ta' sħana inġenerali kien ta' 30.7 °C (87.3 °F) li ġie rreġistrat f'Lulju 2008. L-iżjed xahar sħun irreġistrat fis-sajf kien dak ta' Lulju 2014 b'temperatura medja ta' 16 °C (61 °F), filwaqt li Lulju 2018 kellu l-iżjed temperatura sħuna medja ta' kuljum b'23.3 °C (73.9 °F).
Normalment il-kundizzjonijiet tal-iskijjar fix-xitwa jkunu eċċellenti, u l-aqwa perjodu jkun minn Frar sa April, peress li x-xemx tkun ogħla u l-jiem ikunu itwal milli fix-xitwa. L-iżjed borra fonda rreġistrata f'Røros kienet ta' 200 ċentimetru (79 pulzier) f'Marzu 1956. Iktar reċentement, ġew irreġistrati 87 ċentimetru (34 pulzier) f'Marzu 2009. Minn Diċembru sal-bidu ta' April prattikament dejjem ikun hemm il-borra f'Røros. Fil-bidu ta' Mejju 1997 kien hemm 76 ċentimetru ta' borra.
Haugan, insedjament mhux inkorporat li jinsab żewġ kilometri (1.2 mil) mill-Ajruport ta' Røros, huwa l-post fejn hemm impjant tat-tbassir tat-temp operat mill-Istitut Meteoroloġiku Norveġiż (bin-Norveġiż: Meteorologisk institutt).
L-iżjed temperaturi baxxi rekord huma antiki sew; l-iżjed reċenti ġiet irreġistrata f'Diċembru 1978, filwaqt li iktar minn nofs it-temperaturi għoljin rekord fix-xahar huma mis-sena 2000 jew wara.
Data klimatika għal Røros (625 m; 1981 - 2010; jiem bi preċipitazzjoni 1961-90, temp. estremi 1900 - 2018) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 10.4
(50.7) |
10.8
(51.4) |
14.5
(58.1) |
19.0
(66.2) |
26.7
(80.1) |
29.5
(85.1) |
30.7
(87.3) |
29.8
(85.6) |
25.7
(78.3) |
21.2
(70.2) |
11.8
(53.2) |
7.6
(45.7) |
30.7
(87.3) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | −4.9
(23.2) |
−3.6
(25.5) |
0.3
(32.5) |
4.8
(40.6) |
11
(52) |
15.2
(59.4) |
18.1
(64.6) |
16.4
(61.5) |
11.4
(52.5) |
5.1
(41.2) |
−1
(30) |
−4.8
(23.4) |
5.7
(42.2) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | −9.6
(14.7) |
−8.8
(16.2) |
−4.8
(23.4) |
0.3
(32.5) |
5.8
(42.4) |
9.9
(49.8) |
12.7
(54.9) |
11.4
(52.5) |
7.1
(44.8) |
1.7
(35.1) |
−4.5
(23.9) |
−9.4
(15.1) |
1.0
(33.8) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −14.4
(6.1) |
−13.9
(7.0) |
−9.9
(14.2) |
−4.2
(24.4) |
0.6
(33.1) |
4.5
(40.1) |
7.2
(45.0) |
6.4
(43.5) |
2.6
(36.7) |
−1.8
(28.8) |
−8
(18) |
−14
(7) |
−3.7
(25.3) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −50.3
(−58.5) |
−43.5
(−46.3) |
−41.0
(−41.8) |
−32.3
(−26.1) |
−18.9
(−2.0) |
−5.6
(21.9) |
−3.4
(25.9) |
−4.9
(23.2) |
−11.3
(11.7) |
−28.4
(−19.1) |
−36.4
(−33.5) |
−44.0
(−47.2) |
−50.3
(−58.5) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | 39.3
(1.55) |
32
(1.3) |
25.9
(1.02) |
24.7
(0.97) |
33.6
(1.32) |
58.6
(2.31) |
75.8
(2.98) |
74.3
(2.93) |
50.8
(2.00) |
37.8
(1.49) |
36.4
(1.43) |
35
(1.4) |
524.2
(20.7) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 9 | 8 | 7 | 7 | 7 | 9 | 12 | 11 | 12 | 10 | 10 | 11 | 113 |
Sors 1: Meteo climat stats[15] | |||||||||||||
Sors 2: met.no/eklima[16] |
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Il-muniċipalità hija moqdija mil-linja ferrovjarja ta' Rørosbanen fl-Istazzjon ta' Røros. L-Ajruport ta' Røros joffri servizz skedat lejn il-belt kapitali ta' Oslo. It-Triq tal-Kontea Norveġiża Nru 30 (Fylkesvei 30) tikkollega lil Røros man-Nofsinhar sa Tynset u mal-Majjistral mill-wied ta' Gaula sa Trondheim. Hemm ukoll it-Triq tal-Kontea Norveġiża Nru 750 li tmur lejn it-Tramuntana sa Selbu u Stjørdal, u t-Triq tal-Kontea Norveġiża Nru 31 (Fylkesvei 31) li tmur lejn il-Lvant lejn l-Iżvezja.
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Ole Andreas Bachke (twieled f'Røros fl-1830 – miet fl-1890), ġurista u ministru tal-gvern Norveġiż;
- Per Bergersen (1960-1990 f'Røros), mużiċist;
- Even Erlien (twieled fl-1955), politiku u sindku tal-muniċipalità ta' Røros sal-1999;
- Johan Falkberget (twieled f'Røros fl-1879 – miet fl-1967), awtur innomat għall-Premju Nobel għal-Letteratura;
- Magnus Falkberget (twieled f'Røros fl-1900 – miet fl-1957), attur u maniġer teatrali Norveġiż;
- Per Edgar Kokkvold (twieled f'Røros fl-1946), ġurnalist u l-President tal-Kunsill Norveġiż tax-Xandir;
- Synnøve Korssjøen (twieled f'Røros fl-1949), arġentier (tad-deheb) Norveġiż;
- Lorentz Lossius (1589-1654), imwieled il-Ġermanja, inġinier tal-estrazzjoni Norveġiż, fundatur tal-Impjant tar-Ram ta' Røros (Røros Kobberverk);
- Sven Nyhus (twieled f'Røros fl-1932), mużiċist folkloristiku, kompożitur u mużikologu;
- Dag Rune Olsen (twieled f'Røros fl-1962), riċerkatur dwar il-kanċer u professur tal-fiżika bijomedika;
- Michael Rosing (twieled f'Røros fl-1756 – miet fl-1818), attur Norveġiż-Daniż;
- Johannes Smemo (twieled f'Rugldalen fl-1898 – miet fl-1973), teologu u Isqof ta' Oslo mill-1951 sal-1968.
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]- Stein Erik Gullikstad (twieled f'Røros tal-1952), skijjatur ikkombinat Nordiku, li kkompeta fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-1976;
- Monicha Nergaard (twieled fl-1968), arċiera Norveġiża, rebbieħa tal-medalja tad-deheb fil-kampjonat Norveġiż;
- Kjell Jakob Sollie (twieled f'Røros fl-1953), skijjatur cross-country, li kkompeta fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-1980.
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Veduta panoramika ta' Røros.
-
Røros fis-sajf.
-
Finneveta, waħda mit-toroq dojoq f'Røros.
-
-
Fra Røros (Lillegaten), żejt fuq it-tila ta' Harald Sohlberg mill-1902 (imsejħa minn Røros (triq sekondarja)).
-
Storgaten Røros, pittura ta' Harald Sohlberg mill-1903 (imsejħa Triq prinċipali ta' Røros).
-
Efter snestorm, Lillegaten Røros, żejt fuq it-tila ta' Harald Sohlbeg mill-1904 (imsejħa Wara l-maltempata bil-borra, triq sekondarja ta' Røros).
-
Pittura ta' Natt ta' Harald Sohlberg mill-1904 (imsejħa Lejl).
-
Malmplassen u Stangvekta.
-
Ir-Raħal ta' Røros u x-xmara Hitterelva.
-
Ir-Raħal ta' Røros u l-Pont ta' Raubrua.
-
Røros u Sleggveien.
-
Røros u Bergstadens Ziir.
-
Røros - Hyttklokka u Bergstadens Ziir.
-
Røros fil-ħarifa.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Stedsnamn faktaark - for søk på stedsnavn og tilhørende fakta". stadnamn.kartverket.no. Miġbur 2023-09-02.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Røros Mining Town and the Circumference". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Røros - the mining town - Hurtigruten US". web.archive.org. 2011-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-02-07. Miġbur 2023-09-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "06913: Population 1 January and population changes during the calendar year (M) 1951 - 2023. Statbank Norway". SSB (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
- ^ "09280: Area of land and fresh water (km²) (M) 2007 - 2023. Statbank Norway". SSB (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
- ^ Rygh, Oluf (1901). Norske gaardnavne: Søndre Trondhjems amt (bin-Norveġiż) (14 ed.). Kristiania, Norge: W. C. Fabritius & sønners bogtrikkeri. p. 199.
- ^ "Kommunevåpen - coat of arms - crest of Røros". Heraldry of the World (bl-Ingliż). 2023-08-20. Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Røros kommune, våpen". foto.digitalarkivet.no (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Kommunevåpenet på Røros - Bergstaden Røros og Kobberverket". www.bergstaden.org. Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Not found - Verdensarven Røros". verdensarvenroros.no. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-09-02. Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Not found - Verdensarven Røros". verdensarvenroros.no. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-09-02. Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Velkommen til den 168. Rørosmartnan". rorosmartnan.no (bin-Norveġiż). Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Ren Røros Digital AS". www.detbrinnereneld.no. Miġbur 2023-09-02.
- ^ Hansen, Tore; Vabo, Signy Irene (2023-08-23). kommunestyre (bin-Norveġiż). Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Météo climat stats | Moyennes 1981/2010 / Données Météorologiques Gratuites". meteo-climat-bzh.dyndns.org. Miġbur 2023-09-02.
- ^ "Klima stats".