Progressive Constitutionalist Party (Malta)
Il-Progressive Constitutionalist Party (PCP) kien partit politiku f’Malta bejn l-1953 u l-1971. Ismu bil-Malti huwa Partit Kostituzzjonalista Progressiv, iżda dan qatt ma ntuża formalment mill-partit innifsu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-PCP twaqqaf fl-1953 minn Mabel Strickland, sid tat-Times of Malta u bint Gerald Strickland, il-fundatur tal-Partit Kostituzzjonali.[1] Kienet qasma mill-Partit Kostituzzjonali, li Strickland kienet ħalliet bi protesta kontra l-appoġġ tiegħu għall-politika ta’ integrazzjoni tal-Partit Laburista mar-Renju Unit.[1]
Il-partit naqas milli jirbaħ siġġu fl-elezzjonijiet ġenerali fl-1953 u fl-1955, iżda rebaħ siġġu wieħed fl-elezzjonijiet tal-1962, għal Mabel Strickland. Madankollu, Stickland tilfet is-siġġu tagħha fl-elezzjoni ġenerali tal-1966. Wara li l-partit naqas milli jirbaħ siġġu fl- elezzjonijiet tal-1971 sparixxa mix-xena politika.[2]
Ideoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-partit kien jesprimi lealtà lejn il-knisja Kattolika u l-Kuruna Brittanika, iżda favur l-istatus ta’ dominju għal Malta biex tiġi evitata kwalunkwe assimilazzjoni jew sekularizzazzjoni kulturali li ġġib magħha l-integrazzjoni mar-Renju Unit.[2] Il-partit kellu wkoll pożizzjoni stretta anti-komunista.[1]
Storja elettorali
[immodifika | immodifika s-sors]Elezzjoni Ġenerali | Mexxej | Voti | % tal-voti kollha | Siġġijiet | +/– | Pożizzjon | Status |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1953 | Mabel Strickland | 5,128 | 4.33% |
0 / 40
|
Ġdid | 4 | Mhux fil-Parlament |
1955 | 3,649 | 3.02% |
0 / 40
|
0 | 3 | ||
1962 | 7,290 | 4.84% |
1 / 40
|
1 | 5 | Oppożizzjoni | |
1966 | 2,009 | 1.4% |
0 / 40
|
1 | 4 | Mhux fil-Parlament | |
1971 | 1,756 | 1.04% |
0 / 40
|
0 | 3 | ||
Il-partit ġie xolt |