Nikol Cauchi
Nikol Cauchi | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
20 Lulju 1972 - 26 Novembru 2005 ← Joseph Pace (en) - Mario Grech → Dioceses: djoċesi ta' Għawdex
24 Frar 1967 - Dioceses: Vicus Augusti (en)
24 Frar 1967 - Dioceses: djoċesi ta' Għawdex | |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Għarb, 2 Marzu 1929 | ||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||
Mewt | Sptar Mater Dei, 15 Novembru 2010 | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Alma mater | Pontifical Gregorian University (en) | ||||||
Lingwi | Malti | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
għalliem fl-università saċerdot Kattoliku kittieb Isqof Kattoliku |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Nikol Ġużeppi Cauchi (Għarb, 2 ta' Marzu 1929 – 15 ta' Novembru 2010) kien is-seba' Isqof ta' Għawdex.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Nikol twieled fit-2 ta' Marzu, 1929, ġewwa r-raħal Għawdxi tal-Għarb. Bin Ġużepp u Ġużeppa mwielda Portelli. Hu kien l-ikbar fost il-ħames ħutu.
Saċerdot
[immodifika | immodifika s-sors]Studja fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex u ġie ordnat saċerdot nhar id-29 ta’ Marzu 1952. Wara mar jistudja fl-Università Gregorjana Pontifiċja f’Ruma fejn iggradwa bħala Duttur fil-Filosofija u kiseb Liċenzjat fix-Xjenzi Soċjali bejn l-1952-1956.
Mons. Cauchi għamel xogħol pastorali wkoll fil-Parroċċa ta’ Ladispoli ġewwa Ruma, u lura f’Għawdex, kien appuntat lekċerer tal-Filosofija fis-Seminarju. Serva wkoll bħala kappillan tal-Parroċċa tal-Fontana bejn l-1956 u l-1963, kien Fundatur u l-ewwel President tal-MAS (Moviment Azzjoni Soċjali), Għawdex fl-1958; ikkopera fit-twaqqif tal-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex, li kien semi-awtonomu fl-1961.
Isqof ta' Għawdex
[immodifika | immodifika s-sors]Mons. Cauchi ġie appuntat Isqof Titulari u Amministratur Apostoliku ta’ Għawdex nhar it-2 ta’ Marzu, u ġie ikkonsagrat isqof, fid-9 t’April 1967. Imbagħad, huwa ġie nominat isqof ta’ Għawdex nhar l-20 ta’ Lulju 1972 u d-dħul uffiċjali tiegħu fil-Katidral ta’ Ghawdex kien nhar l- 10 ta’ Settembru 1972.
Cauchi spiċċa minn Isqof ta' Għawdex f'Novembru tal-2005, wara li kien ilu 33 sena f'din il-kariga.
Fondazzjoni Nikol Cauchi
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2009, fl-okkażjoni ta' għeluq it-80 sena tal-Isqof Emeritus Nikol Cauchi, l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech waqqaf Fondazzjoni li ġġib ismu. It-twaqqif tal-Fondazzjoni kienet tħabbret waqt Pontifikal li sar fil-Katidral ta' Għawdex, bħala radd ta' ħajr għall-Isqof Cauchi. L-Isqof Grech kien qal li d-Djoċesi Għawdxija waqqfet din il-Fondazzjoni biex iżżomm ħajja t-tifkira tal-Isqof Cauchi u bħala turija ta' gratitudni, rispett u mħabba lejn l-Isqof Nikol Cauchi. L-għan tal-Fondazzjoni hu li tippromwovi d-djalogu bejn il-fidi u l-kultura, kif ukoll biex jiġu organizzati inizjattivi soċjo-kulturali u reliġjużi.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]L-Isqof Cauchi ddaħħal l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lejn l-aħħar ta' Ottubru 2010, wara li sofra problemi b'qalbu. Huwa miet nhar il-15 ta' Novembru 2010 fl-Isptar Mater Dei. Il-funeral tiegħu sar jumejn wara fil-Katidral t'Għawdex.