Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/6 ta' Awwissu
Dehra
6 ta' Awwissu:
- 1914 – L-Ewwel Gwerra Dinjija: L-Ewwel Battalja tal-Atlantiku – jumejn wara li r-Renju Unit kien iddikjara gwerra fuq il-Ġermanja minħabba l-invażjoni Ġermaniża tal-Belġju, għaxar U-boot (unterseeboot) Ġermaniżi ħallew il-bażi tagħhom f'Helgoland biex jattakkaw il-vapuri tal-gwerra Brittaniċi fil-Baħar tat-Tramuntana.
- 1926 – Harry Houdini għamel l-akbar bravura tiegħu meta rnexxielu jagħmel 91 minuta taħt l-ilma ġo tank issiġillat qabel ma ħareġ.
- 1945 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Hiroshima nqerdet meta l-bomba atomika "Little Boy" intefgħet mill-B-29, Enola Gay, tal-Istati Uniti. Madwar 70,000 ruħ mietu f'ħakka t'għajn, u għexieren ta' eluf mietu fis-snin ta' wara mill-ħruq u l-avvelenament mir-radjazzjoni li ġarbu.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1809 – Alfred Lord Tennyson, poeta Ingliż (m. 1892)
- 1881 – Alexander Fleming, xjenzat Skoċċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżjoloġija u l-Mediċina (m. 1955)
- 1916 – Dom Mintoff, politiku u Prim Ministru ta' Malta
Mietu f'dan il-jum...
- 1637 – Ben Jonson, kittieb Ingliż (t. 1572)
- 1660 – Diego Velázquez (stampa), pittur Spanjol (t. 1599)
- 1998 – André Weil, matematiku Franċiż (t. 1906)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Bolivja tiċcelebra Jum l-Indipendenza. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tat-Trasfigurazzzjoni ta' Ġesù Kristu (is-Salvatur).