Aqbeż għall-kontentut

Wolfgang Amadeus Mozart

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Mozart)
Wolfgang Amadeus Mozart
Ħajja
Isem propju Joannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart
Twelid Salzburg, 27 Jannar 1756, 27 Jannar 1756
Nazzjonalità Arċiveskovat ta' Salzburg
Arċidukat ta' Awstrija
Imperu Ruman Qaddis
Residenza Mozart's birthplace (en) Translate
L-ewwel lingwa Ġermaniż
Mewt Vjennau Rauhensteingasse (en) Translate, 5 Diċembru 1791
Post tad-dfin Ċimiterju ta' San Marx
Kawża tal-mewt  (unknown value)
Familja
Missier Leopold Mozart
Omm Anna Maria Mozart
Konjuga/i Constanze Mozart  (4 Awwissu 1782 -  5 Diċembru 1791)
Ulied
Aħwa
uri
Tribù familja Mozart
Edukazzjoni
Lingwi Ġermaniż
Taljan
Ingliż
Franċiż
Latin
Għalliema Johann Schobert (en) Translate
Johann Christian Bach
Leopold Mozart
Giovanni Battista Martini
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
għalliem tal-mużika
pjanist
mużiċist
organist
vjolinist
Tul 1.63 m
Post tax-xogħol Salzburg
Vjenna
Olomouc
Impjegaturi Count Hieronymus von Colloredo (en) Translate
Josef II
Xogħlijiet importanti Il-Flawt Maġiku
Le Nozze di Figaro
Don Giovanni
Così fan tutte
Die Entführung aus dem Serail (en) Translate
Sinfonija Nru 40
Eine kleine Nachtmusik
Requiem
Premjijiet
Influwenzat minn Johann Joseph Fux (mul) Translate
Johann Sebastian Bach
Moviment perjodu klassiku
Moviment artistiku perjodu klassiku
sardana
musica da camera
opra
sinfonija
Strument/i tal-mużika orgni
klavikordju
klaviċembalu
fortepjanu
vjolin
vjola
pjanu

Wolfgang Amadeus Mozart (Johannes Chrysostomus Wolfgangus Theophilus Mozart) kompożitur famuż tal-Mużika Klassika. Il-fama ta' Mozart hija tant kbira li ismu jippersonifika l-mużika klassika tal-punent. Hu meqjus bħala wieħed mill-akbar ġenji mużikali u sa llum għadu ħaj fi qlub il-mużiċisti ta' kull stil u talent. Għalkemm miet ta' eta żgħira, f'ħajtu kkompona madwar 600 xogħol, fosthom il-melodija famuża Eine kleine Nachtmusik, u l-Marċ Tork flimkien ma' 41 sinfonija u kollezzjoni kbira ta' mużika għall-pjanu u mużika vokali.

Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija nhar is-27 ta’ Jannar 1756, Amadeus trabba f’ambjent mużikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitgħallem il-mużika għand missieru, kompożitur u vjolinista tal-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Prinċep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien diġà beda jikkomponi xi bċejjeċ. Ta’ sitt snin flimkien ma’ oħtu Marianne, kien jagħti l-kunċerti f'Munich u Vjenna. Ta' disa' snin kien diġà żar Londra, Pariġi u bliet oħra fejn wera l-kapaċità mużikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, Vjenna, kiteb l-ewwel opra tiegħu La Finta Semplice fuq talba tal-Imperatur Awstrijak. Imma l-opra ttellgħet s-sena ta’ wara f’belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax -il sena Mozart sar Direttur tal-Kunċerti fil-Qorti tal-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xogħlijiet u żar Milan, Ruma u bliet oħra Taljani.

Mozart ma jistagħx jitqies bħala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam mużikali. Il-vjaġġi li għamel qarrbuh lejn l-istili mużikali differenti ta’ żmienu. Billi ħallat dawn l-istili rnexxielu joħloq stil għalih, mużika mmarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjetà ta’ emozzjonijiet.

Fl-1772, miet l-Arċisqof ta’ Salzburg u s-suċċessur tiegħu ftit kien jimpurtah mill-mużika ta’ Mozart, għalhekk wara ħafna tilwim u polemiċi, Mozart ħalla Salzburg u mar Vjenna. Għalkemm beda jirċievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruħu mill-ewwel ġo Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompożitur anzjan Haydn u t-tnejn saru ħbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 iżżewweġ lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha għat-tagħlim tal-mużika, beda jagħti kunċerti ħfief u jikkomponi danzi melodjużi.

Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur ieħor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph II impjegah bħala mużiċista fil-palazz tiegħu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Għalkemm dan kien salarju fenominali għal dak iż-żmien xorta baqa’ mċappas bid-djun li kien għamel.

Matul dik is-sena stess f’sitt ġimgħat ikkompona l-aħħar tliet sinfoniji, is-Sinfonia fid-Do maġġuri magħrufa bħala Jupiter, is-Sinfonia fil-Mi bemoll maġġuri u s-Sinfonia fis-Sol minuri. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 biċċa xogħol, dawn ġew irranġati f’ordni kronoloġiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel.

Ix-xogħlijiet strumentali tiegħu wasslu l-mużika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bħala pjanist ċelebri kkompona diversi xogħlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’diversi kunċerti. Kien l-ewwel surmast tal-hekk imsejħa kunċerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonati u xogħlijiet għall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu.

L-Aħħar Snin

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-aħħar sena ta’ ħajtu kkompona l-famuża opra 'il-Flawt Maġiku' u l-Messa de Requiem, xogħol korali li fiha tista’ tgħid antiċipa l-mewt tiegħu stess, minħabba li lanqas laħaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tiegħu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompożitur operistiku ta’ żmienu. Kemm l-opri komiċi u anke dawk klassiċi huma mmarkati b’intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xogħol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar il-5 ta' Diċembru 1791, fl-età żgħira ta’ 35 sena. Bħalma għex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Imma mhux l-istess ġralha l-mużika tiegħu, li baqgħet tiġi apprezzata dejjem iżjed mal-mixja taż-żmien u li għamlet lil Mozart fost l-aqwa kompożituri li qatt dehru taħt il-kappa tax-xemx.


Lista ta’ Xogħlijiet Prinċipali ta’ Mozart

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Die Schuldigkeit des ersten Gebotes K 35 (l-ewwel parti biss)
  • Apollo et Hyacinthus K 38 - (13 ta’ Mejju 1767, Università ta’ Salisburg)
  • Bastien und Bastienne K 50 - (2 ta’ Ottubru 1890, Architektenhaus, Berlin)
  • La finta semplice K 51 - (1 ta’ Mejju 1769, Qorti tal-Arċisqof, Salisburg)
  • Mitridate, re di Ponto K 87 (K.74a) - (26 ta’ Diċembru 1770, Teatro Regio Ducale, Milan)
  • Ascanio in Alba K 111- (17 ta’ Ottubru 1771, Teatro Regio Ducale, Milan)
  • Il sogno di Scipione K 126 - (1 ta’ Mejju 1772, Residenza Arċiveskovili, Salisburg)
  • Lucio Silla (opera) Lucio Silla K 135 - (26 ta’ Diċembru 1772, Teatro Regio Ducale, Milan)
  • La finta giardiniera K 196 - (13 ta’ Jannar 1775, Redoutensaal, Monaco)
  • Il re pastore K 208 - (23 ta’ April 1775, Residenza Arċiveskovili, Salisburgo)
  • Zaide K 344 (opra mhux kompluta) – (27 ta’ Jannar 1866, Frankfurt)
  • Thamos König in Ägypten K 345 (kori e intermezzi mużikali)
  • Idomeneo (opra)|Idomeneo, ossia Ilia ed Idamante, K366 - (29 ta’ Jannar 1781, Court Theatre, Monaco)
  • Die Entführung aus dem Serail K384 - (16 ta’ Lülju 1782, Burgtheater, Vjenna)
  • L'oca del Cairo K 422 (opra mhux kompluta) (1784, ta’ April 1860, Frankfurt)
  • Lo sposo deluso, ossia La rivalità di tre donne għall-un solo amante K 430 (opra mhux kompluta) (1784)
  • Der Schauspieldirektor K 486 (trad: L'impresarju Teatrali) (7 ta’ Frar 1786, Palazz Schönbrunn, Vjenna)
  • Le nozze di Figaro K 492 - (1 ta’ Mejju 1786, Burgtheater, Vjenna)
  • Don Giovanni K 527 - (29 ta’ Ottubru 1787, Teatru Nazzjonali ta’ Praga)
  • Così fan tutte K 588 - (26 ta’ Jannar 1790, Burgtheater, Vjenna)
  • Die Zauberflöte K 620 (trad. Il-flawt maġiku) (30 ta’ Settembru 1791, Teatru dei Wieden, Vjenna)
  • La clemenza di Tito K 621 - (6 ta’ Settembru 1791, Teatru Nazzjonali ta’ Praga)
  • Litaniae de venerabili altaris Sacramento K 125
  • Exultate Jubilate K 165 (158a) fil-Fa maġġuri
  • Spatzen-Messe Missa brevis K 220
  • Credo-Messe K 257
  • Spaur-Messe K 258
  • Krönungsmesse K 317
  • Missas solemnis K 337
  • Vesperae solemnes de confessore K 339
  • Quddiesa fid-Do minuri K 427
  • Ave verum Corpus K 618
  • Quddiesa tar-Requiem K 626

Kompożizzjoniet strumentali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Sinfonija n. 25 fis-Sol minuri K 183
  • Sinfonija n. 28 fid-Do maġġuri K 200
  • Sinfonija n. 29 fil-La maġġuri "A mezza orchestra"
  • Sinfonija n. 31 fir-Re maġġuri K 297 "Pariser"
  • Sinfonija n. 32 fis-Sol maġġuri K 318
  • Sinfonija n. 33 fis-Si bemoll maġġuri K 319
  • Sinfonija n. 34 fid-Do maġġuri K 334
  • Sinfonija n. 35 fir-Re maġġuri K 385 "Haffner"
  • Sinfonija n. 36 fid-Do maġġuri K 425 "Linzer"
  • Sinfonija n. 38 fir-Re maġġuri K 504 "Praga"
  • Sinfonija n. 39 fil-Mi bemoll maġġuri K 543
  • Sinfonija n. 40 fis-Sol minuri K 550
  • Sinfonija n. 41 fid-Do maġġuri K 551 "Jupiter"
  • Sinfonija concertante għall-vjolin, vjola u orkestra fil-Mi bemoll maġġuri K 364
  • Sinfonija konċertanti għall-oboe, klarinett, kornu u fagott fil-Mi bemoll maġġuri K297b
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 19 - K 459 "Incoronazione"
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 20 - K 466
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 21 - K 467
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 22 - K 482
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 23 - K 488
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 24 - K 491
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 25 - K 503
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 26 - K 537 "Kronungskonzert"
  • Kunċert għall-pjanuforti n. 27 - K 595
  • Kunċert għall-flawt u arpa - K 299
  • Kunċert għall-kornu n. 3 - K 447
  • Kunċert għall-klarinett - K 622
  • Kunċert għall-vjolin n.1 - K 207
  • Kunċert għall-vjolin n.1 - K 216
  • Kunċert għall-vjolin n.1 - K 218
  • K Kunċert għall-vjolin n.1 - K 219
  • K Kunċert għall-fagott u orkestra - K 191
  • K Kunċert għall-kornu n. 1 - K 412
  • Sonata għall-pjanuforti n. 1 fid-Do maġġuri K 279
  • Sonata għall-pjanuforti n. 2 fil-Fa maġġuri K 280
  • Sonata għall-pjanuforti n. 3 fis-Si bemoll maġġuri K 281
  • Sonata għall-pjanuforti n. 4 fil-Mi bemoll maġġuri K 282
  • Sonata għall-pjanuforti n. 5 fis-Sol maġġuri K 283
  • Sonata għall-pjanuforti n. 6 fir-Re maġġuri K 284
  • Sonata għall-pjanuforti n. 7 fid-Do maġġuri K 309
  • Sonata għall-pjanuforti n. 8 fil-La minuri K 310
  • Sonata għall-pjanuforti n. 9 fir-Re maġġuri K 311
  • Sonata għall-pjanuforti n. 10 fid-Do maġġuri K 330
  • Sonata għall-pjanuforti n. 11 fil-La maġġuri K 331
  • Sonata għall-pjanuforti n. 12 fil-Fa maġġuri K 332
  • Sonata għall-pjanuforti n. 13 fis-Si bemoll maġġuri K 333
  • Sonata għall-pjanuforti n. 14 fid-Do minuri K 457
  • Sonata għall-pjanuforti n. 16 fid-Do maġġuri K 545
  • Sonata għall-pjanuforti n. 17 fis-Si bemoll maġġuri K 570
  • Sonata għall-pjanuforti n. 18 fir-Re maġġuri K 576

Kwartetti u Kwintetti

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Kwartett K 370 għall-oboe, vjolin, vjola u vjolinċell
  • Kwartett K 387
  • Kwartett K 458 "Il-Kaċċa"
  • Kwartett K 465 "Kwartett tad-dissonanzi"
  • Kwintett għall-klarinett u kordi fil-La maġġuri K 581
  • Kwintett għall-pjanuforti u strumenti tan-nifs fil-Mi bemoll K 452