Martín Cáceres

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Martin Caceres)
Martín Cáceres
Informazzjoni personali
Isem sħiħJosé Martín Cáceres
Twelid7 ta' April 1987 (1987-04-07) (37 sena)
MontevideoUrugwaj
Tul1.82 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliCagliari
Numru4
Mixtliet
Defensor
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2007Defensor
2007–2008Villarreal
2007–2008Recreativo Huelva (self)
2008–2011Barcelona
2009–2010Juventus (self)
2010–2011Sevilla (self)
2011–2012Sevilla
2012Juventus (self)
2012–2016Juventus
2017Southampton
2017–2018Verona
2018–2019Lazio
2019Juventus (self)
2019–2021Fiorentina
2021–Cagliari
Tim nazzjonali
2008–Urugwaj

José Martín Cáceres (twieled fis-7 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Urugwajan li jilgħab bħala difensur ma' Cagliari.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Cáceres beda l-karriera ġewwa l-Urugwaj ma' Defensor Sporting, u f'età żagħżugħa sar plejer regulari mal-ewwel tim. F'total ta' 26 apparenza hu sab ix-xibka 4 darbiet. Fi Frar tal-2007, Cáceres iffirma kuntratt ta' ħames snin mat-tim ta' Villarreal CF ta' Spanja mit-tim ta' Defensor għal ċifra ta' miljun ewro.

Fl-istaġun 2007–08 ġie msellef lit-tim ta' Recreativo, fejn lagħab rwol importanti mat-tim Andalusjan. Fid-9 ta' Jannar, 2008, Cáceres skorja gowl vitali kontra Villareal, l-istess tim li kellu d-drittijiet tiegħu, fit-Tazza Spanjola, liema partita Recreativo ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 1–0.

Cáceres ingħaqad ma' Barcelona fis-sajf tal-2008, għas-somma ta' €16.5 miljun. Klawżola ta' €50 miljun ġiet inkluża fil-qbil li sar, b'kuntratt li jibqa' sejjer sal-istaġun 2012.[1] Matul l-ewwel staġun tiegħu mal-klabb Katalan, Cáceres sab ftit opportunitajiet mal-ewwel tim. Madanakollu, f'dan l-ewwel staġun tiegħu hu rnexxielu jirbaħ tliet trofej: it-Tazza tar-Re, il-UEFA Champions League u l-La Liga, biex kompla t-Tripletta għal Barcelona.

Nhar it-30 ta' Lulju, 2009, kien ġie rappurtat li Cáceres kien kompla t-testijiet mediċi bil-ħsieb li jingħaqad ma' Juventus. Nhar is-6 ta' Awwissu, Barcelona ikkonfermaw li huma kienu selfuh għal staġun sħiħ bl-għażla li l-klabb Taljan jixtrieh għal €11-miljun fi tmiem l-istaġun. Fit-12 ta' Settembru 2009, Cáceres skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-Juventus fid-debutt tiegħu fis-Serie A kontra SS Lazio.

Fis-27 ta' Awwissu, 2009, Caceres issieħeb għal staġun ma' Sevilla, bl-għażla li jixtruh fl-aħħar tal-istaġun għal somma ta' €5 miljun.

Statistika[immodifika | immodifika s-sors]

Korretti sas-16 ta' Frar 2013.[2]
Tim Staġun Kampjonat Tazza1 Kontinentali2 Tazzi oħrajn3 Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Defensor 2005–06 2 0 0 0 0 0 2 0
2006–07 24 4 0 0 0 0 24 4
Total 26 4 0 0 0 0 26 4
Villarreal 2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0
Recreativo Huelva 2007–08 34 2 2 1 36 3
Barcelona 2008–09 13 0 7 0 3 0 23 0
Juventus 2009–10 15 1 1 0 5 0 21 1
Sevilla 2010–11 25 1 5 0 7 0 37 1
2011–12 14 1 4 0 0 0 18 1
Total 39 2 9 0 7 0 55 2
Juventus 2011–12 11 1 3 2 14 3
2012–13 14 1 2 0 2 0 0 0 18 1
Total 40 3 6 2 7 0 0 0 53 5
Karriera Totali 151 11 24 3 17 0 0 0 192 14

1Inklużi l-Liguilla Pre-Libertadores, Copa del Rey u l-Coppa Italia.

2Inklużi l-Copa Libertadores, UEFA Cup, UEFA Europa League u l-UEFA Champions League.

3Inkluża s-Supercoppa Italiana.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Agreement for Cáceres with Villarreal" (bl-Ingliż). FC Barcelona. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-29. Miġbur 2009-03-16.
  2. ^ "Martín Cáceres" (bl-Ingliż). Soccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-18. Miġbur 2009-03-16.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]