Emmanuel Muscat
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Emmanuel Muscat | ||
Twelid | 7 ta' Diċembru 1984 Melbourne, Awstralja | ||
Tul | 1.77 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2007 | Sunshine George Cross | ||
2007–2008 | Green Gully | ||
2008–2016 | Wellington Phoenix | ||
2016–2018 | Melbourne City | ||
2018–2019 | Green Gully | ||
Tim nazzjonali | |||
2009–2011 | Malta |
Emmanuel "Manny" Muscat (twieled fis-7 ta' Diċembru 1984) huwa eks-plejer tal-futbol Malti mwieled Awstraljan li kien jilgħab bħala difensur.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Imrobbi f'West Sunshine, ġewwa Melbourne, Manny Muscat lagħab ma' Sunshine George Cross fejn kien intgħażel bħala l-kaptan tat-tim ta' dsatax-il sena, qabel ma mar jilgħab mar-rivali ta' Green Gully.
F'Awwissu tal-2008, Wellington Phoenix kisbu l-firma ta' Muscat, għall-bidu bħala sostitut ta' Vince Lia li kien imweġġa, imma aktar tard ingħata kuntratt sħiħ. Muscat lagħab total ta' 26 logħba matul l-istaġun 2009-10. Barra minn difensur lemini, hu ġie skjerat diversi drabi fi rwol ta' midfilder difensiv. Il-prestazzjonijiet tiegħu ġew premjati meta fl-20 ta' Ottubru 2009 hu ffirma estenda l-kuntratt tiegħu mal-klabb għal tliet snin oħra.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-11 ta' Mejju, 2009, Muscat ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Malti għal-logħba ta' ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka u l-partita valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 kontra l-Iżvezja. Id-debutt tiegħu wasal kontra r-Repubblika Ċeka nhar il-5 ta' Ġunju, 2010, waqt li kien użat bħala sostitut fil-konfront kontra l-Iżvezja.
Statistika tal-karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Dehriet u gowls internazzjonali – Malta | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Data | Belt | Ġo darhom | Riżultat | Ospiti | Kompetizzjoni | Gowls |
5 ta' Ġunju 2009 | Jablonec nad Nisou | Repubblika Ċeka | 1–0 | Malta | Logħba ta' ħbiberija | |
10 ta' Ġunju 2009 | Gothenburg | Żvezja | 4–0 | Malta | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | |
4 ta' Settembru 2009 | Ta' Qali | Malta | 0–2 | Kap Verde | Logħba ta' ħbiberija | |
9 ta' Settembru 2009 | Ta' Qali | Malta | 0–1 | Żvezja | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | |
10 ta' Novembru 2009 | Vila Real de Santo António | Angola | 2–0 | Malta | Logħba ta' ħbiberija | |
14 ta' Novembru 2009 | Guimarães | Portugall | 4–0 | Malta | Kwal. Tazza tad-Dinja 2010 | |
2 ta' Settembru 2010 | Ramat Gan | Iżrael | 3–1 | Malta | Kwal. Ewropej 2012 | |
7 ta' Settembru 2010 | Ta' Qali | Malta | 0–2 | Latvja | Kwal. Ewropej 2012 | |
2 ta' Settembru 2011 | Ta' Qali | Malta | 1–3 | Kroazja | Kwal. Ewropej 2012 | |
Total | Preżenzi | 9 | Gowls | 0 |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Emmanuel Muscat – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Emmanuel Muscat fuq National-Football-Teams.com