Aqbeż għall-kontentut

Lucien Laurent

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lucien Laurent
Informazzjoni personali
Isem sħiħLucien Laurent
Twelid10 ta' Diċembru 1907(1907-12-10)
Saint-Maur-des-Fossés, Franza
Mewt11 ta' April 2005 (97 sena)
Besançon
Tul1.60 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1921–1930CA Paris
1930–1932Sochaux
1932–1933Club Français
1933–1934CA Paris
1934–1935Mulhouse
1935–1936Sochaux
1936–1937Rennes
1937–1939Strasbourg
1943–1946Besançon
Tim nazzjonali
1930–1935Franza

Lucien Laurent (twieled fl-10 ta' Diċembru 1907 – miet fil-11 ta' April 2005) kien plejer tal-futbol Franċiż. Hu jibqa' famuż minħabba li kien il-plejer li skorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.

Bejn l-1921 u l-1931 Laurent lagħab mat-tim semiprofessjonali ta' Cercle Athlétique de Paris, qabel ma ssieħeb ma' Sochaux, li f'dak iż-żmien kienet it-tim tax-xogħol tal-manifattur tal-karozzi Peugeot, fejn kien jaħdem. Fis-snin li segwew dar diversi timijiet, sakemm faqqet it-Tieni Gwerra Dinjija u ġie msejjaħ mal-armata Franċiża. Matul il-gwerra nqabad bħala priġunier mill-Ġermaniżi u wara li qatta' tliet snin bħala priġunier fl-1943 irritorna għall-futbol ma' Besançon fejn magħhom għalaq il-karriera tiegħu fl-1946.

Laurent iddebutta mat-tim nazzjonali Franċiż nhar it-23 ta' Frar 1930 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall ġewwa Porto, li Franza tilfu 2–0. Hu, flimkien ma' ħuh, ġew magħżula mal-iskwadra Franċiża għat-Tazza tad-Dinja 1930 ġewwa l-Urugwaj, l-ewwel waħda fl-istorja. Għal din l-okkażjoni hu ngħata permess speċjali ta' "futboler-ħaddiem". Hu lagħab fl-ewwel logħba kontra l-Messiku fit-13 ta' Lulju 1930. Franza rebħu l-partita 4–1, b'Laurent jiskorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.

 Meta skorjajt il-gowl kelli ferħ normali, dak ta' gowl flimkien ma' sħabi. Kien hemm biss bews u ċapċip tal-idejn qabel mal-partita reġgħet bdiet. F'dak il-ħin l-anqas saqsejt il-mistoqsija jekk dan kienx l-ewwel gowl tat-Tazza tad-Dinja. Ma rrealizzajtx. 

—Lucien Laurent dwar il-gowl

Minkejja r-rebħa kontra l-Messiku, Franza ġiet eliminata wara li tilfet iż-żewġ partiti ta' wara kontra l-Arġentina u ċ-Ċili. Fl-ewwel logħba Laurent kien mal-ewwel ħdax però kellu jiġi sostitwit wara li weġġa' f'konfront ma' Luis Monti li ħallietu barra mil-logħba ta' wara.[1]

Mat-tim nazzjonali Franċiż Laurent lagħab 10 partiti fejn skorja żewġ gowls.

Logħbiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ John F. Molinaro. cbc.ca (ed.). "Lucien Laurent: the World Cup's first goal scorer" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-2011-05-11. Miġbur 2012-06-12.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]