Aqbeż għall-kontentut

Joseph Zerafa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Joseph Żerafa)
Joseph Zerafa
Informazzjoni personali
Twelid31 ta' Mejju 1988 (1988-05-31) (36 sena)
MġarrMalta
Tul1.72 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliValletta
Numru19
Mixtliet
Sirens
Mġarr United
Hibernians
Birkirkara
Karriera professjonali
SninKlabb
2005–2014Birkirkara
2005–2014Grays Athletic
2015Welling United
2015–2017Birkirkara
2017–2021Valletta
2021–Hibernians
Tim nazzjonali
2011–2019Malta

Joseph Zerafa (twieled fil-31 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala difensur xellugi ma' Hibernians.

Joseph beda l-karriera tiegħu meta kellu sitt snin ma' Sirens. Is-sena ta' wara ngħaqad mal-mixtla tar-raħal tiegħu, Mġarr United fejn għamel magħhom erba' snin oħra. Fl-età ta' 13-il sena, Joseph mar mal-mixtla ta' Hibernians u għamel sentejn. Fis-sena 2005 issieħeb ma' Birkirkara.

Zerafa iddebutta fil-Premier League Malti fl-istaġun 2005–06, liema staġun Birkirkara rebħu t-titlu. Joseph skorja l-ewwel gowl tiegħu kontra Msida Saint-Joseph meta t-tim tiegħu rebaħ 2–1. Fl-istaġun 2010–11 Joseph estenda l-kuntratt tiegħu għal tlett snin oħra f'Ġunju 2011.

Fl-istaġun 2011–12, il-prestazzjonijiet ta' Zerafa wassluh sabiex jisstabbilixxi ruħu bħala wieħed mill-aħjar difensuri xellugin fil-Premier League.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-2 ta' Ġunju 2012, huwa għamel id-debutt kbir tiegħu għat-tim nazzjonali Malti fir-rebħa ta' 2–0 kontra il-Lussemburgu.

Birkirkara

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]