Joe Hart
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Charles Joseph John Hart | ||
Twelid | 19 ta' April 1987 Shrewsbury, Ingilterra | ||
Tul | 1.96 m | ||
Rwol | Gowlkiper | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Celtic | ||
Numru | 15 | ||
Mixtliet | |||
–2003 | Shrewsbury Town | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2006 | Shrewsbury Town | ||
2006–2018 | Manchester City | ||
2007 | → Tranmere Rovers (self) | ||
2007 | → Blackpool (self) | ||
2009–2010 | → Birmingham City (self) | ||
2016–2017 | → Torino (self) | ||
2017–2018 | → West Ham United (self) | ||
2018–2020 | Burnley | ||
2020–2021 | Tottenham Hotspur | ||
2021– | Celtic | ||
Tim nazzjonali | |||
2007–2009 | Ingilterra U21 | ||
2008–2017 | Ingilterra |
Charles Joseph John "Joe" Hart (Shrewsbury, 19 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala gowlkiper mal-klabb ta' Celtic.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Shrewbsury Town
[immodifika | immodifika s-sors]Ta' ħmistax-il sena diġà kien jivvjaġġa mat-tim tal-kbar ta' Shrewsbury Town. Hu ddebbuta mal-ewwel tim meta lagħab kontra Ebbsfleet United fl-ewwel staġun tal-klabb wara r-relegazzjoni għall-Football Conference. Mill-istaġun 2005–06, Hart intgħażel bħala l-ewwel għażla bejn il-lasti u lagħab total ta' 46 logħba fejn sofra 55 gowl. Kien f'dan iż-żmien li ġie msejjaħ sabiex jilgħab mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt id-19-il sena.
Il-prestazzjonijiet eklatanti tiegħu wasslu biex diversi klabbs tal-Premier League juri interess fil-plejer, fejn ġie vvutat bħala l-aqwa gowler tal-League Two għall-istaġun 2005–06.
Manchester City
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-24 ta' Mejju 2006, ġie mħabbar li Manchester City għamlu l-akkwist ta' Joe Hart.[1] It-termini tan-negozjati kien jinkludi li City iħallsu somma inizzjali ta' £600,000, li setgħet titla' għal £1,500,000. L-ewwel logħba tiegħu waslet fl-14 ta' Ottubru 2006 wara li problemi fiżiċi għal Andreas Isaksson u Nicky Weaver wasslu għad-debutt tiegħu kontra Sheffield United. Il-partita ntemmet fi dro ta' mingħajr gowls.
F'Jannar tal-2007 ġie msellef lit-tim mil-League One, Tranmere Rovers, fejn magħhom lagħab sitt logħbiet. F'April tal-istess sena reġa' ġie msellef fl-istess diviżjoni lil Blackpool. Mas-Seasiders hu ġabar ħames preżenzi fil-kampanja li rat lill-klabb jiġi promoss għaċ-Championship.
Meta rritorna lura lejn Manchester City, il-kowċ il-ġdid Sven-Göran Eriksson għażel lil Hart bħala l-ewwel gowler tal-klabb, u Isakkson sab ruħu fuq il-bankina. Hu lagħab 26 logħba dak l-istaġun, u l-istaġun ta' wara 23 logħba. Bl-akkwist tal-Irlandiż Shay Given f'Jannar tal-2009 postu ġie fi skrutinju hekk kif Given ħadlu postu.
Riżultat ta' dan, Hart ġie misluf lit-tim promoss ta' Birmingham City.[2] Id-debutt tiegħu wasal fit-telfa barra minn darhom bl-iskor ta' 1–0 kontra Manchester United. Wara bidu diffiċli, il-forma tiegħu tjiebet fejn fl-aħħar tal-istaġun barra l-garanzija ta' post il-klabb fl-ogħla diviżjoni hu ġie vvutat bħala l-Plejer tas-Sena ta' Birmingham City u ġie nnominat għall-Plejer Żagħżugħ tas-Sena. Minkejja li tilef dan l-unur lil James Milner, hu xorta waħda sab postu fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[3]
L-istaġun suċċessiv bir-ritorn tiegħu ma' City hu reġa' kiseb l-ewwel post bħala gowler u rrelega lil Given għal fuq il-bankina. Hu baqa' jimpressjona fejn ġie mfaħħar ħafna minn diversi kritiċi u ġurnalisti sportivi. Dak l-istaġun hu għen lis-City jirbħu l-FA Cup, barra li rnexxielhom jirbħu post fil-UEFA Champions League. Grazzi għall-prestazzjonijiet tiegħu hu ngħata l-unur bħala Gowler tas-Sena tal-Premier League għall-iktar numru ta' xbieki mhux mittiefsa (18). Bit-tluq ta' Shay Given ma' Aston Villa f'Lulju 2011, Hart issiġilla postu bħala l-ewwel gowler tal-klabb. Għat-tieni sena konsekuttiva hu rebaħ l-unuru tal-Gowler tas-Sena hekk kif għen lil Manchester City jirbħu l-ewwel titlu tal-kampjonat għal 44 sena.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li kien figura regulari mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, hu ġie magħżul għaż-żewġ logħbiet ta' ħbiberija tat-tim tal-kbar kontra l-Istati Uniti u t-Trinidad u Tobago. Minkejja li ma lagħabx kontra l-Istat Uniti, hu daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima kontra Trinidad u Tobago fl-1 ta' Ġunju 2008, bl-Ingilterra toħroġ rebbieħa 3–0.
Minkejja li ġie magħżul mal-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja 2010, hu ma lagħab l-ebda logħba. Wara l-eliminazzjoni bikrija, il-kowċ Fabio Capello innominah bħala l-ewwel gowler tat-tim fejn minn hemmhekk ifforma pedina importanti tat-tim nazzjonali. Hu ġie magħżul għall-Kampjonati Ewropej 2012, fejn minkejja li l-Ingilterra ġew eliminati fil-kwarti tal-finali hu kien l-aktar gowler li għamel salvataġġi (19).[4]
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Manchester City
- Premier League: 2011–12, 2013–14
- FA Cup: 2010–11
- Football League Cup: 2013–14, 2015–16
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- Gowlkiper tas-Sena: 2010–11, 2011–12
- Tim tas-Sena tal-Premier League: 2009–10, 2011–12
- Tim tas-Sena tal-League Two: 2005–06
- Plejer tas-Sena ta' Birmingham City: 2009–10
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Man City complete Hart signature" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-05-24.
- ^ "Birmingham sign Hart and Espinoza" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-24.
- ^ "Hart Named In PFA Team Of The Year" (bl-Ingliż). football.co.uk. 2010-04-26.
- ^ Fifield, Dominic (2012-06-21). "Euro 2012: Joe Hart justifies hype to lead England's renaissance" (bl-Ingliż). Guardian. Miġbur 2012-06-27.