Javier Hernández Balcázar
Hernández fl-2019 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Javier Hernández Balcázar | ||
Twelid | 1 ta' Lulju 1988 Guadalajara, Messiku | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | LA Galaxy | ||
Numru | 14 | ||
Mixtliet | |||
1997–2006 | Guadalajara | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2010 | Guadalajara | ||
2010–2015 | Manchester United | ||
2014–2015 | → Real Madrid (self) | ||
2015–2017 | Bayer Leverkusen | ||
2017–2019 | West Ham United | ||
2019–2020 | Sevilla | ||
2020– | LA Galaxy | ||
Tim nazzjonali | |||
2009– | Messiku |
Javier "Chicharito" Hernández Balcázar (twieled fl-1 ta' Ġunju 1988) huwa plejer tal-futbol Messikan li jilgħab ma' LA Galaxy u mat-tim nazzjonali Messikan bħala attakkant.
Hu hu t-tifel ta' Javier Hernández Gutiérrez u n-neputi ta' Tomás Balcázar, li kienu lkoll eks-plejers internazzjonali Messikani.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Hernández iddebutta mal-klabb ta' Guadalajara fir-rebħa ta' 4–0 fuq Necaxa fl-Apertura 2006 fejn kien daħal bħala sostitut għal Omar Bravo fit-82 minuta u kien skorja l-aħħar gowl tal-konfront. Matul dak l-istaġun, fejn fiha lagħab erba' logħbiet, dan kien l-uniku gowl tiegħu. Fl-Apertura 2009, Hernández irnexxielu jispiċċa t-tielet l-aqwa skorer bi ħdax-il gowl minn sbatax-il partita. Għal dan l-istaġun 2009–10 skorja għaxar gowls fi ħdax-il logħba.
Fit-8 ta' April 2010, ġie uffiċjalizzat it-trasferiment ta' Hernández mal-klabb Ingliż ta' Manchester United suġġett għall-permess tax-xogħol.[1] Fis-27 ta' Mejju 2010, hu ngħata l-permess tax-xogħol u t-trasferiment sar uffiċjali fl-1 ta' Lulju.[2] Bħala parti mill-qbil it-tim tal-United lagħab logħba ta' ħbiberija ma' Chivas fil-grawnd il-ġdid nhar it-30 ta' Lulju 2010. Fl-ewwel logħba kompetittiva tiegħu kontra Chelsea mill-Community Shield, hu skorja t-tieni gowl tal-logħba fir-rebħa ta' 3–1. Id-debutt fil-Premier League wasal fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fis-16 ta' Awwissu, meta ħa post Wayne Rooney. Fid-29 ta' Settembru, sab għall-ewwel ix-xibka għall-ewwel darba meta skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' 1–0 kontra Valencia fil-UEFA Champions League. Hu skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat fil-pari ta' 2–2 kontra West Bromwich Albion fis-16 ta' Ottubru. Tmint ijiem wara skorja l-ewwel doppjetta tiegħu hekk kif United ħarġu rebbieħa 2–1 barra minn darhom kontra Stoke City. Matul l-istaġun il-vena tal-gowls kompliet fejn skorja f'kull kompetizzjoni li fiha ħadu sehem, fosthom l-ewwel gowl wara biss 36 sekonda fir-rebħa ta' 2–1 tat-8 ta' Mejju kontra Chelsea, li poġġiet lil United punt wieħed biss 'il bogħod mir-rebħ tat-titlu. Dan il-gowl għamlu l-ewwel plejer li skorja għoxrin gowl għall-klabb fl-ewwel staġun tiegħu mill-istaġun 2001–02 meta Ruud van Nistelrooy kien laħaq l-istess tragward.[3] Hernández temm l-istaġun b'20 gowl u bir-rebħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena Sir Matt Busby ivvutat mill-partitarji.[4]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel logħba tiegħu mat-tim nazzjonali Messikan waslet fit-30 ta' Settembru 2009 kontra l-Kolombja. L-ewwel gowls tiegħu waslu fl-24 ta' Frar 2010 meta skorja doppjetta fir-rebħa ta' 5–0 fuq il-Bolivja.
Għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010, Hernández ġie inkluż fost il-lista tat-23 plejer. F'din il-kompetizzjoni lagħab l-ewwel logħba tiegħu meta daħal bħala sostitut fit-73 minuta kontra l-Afrika t'Isfel. Fit-tieni partita tal-grupp kontra Franza, skorja l-ewwel gowl għall-Messiku fir-rebħa ta' 2–0. Għal din il-partita ġie magħżul bħala l-plejer tal-partita. Fis-27 ta' Ġunju 2010, hu ngħata għall-ewwel darba post mal-ewwel ħdax fil-partita mill-aħħar sittax kontra l-Arġentina fejn skorja l-gowl tal-bandiera, fit-telfa ta' 3–1 li fissret l-eliminazzjoni.
Nhar il-5 ta' Ġunju 2011, skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta' 5–0 fuq El Salvador, l-ewwel logħba mill-CONCACAF Gold Cup 2011. Erbat ijiem wara skorja darbtejn oħra kontra l-Kuba, u nhar it-18 ta' Ġunju 2011, Hernández skorja l-gowl tar-rebħa kontra l-Gwatemala biex tefa' lill-Messiku sas-semifinali. Fil-logħba kontra l-Ħonduras tat-22 ta' Ġunju, hu għen lill-Messiku jaċċessaw il-finali meta skorja t-tieni gowl fil-ħin barrani fir-rebħa ta' 2–0. Hernández temm il-Gold Cup bħala l-aqwa skorer b'seba' gowls u ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tat-tornew, flimkien mar-rebħa fil-finali kontra l-Istati Uniti.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Statistika korretta sal-10 ta' Marzu 2013[5]
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Kontinentali | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Guadalajara | 2006–07 | 8 | 1 | 0 | 0 | – | 1 | 0 | 0 | 0 | 9 | 1 | |
2007–08 | 6 | 0 | 0 | 0 | – | 4 | 0 | 1 | 0 | 11 | 0 | ||
2008–09 | 22 | 4 | 3 | 0 | – | 7 | 3 | 0 | 0 | 32 | 7 | ||
2009–10 | 28 | 21 | 0 | 0 | – | 0 | 0 | 0 | 0 | 28 | 21 | ||
Total | 64 | 26 | 3 | 0 | – | 12 | 3 | 1 | 0 | 80 | 29 | ||
Manchester United | 2010–11 | 27 | 13 | 5 | 1 | 3 | 1 | 9 | 4 | 1 | 1 | 45 | 20 |
2011–12 | 28 | 10 | 1 | 0 | 0 | 0 | 7 | 2 | 0 | 0 | 36 | 12 | |
2012–13 | 15 | 8 | 5 | 4 | 2 | 1 | 6 | 3 | – | 28 | 16 | ||
Total | 70 | 31 | 11 | 5 | 5 | 2 | 22 | 9 | 1 | 1 | 109 | 48 | |
Total tal-karriera | 134 | 57 | 14 | 5 | 5 | 2 | 34 | 12 | 2 | 1 | 189 | 77 |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Guadalajara
- Primera División de México: Apertura 2006
- Manchester United
- Premier League: 2010–11, 2012–13
- FA Community Shield: 2010
- Real Madrid
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- CONCACAF Gold Cup: 2011
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- L-aqwa skorer tal-Primera División de México: Bicentenario 2010
- Balón de Oro – L-Aqwa Attakkant: Torneo Bicentenario 2010
- Plejer tas-Sena Sir Matt Busby: 2010–11
- Iż-Żarbun tad-Deheb fil-CONCACAF Gold Cup: 2011
- L-Aqwa Plejer tal-CONCACAF Gold Cup: 2011
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Communications Dept. (2010-04-08). "Reds agree Hernandez deal" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2010-04-08.
- ^ Tuck, James (2010-05-27). "Chicharito granted work permit" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2010-05-27.
- ^ Taylor, Daniel (2011-05-09). "Manchester United on brink of record 19th title after win over Chelsea" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2011-08-07.
- ^ Tuck, James (2011-05-18). "Fans honour Hernandez" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2011-08-07.
- ^ Endlar, Andrew. "Javier Hernandez". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2010-02-23.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Javier Hernández Balcázar fuq Soccerbase