Aqbeż għall-kontentut

Jamie Pace

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jamie Pace
Informazzjoni personali
Isem sħiħJamie McDonald Pace
Twelid1 ta' Jannar 1977 (1977-01-01) (49 sena)
Hammersmith, Ingilterra
Tul1.80 m
RwolMidfilder
Karriera professjonali
SninKlabb
1995–1998Tooting & Mitcham
1998–1999Sutton United
1999–2000Barton Rovers
2000–2001Carshalton Athletic
2001–2003Pietà Hotspurs
2003→ Sliema Wanderers (self)
2004→ Valletta (self)
2004–2008Marsaxlokk
2008–2013Valletta
2012–2013→ Balzan Youths (self)
2013–2016Gżira United
2016Senglea Athletic
2017–2021Vittoriosa Stars
Tim nazzjonali
2005–2011Malta

Jamie McDonald Pace (twieled fl-1 ta' Jannar 1977) huwa eks-plejer tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala midfilder.

Pace beda l-karriera tiegħu l-Ingilterra fejn lagħab ma' diversi klabbs f'Londra. Fl-2001 ġie Malta u ssieħeb ma' Pietà Hotspurs.

Fuq livell internazzjonali, Pace kellu l-għażla ta' tliet nazzjonijiet: l-Ingilterra, art twelidu, Malta, peress li għandu ommu Maltija, Maria-Teresa Pace, u l-Ġamajka peress li għandu missieru Ġamajkan, Keith McDonald (li lagħab għaċ-Chelsea). Hu ddikjara għat-tim nazzjonali Malti u fid-9 ta' Frar 2005 iddebutta kontra n-Norveġja.

Gowls internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
#DataPostAvversarjuSkorRiżultatKompetizzjoni
12 ta' Settembru 2006Grawnd Nazzjonali Ta' Qali, Ta' Qali Bosnja-Ħerzegovina1–12–5Kwalifikazzjoni EURO 2008
223 ta' Marzu 2008Grawnd Nazzjonali Ta' Qali, Ta' Qali Liechtenstein4–07–1Logħba ta' ħbiberija
32 ta' Settembru 2010Stadju Ramat Gan, Ramat Gan Iżrael1–11–3Kwalifikazzjoni EURO 2012
Marsaxlokk
Valletta

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]