Aqbeż għall-kontentut

James Aaron Ellul

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
James Aaron Ellul
kunsillier

Ħajja
Twelid 3 Lulju 1995 (29 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurnalist

James Aaron Ellul (3 ta' Lulju, 1995) huwa politiku, ġurnalist u kittieb. Huwa Viċi Sindku fil-lokalità tal-Furjana. [1][2]

Ellul huwa l-iżgħar Kunsillier li qatt ġie elett fil-Floriana, dan hekk kif kien elett meta kellu 19-il sena u dak iż-żmien il-liġi tal-kontestanzjoni kienet tippermeti biss persuni minn 18-il sena 'l fuq.

James Aaron Ellul okkupa wkoll l-irwol ta' Direttur Komunikazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista bejn l-2023-24, fis-sena li saret l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Lokali. Matul din l-Elezzjoni l-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk u rebaħ lura għadd ta' lokalitajiet[3].

Fid-9 ta' Settembru 2024 huwa beda jokkupa l-irwol ta' Direttur Librerija Informa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista wara li rriżenja minn Direttur Komunikazzjoni bil-ħsieb li jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali [4]

Studju, Ħajja Personali u Familja

[immodifika | immodifika s-sors]

Ellul studja fil-Kulleġġ Santu Wistin f'Tal-Pietà, Ġ.F. Abela Junior College, u ggradwa fil-Baċellerat tal-Arti bl-Unuri fil-Malti mill-Università ta’ Malta. It-teżi tiegħu kienet titratta l-użu tat-termini letterarji użati fid-diskorsi li għamel l-Eks Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami.[5]

In-negozju tal-familja ta' Ellul fil-Floriana twaqqaf fl-1881 mill-buż-buż-nannu ta' James Aaron Ellul, Lorenzo. Il-laqam tal-familja huwa dak ta' "Ta' Quattromani".[6]

Huwa miżżewweġ lil Sarah u għandhom iben[7][8].

Ellul beda jaħdem bħala ġurnalist ma’ Net News fl-2014.[9] Huwa jaħdem ukoll bħala xandar tal-aħbarijiet għal Net News, kif ukoll bħala producer ta’ programm fuq Net TV bl-isem PROFILI. Qabel PROFILI kien jipproduċi u jippreżenta l-programm Magħkom.

PROFILI huwa programm ta’ intervisti, li jiltaqa’ ma’ xi uċuħ familjari li ħallew impatt fuq il-ħajja ta’ ħafna madwar l-arċipelagu u lil hinn.[10][11]

Fl-2019 Ellul ifforma wkoll parti minn programm li kien janalizza l-futbol lokali.[12]

Il-Partit Nazzjonalista ħatru fil-kariga ta' direttur tal-komunikazzjoni fi ħdanu f'April tal-2023, minflok Simon Vella Gregory.[13]

Fis-snin meta kien student, James Aaron Ellul kien pjuttost attiv f'organizzazzjoni studenteski, bħal pereżempju fl-SDM (Studenti Demokristjani Maltin) huwa wkoll kien attiv fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN, l-MŻPN (Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista). Bejn l-2018 u l-2021 huwa serva bħala Uffiċjal tal-Politika Soċjali[14][15]

Ta’ 17-il sena, Ellul involva ruħu wkoll fil-politika lokali fejn ingħaqad mal-kumitat lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Furjana. Fl-età biss ta’ 18-il sena Ellul ġie elett fil-kariga ta’ President.[16] Huwa għadu l-iżgħar President li qatt ġie elett f’kumitat lokali fil-fergħat lokali tal-PN. James Aaron Ellul serva f'dan l-irwol għal kważi 8 snin qabel ma r-riżenja sabiex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fl-2022.

Kunsilli Lokali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-11 ta’ April 2015, Ellul ġie elett bħala Kunsillier Lokali għal-lokalità tal-Floriana, u sar l-iżgħar Kunsillier Lokali elett f’din il-lokalità[17].

Erba' snin wara, fil-25 ta’ Mejju 2019, Ellul reġa’ ġie elett fil-Kunsill Lokali tal-Furjana [18] wara li kiseb l-aktar voti mill-kandidati tal-PN u kiseb ukoll 88% tal-voti mitfugħa lill-PN. Huwa serva t-tieni mandat tiegħu bħala Kap tal-Minoranza hekk kif il-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jikseb il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kunsill Lokali tal-Furjana.

Ix-xogħol tiegħu fil-Furjana huwa ffukat prinċipalment fuq il-ħidma ta' riġenerazzjoni tal-lokalità[19]. Ilu jaħdem fuq investiment xieraq fil-Furjana, u li l-Gvern għandu jiddiskuti dak kollu li jikkonċerna lill-Furjaniżi u lill-Furjana mal-Kunsill Lokali, speċjalment fuq kwistjonijiet Nazzjonali li jolqtu lir-residenti, bħal pereżempju l-investiment fi Triq Sant’Anna fil-Furjana[20].

Sal-2022 huwa ressaq aktar minn 55 mozzjoni fil-Kunsill. Waħda minnhom kienet dwar investiment u upkeep xieraq fil-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana[21].

Fl-2024, James Aaron Ellul kiseb l-akbar ammont ta' voti fl-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Floriana u kien elett mill-ġdid biex iservi fit-tielet leġiżlatura tiegħu. [22] F'Lulju huwa nħatar Viċi Sindku, b'vot ta' 4-1 hekk kif ġab anki l-appoġġ ta' Kunsillier mill-Partit Laburista [23][24]

James Aaron Ellul kien wieħed mill-10 żgħażagħ l-aktar li jispikkaw għall-2020. Ellul rebaħ l-unur: Il-Politika Legali u/jew Governattiva.[25]

Fl-2024 James Aaron Ellul kien finalist fil-premju Nazzjonali tal-Ktieb, fil-kategorija Studju u Riċerka, permezz tal-ktieb, il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami.[26]


Pubblikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2022, Ellul ippubblika studju dwar is-Sistema Elettorali ta' Malta, bit-tema prinċipali tkun ir-Riżultat Elettorali tal-2008.[27] Matul il-bidu tal-2023, James Aaron Ellul ħabbar li se jiġi ppubblikat studju dwar Eddie Fenech Adami.[28]

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 2022 – Pioneers of Democracy: A Study of Malta’s Electoral System with a Focus On the 2008 Electoral Result[27]
  • 2023 - Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami [29]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Bonavia, Sarah (2024-07-12). ""Se naħdmu b'saħħa favur il-Furjaniżi" - James Aaron Ellul". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-07-17.
  2. ^ Admin. "Independent councillor appointed Floriana mayor, with PN councillor as deputy mayor - The Malta Independent". www.independent.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-17.
  3. ^ "As it happened: Labour's majority evaporates as PN reclaims third MEP seat". Times of Malta (bl-Ingliż). 2024-06-09. Miġbur 2024-09-20.
  4. ^ "PN's Director of Communications steps down, declares intention to contest general election - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-09-20.
  5. ^ "Lista tat-teżijiet li saru fid-Dipartiment tal-Malti" (PDF). Università ta' Malta. Miġbur 2009-04-04.
  6. ^ "Rakkont dwar il-familja ta' Ellul". The People of Malta. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  7. ^ Newsroom, N. E. T. (2022-04-30). "Awguri Sarah u James! Jiżżewweġ il-ġurnalist James Aaron Ellul". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-09-20.
  8. ^ Staff Reporter (5/7/2023). "PN communications director and wife welcome firstborn". Newsbook.com.mt (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ "James Aaron Ellul, Awtur NETnews" (bil-Malti). Miġbur 2023-02-01.
  10. ^ "PROFILI - Programm imxandar fuq NET Television". You Tube. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  11. ^ "PROFILI - Programm imxandar fuq NET Television". Net on Demand. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-01-29. Miġbur 2023-12-23. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |4= (għajnuna)
  12. ^ https://netnews.com.mt/2019/08/21/replay-20-sena-ta-produzzjoni/
  13. ^ "Journalist appointed PN communications director". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-26.
  14. ^ "Pubblikazzjoni dwar Ellul". issuu. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  15. ^ ""Il-Partit Nazzjonalista jrid isir żagħżugħ" – Il-Kap tal-PN Adrian Delia". Net News. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  16. ^ "James Aaron Ellul - Leħnek fil-Floriana by James Aaron Ellul - Issuu". issuu.com (bl-Ingliż). 2015-04-03. Miġbur 2024-09-20.
  17. ^ "Ir-riżultat tal-elezzjoni". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  18. ^ "Ir-riżultat tal-elezzjoni". Kummissjoni Elettorali. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  19. ^ "Kitba dwar l-importanza ta' riġenerazzjoni fil-lokal". Times of Malta. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  20. ^ ""Azzjoni issa qabel ikun tard wisq" – James Aaron Ellul". Net News. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  21. ^ "Jipproponi park tal-familja fil-Furjana". Newsbook. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna)
  22. ^ Newsroom, T. V. M. (2024-06-14). "Floriana: 2 PL, 2 PN u 1 Independent councillor elected" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.
  23. ^ Diacono, Tim (2024-07-11). "'He Deserved It': PL Floriana Councillor Justin Haber Votes In Favour Of PN Vice Mayor" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-17.
  24. ^ Gavin, Muscat. "Il-Kunsilliera Laburisti jivvotaw differenti dwar in-nomina ta' James Aaron Ellul bħala Viċi Sindku". Newsbook.com.mt .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  25. ^ Weekly, The Malta Business (2020-12-10). "JCI Malta awards the ten most outstanding young people for 2020 | The Malta Business Weekly" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.
  26. ^ "Niċċelebraw l-Eċċellenza Letterarja: Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2024 | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb" (bil-Malti). 2024-08-27. Miġbur 2024-09-20.
  27. ^ a b Ellul, James Aaron (2022-01-01). "A Study of Malta's Electoral System with a Focus On the 2008 Electoral Result". Pioneers of Democracy.
  28. ^ MaltaDaily (2023-01-13). "A first of its kind - 'Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami' soon to be published" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.
  29. ^ "Il-kelma ta' Eddie Fenech Adami" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-18.