Jürgen Klopp
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Jürgen Norbert Klopp | ||
Twelid | 16 ta' Ġunju 1967 Stuttgart | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.90m | ||
Rwol | Attakkant / Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Borussia Dortmund (kowċ) | ||
Klabbs ġovanili | |||
1975–1983 | SV Glatten | ||
1983–1989 | TuS Ergenzingen | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1986–1987 | TuS Ergenzingen | ||
1987 | 1. FC Pforzheim | 4 | (0) |
1987–1988 | Eintracht Frankfurt II | ||
1988–1989 | Viktoria Sindlingen | ||
1989–1990 | Rot-Weiss Frankfurt | ||
1989–2001 | Mainz 05 | 338 | (52) |
Timijiet ikkowċjati | |||
2001–2008 | Mainz 05 | ||
2008– | Borussia Dortmund | ||
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
Jürgen Norbert Klopp (Stuttgart, 16 ta' Ġunju 1967) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Ġermaniż. Bħalissa huwa jikkowċja lit-tim Ġermaniż Borussia Dortmund fil-Bundesliga.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Plejer[immodifika | immodifika s-sors]
Klopp beda jilgħab ma klabbs dilettanti bħal Eintracht Frankfurt II, Viktoria Sindlingen u Rot-Weiss Frankfurt. Fl-1989 hu ssieħeb ma Mainz 05 u hemmhekk u baqa sakemm irtira. Hu oriġinarjament lagħab bħala attakkant, qabel ma bidel il-pożizzjoni bħala difensur fl-1995.[1]
Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]
Mainz 05[immodifika | immodifika s-sors]
Wara l-irtirar tiegħu minn ma Mainz 05, Klopp ġie maħtur bħala maniġer mal-istess klabb. Huwa baqa bħala kowċ għal seba' snin, li matulu huwa wassal it-tim għall-ewwel dehra fil-Bundesliga, u kwalifikazzjoni għall-UEFA Cup 2005–06. Fl-aħħar tal-istaġun 2006–07, Mainz 05 kienu relegati, iżda Klopp għażel li jibqa' mal-klabb. Madankollu, minħabba l-fatt li dawn ma kinux kapaċi jiksbu promozzjoni, hu rriżenja fl-aħħar tal-istaġun 2007–08.
Borussia Dortmund[immodifika | immodifika s-sors]
F'Mejju 2008, Klopp kien avviċinat biex isir kowċ ġdid ta' Borussia Dortmund, eventwalment hu ffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb, li kien spiċċa fit-13-il post diżappuntanti taħt il-kowċ preċedenti Thomas Doll. Fl-ewwel staġun tiegħu nkarigat, Klopp iggwida lil Borussia Dortmund biex jirbħu s-Supercup Ġermaniża, billi għelbu liċ-ċampjins Ġermaniżi Bayern Munich.[2] Klopp ħa l-klabb għall-finitura fis-sitt post fl-ewwel staġun tiegħu inkarigat, u finitura fil-ħames post fl-istaġun ta' wara, qabel ma wassal lil-klabb għat-titli suċċessivi tal-Bundesliga fl-istaġuni 2010–11 u 2011–12.[3][4]
Matul l-istaġun 2011-2012, il-81 punt akkumulat minn Borussia Dortmund kien it-tieni l-akbar ammont ta' punti li nġabru fl-istorja tal-Bundesliga (wara Bayern Munich) u s-47 punt li kisbu fit-tieni nofs tal-istaġun ukoll stabbilixxa rekord ġdid. Il-25 rebħa tal-kampjonat ta' Borussia Dortmund laħqu l-pass importanti ta' Bayern Munich fl-istaġun 1972-1973, filwaqt is-sekwenza ta' 28 logħba tal-kampjonat mingħajr telfa kienet l-aħjar li qatt ġiet irreġistrata fi ksur ta' rekord uniku fi staġun tal-ogħla livell Ġermaniż.[5] Fit-12 ta' Mejju 2012, Klopp kabbar l-istorja ta' Borussia Dortmund bl-issiġillar tal-ewwel doppjetta domestika li l-klabb kiseb, billi għelbu lil Bayern Munich 5–2 fil-finali tad-DFB-Pokal. Klopp iddeskritta d-doppjetta bħala "aħjar minn (hu) seta' immaġina".[6][7][8]
Il-forma tal-kampjonat ta' Borussia Dortmund matul l-istaġun 2012-2013 kienet agħar minn ta' qabel, bi Klopp jinsisti lit-tim tiegħu biex jiffuka fuq iċ-Champions League, wara ġirja diżappuntanti fil-kompetizzjoni qabel dik id-dikjarazzjoni. It-tim ta' Klopps kien abbozzat kontra Manchester City, Real Madrid u Ajax fejn dan il-grupp ġie imsejjaħ Group of Death. Madankollu, huma ma tilfux logħba, iżda huma għamlu xi prestazzjonijiet impressjonanti, speċjalment kontra l-ġenb ta' Jose Mourinho, Madrid. Borussia Dortmund avvanzaw fit-triq għall-finali, huwa ffaċjaw lil Real Madrid darb'oħra fil-fażi tas-semifinali tal-kompetizzjoni. Wara riżultat eċċellenti kontrihom fl-ewwel leg, b'rebħa ta' 4-1, u telfa ta' 2-0 li jfisser Dortmund kisbu l-finali għat-tieni darba. [9] Dortmund tilfu l-finali 1-2 kontra r-rivali Bayern Munich, b'gowl ta' Arjen Robben fid-89 minuta.
F'Novembru 2012, Klopp wiegħed l-futur tiegħu lill-klabb, wara rakkonti frekwenti li jkun il-kowċ ta' Chelsea.
Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]
Bħalissa Klopp huwa miżżeweġ għat-tieni darba. Huwa għandu żewġ subien, wieħed li lagħab għall-Borussia Dortmund II qabel ma rtira minħabba korrimenti.[10] Mill-2009, Klopp mar jgħix ġewwa Herdecke, fejn ħafna plejers ta' Borussia Dortmund jgħixu.
Klopp huwa kristjan Protestant li ta' spiss jistqarr il-fidi tiegħu fil-pubbliku. F'għadd ta' intervisti u pubblikazzjonijiet evanġeliċi huwa jirreferi għall-Ġesù Kristu bħala l-bażi tal-ħajja tiegħu.[11][12][13][14]
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]
- Borussia Dortmund
- Fußball-Bundesliga: 2010–11, 2011–12
- DFB-Pokal: 2011–12
- DFL-Supercup: 2008
Ewropej[immodifika | immodifika s-sors]
- UEFA Champions League
- finalist (1): 2013
Individwali[immodifika | immodifika s-sors]
- Kowċ tal-futbol Ġermaniż tas-Sena: 2011, 2012
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Jürgen Klopp fuq Goal.com
- (DE) Jürgen Klopp fuq transfermarkt.de
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Jürgen Klopp. worldfootball.net
- ^ Dortmund beat Bayern to retain Super Cup. ESPN Soccernet, 23 ta' Lulju 2008
- ^ Borussia Dortmund win title. eurosport.com, 1 ta' Mejju 2011
- ^ Ronaldo’s Hat Trick Restores Real’s Lead; Dortmund Beats Bayern. Businessweek.com, 11 ta' April 2012
- ^ Season review: Germany. www.uefa.com, 23 ta' Mejju 2012
- ^ Borussia Dortmund win domestic double beating Bayern Munich. zeenews.com, 13 ta' Mejju 201
- ^ Dortmund rout Bayern to claim double. ESPN.com, 12 ta' Mejju 2012
- ^ Bundesliga champ Borussia Dortmund beats Bayern Munich 5–2 to win German Cup final. WP Sports, 12 ta' Mejju 2012
- ^ Jürgen Klopp targets Champions League final glory for Dortmund. 30 ta' April 2013
- ^ http://www.guardian.co.uk/football/2013/may/21/jurgen-klopp-borussia-dortmund-champions-league?CMP=twt_gu
- ^ Klopp: Gott findet mich in Ordnung, bild.de 24 ta' Jannar 2012
- ^ BVB Trainer Klopp Interview, fr-online.de 10 ta' Settembru 2012
- ^ Spitzenreiter mit Gottes Segen, rp-online.de 14 ta' Jannar 2011
- ^ Fußball-Gott: Vorwort von Jürgen Klopp, miġjub 23.5.2013