Għid
L-Għid jew l-Għid il-Kbir jew Ħadd l-Irxoxt (bl-Ingliż: Easter, bl-Aramajk, bil-Grieg u bil-Latin: Pascha, huwa festa u btala kulturali Kristjana li tfakkar lil Kristu jirxoxta mill-mewt, deskritt fit-Testment il-Ġdid bħala avveniment li seħħ fit-tielet jum wara li ndifen, wara li kien issallab mir-Rumani fil-Kalvarju għall-ħabta tat-30 W.K.[1][2] Huwa l-qofol tal-Passjoni ta' Ġesù Kristu u qablu jiġi r-Randan, li huwa perjodu ta' sawm, talb u penitenza.
Il-Kristjani li jiċċelebraw l-Għid spiss jirreferu għall-ġimgħa ta' qabel l-Għid bħala l-Ġimgħa Mqaddsa, li fil-Kristjaneżmu tal-Punent tibda b'Ħadd il-Palm (li tfakkar id-daħla ta' Ġesù f'Ġerusalemm) u tinkludi l-Erbgħa Mqaddes (meta jitfakkar it-tradiment ta' Ġuda)[3], Ħamis ix-Xirka (meta jitfakkar il-Ħasil tas-Saqajn u l-Aħħar Ċena)[4][5], il-Ġimgħa l-Kbira (meta jitfakkru t-tislib u l-mewt ta' Ġesù) u Sibt il-Ġħid (meta jitfakkar il-mewt ta' Ġesù fuq is-salib).[6] Fil-Kristjaneżmu tal-Lvant, l-istess jiem u avvenimenti jitfakkru bl-aġġettiv "(I)mqaddes/(I)mqaddsa" jew "il-Kbir(a)" wara isem il-jiem; u l-Għid innifsu jista' jissejjaħ ukoll "Pascha Mqaddsa/il-Kbira", "Ħadd il-Għid" jew "Pascha". Fil-Kristjaneżmu tal-Punent, l-Istaġun jew iż-Żmien tal-Għid, jibda f'Ħadd l-Irxoxt u jdum seba' ġimgħat, u jintemm fil-ħamsin jum, fil-Pentekoste jew l-Għid il-Ħamsin. Fil-Kristjaneżmu tal-Lvant, l-Istaġun tal-Pascha jintemm fil-Pentekoste wkoll, iżda l-Festa l-Kbira tal-Pascha tiġi ċċelebrata fid-39 jum, il-jum ta' qabel il-Festa tat-Tlugħ is-Sema.
L-Għid u l-vaganzi relatati miegħu huma festi li ma jinzertawx dejjem fl-istess data fissa; id-data tal-Għid tiġi komputata abbażi tal-kalendarju lunisolari (is-sena solari u żżid magħha l-fażi tal-Qamar), simili għall-kalendarju Lhudi. L-Ewwel Kunsill ta' Niċea (325) stabbilixxa żewġ regoli biss, jiġifieri l-indipendenza mill-kalendarju Lhudi u l-uniformità dinjija. Ma ġie spjegat l-ebda detall għall-komputazzjonijiet; dawn kienu jinħadmu fil-prattika, proċess li ħa s-sekli u ġġenera għadd ta' kontroversji. Il-komputazzjoni li qabdet l-iktar irriżultat fl-ewwel Ħadd wara l-qamar kwinta ekkleżjastiku li jseħħ l-ewwel wara l-21 ta' Marzu.[7] Anke jekk dan jiġi kkalkulat abbażi tal-kalendarju Gregorjan iktar preċiż, id-data ta' dak il-qamar kwinta xi kultant ivarja minn dak tal-ewwel qamar kwinta astronomiku wara l-ekwinozju ta' Marzu.[8]
It-terminu bl-Ingliż "Easter" oriġina mill-festival tal-alla femminili Anglo-Sassona tar-rebbiegħa Ēostre. It-terminu "Pascha" huwa marbut ukoll mal-Pèsach tal-Lhud (bl-Ebrajk: פֶּסַח pesach, bl-Aramajk: פָּסחָא pascha), kemm bħala oriġini (skont il-Vanġeli sinnottiċi, kemm it-tislib kif ukoll il-qawmien mill-mewt seħħeħ matul il-ġimgħa tal-Pèsach) u permezz tal-biċċa l-kbira tas-simboliżmu tiegħu, kif ukoll permezz tal-pożizzjoni tiegħu fil-kalendarju.[9][10] Fil-biċċa l-kbira tal-lingwi Ewropej, kemm l-Għid Kristjan kif ukoll il-Pèsach Lhudi jissejħu bl-istess isem; u pereżempju fil-verżjonijiet iktar antiki tal-Bibbja bl-Ingliż, it-terminu "Easter" kien jintuża bħala traduzzjoni ta' "Pèsach".[11] Id-drawwiet tal-Għid ivarjaw minn post għal ieħor fid-dinja Kristjana, u jinkludu l-quddies mat-tbexbix, purċissjoni ta' nofsillejl, it-tislimiet u l-iskambju ta' tislijiet tal-Għid, it-tħaddin tal-knejjes[12], u t-tiżjin u t-tkissir tal-bajd (ta' vera jew taċ-ċikkulata) tal-Għid bħala komunità (simbolu tal-qabar vojt).[13][14][15] Il-ġilju tal-Għid, simbolu tal-irxoxt fil-Kristjaneżmu tal-Punent[16][17], tradizzjonalment iżejjen iż-żona tal-presbiterju tal-knejjes f'jum l-Għid u għall-bqija tal-Istaġun tal-Għid.[18] Drawwiet oħra li saru assoċjati mal-Għid u jiġu osservati kemm mill-Kristjani kif ukoll minn minn oħrajn li mhumiex Kristjani jinkludu l-parati tal-Għid, iż-żfin fil-komunità (fil-Lvant tal-Ewropa), il-Fenek tal-Għid u l-kaċċa tal-bajd.[19][20][21][22][23] Hemm ukoll ikel tradizzjonali tal-Għid li jvarja skont ir-reġjun u l-kultura. Pereżempju f'Malta fost l-ikel tradizzjonali tal-Għid ta' min isemmi l-figolli u l-qagħaq tal-appostli (kif ukoll il-kwareżimal u l-ħelu tal-ħarrub jew il-karamelli fir-Randan).[24][25]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Trawicky, Bernard; Gregory, Ruth Wilhelme (2000). Anniversaries and Holidays. American Library Association. ISBN 978-0838906958.
- ^ "The Book of the Year: A Brief History of Our Seasonal Holidays - Anthony F. Aveni - Google Books". web.archive.org. 2021-02-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-09. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Cooper, J.HB. (23 October 2013). Dictionary of Christianity. Routledge. p. 124. ISBN 9781134265466.
- ^ Peter C. Bower (2003). The Companion to the Book of Common Worship. Geneva Press. ISBN 978-0664502324.
- ^ Ramshaw, Gail (2004). Three Day Feast: Maundy Thursday, Good Friday, and Easter. Augsburg Fortress. ISBN 978-1451408164.
- ^ "New Century Reference Library of the World's Most Important Knowledge ... - Google Books". web.archive.org. 2021-11-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-09. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Frequently asked questions about the date of Easter". web.archive.org. 2011-04-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-22. Miġbur 2023-04-08.
- ^ Woodman, Clarence E. (1923). "Clarence E. Woodman, "Easter and the Ecclesiastical Calendar" in Journal of the Royal Astronomical Society of Canada". Journal of the Royal Astronomical Society of Canada. 17: 141.
- ^ "5 April 2007: Mass of the Lord's Supper | BENEDICT XVI". web.archive.org. 2021-04-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-05. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "The Profound Connection Between Easter and Passover - WSJ". web.archive.org. 2021-12-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-12-17. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Weiser, Francis X. (1958). Handbook of Christian Feasts and Customs. New York: Harcourt, Brace and Company. p. 214. ISBN 0-15-138435-5.
- ^ Simpson, Jacqueline; Roud, Steve (2003). "clipping the church". Oxford Reference. Oxford University Press. doi:10.1093/acref/9780198607663.001.0001. ISBN 9780198607663.
- ^ Jordan, Anne (2000). Christianity. Nelson Thornes. ISBN 978-0748753208.
- ^ "The Guardian - Google Libri". web.archive.org. 2020-08-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-09. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Geddes, Gordon (2002). Christian belief and practice : the Roman Catholic tradition. Oxford: Heinemann.
- ^ "Easter Lily Tradition and History - Guardian Liberty Voice". web.archive.org. 2020-08-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-08-17. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Schell, Stanley (1916). Easter Celebrations. Werner & Company. p. 84.
- ^ "Luther League Review - Google Books". web.archive.org. 2020-08-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-09. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Duchak, Alicia (2002). An A–Z of Modern America. Rutledge. p. 372. ISBN 978-0415187558.
- ^ "Easter Bunny: The Origins of Easter Day's Rabbit | Time". web.archive.org. 2021-10-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-10-22. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Welcome to the Church Year: An Introduction to the Seabury Bookssons of the ... - Vicki K. Black - Google Libri". web.archive.org. 2020-08-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-09. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "The Church Standard - Google Books". web.archive.org. 2020-08-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-04-09. Miġbur 2023-04-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Brown, Eleanor Cooper (2010). From Preparation to Passion. ISBN 978-1609577650.
- ^ "M3P : Malta Media Memory Preservation". www.m3p.com.mt. Miġbur 2023-04-08.
- ^ "Maltese Figolli - Easter Characters Recipe". www.grouprecipes.com. Miġbur 2023-04-08.