György Garics
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | György Garics | ||
Twelid | 8 ta' Marzu 1984 Szombathely | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.83 | ||
Rwol | Difesnur lemini | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Darmstadt 98 | ||
Numru | 13 | ||
Klabbs ġovanili | |||
1990–1998 | Haladás VSE | ||
1998–2002 | Rapid Vienna | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2002–2006 | Rapid Vienna | 81 | (1) |
2006–2008 | Napoli | 37 | (1) |
2008–2010 | Atalanta | 65 | (1) |
2010–2015 | Bologna | 102 | (2) |
2015– | Darmstadt 98 | 7 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
2005 | Awstrija U21 | 25 | (2) |
2006– | Awstrija | 40 | (2) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 14 ta' Ottubru 2015 |
György Garics (Szombathely, 8 ta' Marzu 1984) huwa plejer tal-futbol professjonali Awstrijakk imwieled l-Ungerija. Huwa jilgħab bħala difensur mal-klabb Ġermaniż SV Darmstadt 98.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Għalkemm twieled fl-Ungerija, Garics mar jgħix ġewwa Vjenna meta kellu 14-il sena u beda l-karriera tal-futbol tiegħu mat-tim Awstrijakk Rapid Vienna fl-2002; matul l-ewwel staġun tiegħu bħala żagħżugħ huwa għamel żewġ apparenzi.
Mill-istaġun 2004-05, id-difensur żagħżugħ sar aktar membru prominenti fl-ewwel tim u Rapid Vienna rebħu l-Bundesliga Awstrijaka, matul dak iż-żmien huwa sar kaptan tal-Awstrija U21.
Wara li għamel 81 apparenzi għal Rapid Vienna u skorja gowl wieħed, huwa kien mixtri mill-klabb Taljan Napoli bi prezz ta' €500,000,[1] hu għamel id-debutt tiegħu kontra Triestina fit-23 ta' Settembru 2006. Ftit wara, huwa kiseb sejħa fis-6 ta' Ottubru 2006 għat-tim nazzjonali Awstrijakk kontra l-Liechtenstein u skorja fid-debutt internazzjonali tiegħu.
Huwa kien imsejjaħ ukoll fl-iskwadra tal-Kampjonati Ewropej 2008 u beda t-tielet partita tal-Awstrija kontra l-Ġermanja ġewwa Vjenna.
Il-każ ta' Garics qasam sentiment pubbliku Ungeriż, il-profil għoli tal-plejer seta' jintagħżel minn tim nazzjonali ieħor barra l-Ungerija, dan il-każ ġie meqjus bħala nuqqas min-naħa tal-Federazzjoni tal-Futbol Ungeriż minħabba li ma kkunsidrawx l-għażla fil-ħin għat-tim nazzjonali.
Garics iffirma ma' Atalanta minn għand Napoli fi ftehim ta' ko-sjieda kmieni f'Lulju 2008, għal €1.5 miljun.[2] Fis-26 ta' Ġunju 2009, Atalanta xtraw is-sjieda sħiħa tal-plejer għal miljun ewro.[2][3]
Wara li Atalanta kienu relegati mis-Serie A, Garics kien mibjugħ dirett għal Bologna fit-9 ta' Awwissu 2010,[4] għal €3 miljuni.[5] Garics kien weġgħa serjament fl-2011, u kellhu jitlef ħafna mill-istaġun tar-rebbiegħa ma' Bologna.
Fl-14 ta' Awwissu 2015, Garics issieħeb bi ftehim ta' sentejn ma tim promoss fil-Bundesliga Ġermaniża, SV Darmstadt 98.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
- Bundesliga Awstrijaka (1):
- 2004–05
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Taljan) SSC Napoli 2006–07 Annual Report, Re-Published by direttanapoli.it, Ottubru 2007.
- ^ a b (Taljan) SSC Napoli 2008–09 Annual Report. Jannar 2010
- ^ (Taljan) Napoli, le comproprietà risolte. SSC Napoli
- ^ (Taljan) RAIMONDI ALL'ATALANTA, GARICS AL BOLOGNA. Atalanta BC, 9 ta' Awwissu 2010
- ^ (Taljan) Bilancio intermedio al 31 dicembre 2010: Nota integrativa: parte 1, 4 ta' April 2011.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- (IT) Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Atalanta BC
- (EN) György Garics fuq National-Football-Teams.com
- (EN) Profil – Euro 2008