Gigi Riva

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gigi Riva
Ħajja
Isem propju Luigi Riva
Twelid Leggiuno (en) Translate, 7 Novembru 1944
Nazzjonalità Italja
Mewt Cagliari, 22 Jannar 2024
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer tal-futbol
xeneġġatur
direttur sportiv
Mudell:Infobox biography/sport/football
Pożizzjoni jew speċjalità wing half
Piż 78 kg
Għoli 180 cm
Premjijiet
List
  • [[]]  (2011)

Luigi "Gigi" Riva (pronunzja bit-Taljan: [luˈiːdʒi ˈriːva]; twieled fis-7 ta' Novembru 1944 – miet fit-22 ta' Jannar 2024) kien plejer tal-futbol professjonali Taljan li kien jilgħab bħala attakkant.

Jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-ġenerazzjoni tiegħu, kif ukoll wieħed mill-aqwa attakkanti ta' kull żmien.[1] Riva kellu rekord notevoli ta' gowls skurjati mal-Cagliari, bis-saħħa li kien jibqa' biered quddiem il-lasta, kellu xutt bix-xellug b'saħħtu ħafna u kien kapaċi ħafna bil-ballun fl-ajru; il-veloċità, is-saħħa u l-istint għall-gowl tiegħu wasslu biex il-ġurnalist Taljan Gianni Brera jlaqqmu bħala "Rombo di Tuono" (Leħħa ta' Berqa).[2] Apparti l-istaġun tad-debutt tiegħu ma' Legnano, Riva baqa' mal-klabb ta' Sardenja tul il-karriera kollha tiegħu: huwa għen lill-Cagliari jiġu promossi fis-Serie A Taljana għall-ewwel darba fl-1964, u iktar 'il quddiem kien il-kaptan tat-tim li wassalhom biex jirbħu l-uniku kampjonat tagħhom tas-Serie A fl-1969-1970.[3]

Fil-livell internazzjonali, Riva rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-UEFA u ġie fit-tieni post fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1970 mat-tim nazzjonali Taljan; huwa ħa sehem ukoll fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1974. Huwa skorja 35 gowl f'42 logħba (fil-kompetizzjonijiet uffiċjali kollha) bejn l-1965 u l-1974, u huwa l-iżjed plejer Taljan li skurja gowls.

Wara li rtira fl-1976, Riva għal żmien qasir kien il-President tal-Cagliari matul l-istaġun tal-1986-1987,[4] u iktar 'il quddiem kien il-maniġer u d-direttur tat-tim nazzjonali Taljan mill-1988 sal-2013.[5][6]

Statistika tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Logħbiet u gowls mal-klabbs skont l-istaġun u l-kompetizzjoni[7]
Klabb Staġun Kampjonat Coppa Italia Kampjonat Ewropa Total
Diviżjoni Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls
Legnano 1962–63 Serie C 23 6 0 0 0 0 0 0 23 6
Cagliari 1963–64 Serie B 26 8 2 0 0 0 0 0 28 8
1964–65 Serie A 32 9 4 3 0 0 0 0 36 12
1965–66 Serie A 34 11 3 0 0 0 0 0 37 11
1966–67 Serie A 23 18 3 0 1 1 0 0 27 19
1967–68 Serie A 26 13 1 0 4 3 0 0 31 16
1968–69 Serie A 29 20 6 8 2 0 0 0 37 28
1969–70 Serie A 28 21 6 5 0 0 2 1 36 27
1970–71 Serie A 13 8 5 5 4 2 3 3 25 18
1971–72 Serie A 30 21 4 3 0 0 0 0 34 24
1972–73 Serie A 26 12 6 8 0 0 1 0 33 20
1973–74 Serie A 25 15 1 0 0 0 0 0 26 15
1974–75 Serie A 8 2 1 1 0 0 0 0 9 3
1975–76 Serie A 15 6 0 0 0 0 0 0 15 6
Total 315 164 42 33 11 6 6 4 374 207
Total tal-karriera 338 170 42 33 11 6 6 4 397 213

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Logħbiet u gowls mat-tim nazzjonali u s-sena[8]
Tim nazzjonali Sena Logħbiet Gowls
Italja 1965 1 0
1966 1 0
1967 4 6
1968 2 2
1969 6 8
1970 10 6
1971 3 2
1972 6 4
1973 7 7
1974 2 0
Total 42 35

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Cagliari

  • Serie A: 1969-1970

Italja

  • Kampjonat Ewropew tal-UEFA: rebbieħ fl-1968[9]
  • Tazza tad-Dinja tal-FIFA: it-tieni post fl-1970

Individwali

  • l-iktar plejer li skurja gowls fis-Serie: 1966–67, 1968–69, 1969–70
  • Ballun tad-Deheb: it-tieni post fl-1969; it-tielet post fl-1970
  • Tim tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA: 1968
  • L-Aqwa 100 Plejer tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien: 1999
  • "Leġġendi tal-Futbol" taż-Żarbuna tad-Deheb: 2005
  • Ikklassifikat fil-Klassifika tal-Aqwa Plejers tal-Futbol Taljan: 2011
  • Ikklassifikat fil-Klassifika tal-Aqwa Sportivi Taljani: 2015
  • Ikklassifikat fl-Aqwa Plejers tal-Futbol tal-Cagliari
  • L-Aqwa 11 ta' Kull Żmien tal-Cagliari[10]

Ordnijiet għall-Mertu

  • Tielet Klassi / Kmandant: Commendatore Ordine al Merito della Repubblica Italiana: 1991
  • Tieni Klassi / Gran Uffiċjal: Grande Ufficiale Ordine al Merito della Repubblica Italiana: 2000[11]
  • CONI: Stilla tad-Deheb għall-Merti Sportivi: 2006[12]
  • CONI: Kullar tad-Deheb għall-Merti Sportivi: 2016[13]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Maldini: ecco la super squadra con i più grandi calciatori italiani di tutti i tempi | Blog Quotidiano.net". web.archive.org. 2013-09-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-09-21. Miġbur 2024-01-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "FIFA Tournaments - Players & Coaches - Gigi RIVA - Player Profile - FIFA.com". web.archive.org. 2015-09-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-08. Miġbur 2024-01-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "FIFA Classic Player: Riva, the Italian roar of thunder - FIFA.com". web.archive.org. 2014-01-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-01-16. Miġbur 2024-01-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "CAGLIARI, RIVA SI E' DIMESSO - la Repubblica.it". Archivio - la Repubblica.it (bit-Taljan). 1986-12-31. Miġbur 2024-01-23.
  5. ^ "Addio di Gigi Riva alla nazionale"Lascio perché non ce la faccio più"". L'Unione Sarda.it (bit-Taljan). 2013-05-21. Miġbur 2024-01-23.
  6. ^ "Addio di Gigi Riva alla nazionale"Lascio perché non ce la faccio più"". L'Unione Sarda.it (bit-Taljan). 2013-05-21. Miġbur 2024-01-23.
  7. ^ "Enciclopediadelcalcio.it - This domain was registered with Match.it". enciclopediadelcalcio.it. Miġbur 2024-01-23.
  8. ^ FIGC (2023-05-26). "Convocazioni e presenze in campo". Federazione Italiana Giuoco Calcio (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-23.
  9. ^ "È morto Gigi Riva". Il Post (bit-Taljan). 2024-01-22. Miġbur 2024-01-23.
  10. ^ "Speciale: Top 11 - Cagliari Calcio". www.cagliaricalcio.com (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-08-26. Miġbur 2024-01-23.
  11. ^ "Onorificenze - Dettaglio del conferimento". web.archive.org. 2015-04-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-04-04. Miġbur 2024-01-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "Coni: Consegna dei Collari d'Oro e dei Diplomi d'Onore. Premia il Presidente del Consiglio Romano Prodi. Diretta Tv su Rai 2". www.coni.it. 2006-10-16. Miġbur 2024-01-23.
  13. ^ "Coni, Collare d'Oro assegnato al Torino e a Gigi Riva". corrieredellosport.it (bit-Taljan). 2016-11-03. Miġbur 2024-01-23.