Gaetano Pace Forno
Gaetano Pace Forno | |||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
4 Diċembru 1857 -
4 Diċembru 1857 - ← Publio Maria Sant (en) - Carmelo Scicluna → Dioceses: djoċesi ta' Malta
4 Diċembru 1857 - Dioceses: titular see of Rhodus (en)
25 Settembru 1857 - Dioceses: Hebron (en) | |||||||||
Ħajja | |||||||||
Twelid | Rabat, 5 Ġunju 1809 | ||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||
Mewt | 22 Lulju 1874 | ||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||
Okkupazzjoni |
saċerdot Kattoliku Isqof Kattoliku |
Gaetano Pace Forno (5 ta’ Ġunju 1809 – 22 ta’ Lulju 1874) kien Arċisqof Malti li sar Isqof ta’ Malta wara li l-Arċisqof ta’ qablu Publio Maria dei Conti Sant ta r-riżenja tiegħu.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Pace Forno twieled ir-Rabat Għawdex fil-5 ta’ Ġunju 1809 minn avukat Francesco Pace u n-Nobbli Luċija dei Baroni Forno. Huwa tgħammed fl-istess jum fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Fl-20 ta’ Lulju 1824 kien profess bħala membru tal-Ordni ta’ Santu Wistin. Ġie ordnat saċerdot f’Napli fl-1832. Għamel għadd kbir ta’ snin bħala edukatur fl-Italja sat-30 ta’ Mejju 1847, meta ntgħażel Provinċjal tal-Provinċja Agostinjana Maltija. Huwa wkoll meqjus bħala l-fundatur tal-kulleġġ tas-subien fil-kunvent tal-Belt Valletta li fetaħ fit-23 ta’ Settembru 1848. Fil-11 ta’ Diċembru 1854 ġie magħżul Provinċjal għat-tieni mandat. [1][2]
Fil-25 ta’ Settembru 1857 Pace Forno ġie maħtur bħala Isqof Koadjutur ta’ Malta biex jassisti lill-Arċisqof Sant. Ġie ordnat isqof fl-4 ta’ Ottubru minn Costantino Patrizi Naro Kardinal Isqof ta’ Albano. Xahrejn biss wara rnexxielu bħala Isqof ta’ Malta bit-titlu titulari ta’ Arċisqof ta’ Rodi. L-Arċisqof Gaetano Pace Forno huwa mfakkar l-aktar fil-Ħamrun bħala l-fundatur tal-isem tal-parroċċa fl-istess raħal. Il-patrun magħżul tal-Ħamrun kien San Gejtanu, patrun tal-Arċisqof Pace Forno stess. Fl-1864 id-djoċesi Maltija kienet maqsuma fi tnejn meta twaqqfet id-Djoċesi ta’ Għawdex mill-Papa Piju IX. Hekk Għawdex sar suffragan għal Malta. Miet fit-22 ta’ Lulju 1874 wara li serva bħala Isqof ta’ Malta għal 16-il sena[3].
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Morana, Martin (2011). Bejn Kliem u Storja . Malta: Books Distributors Limited. ISBN 978-99957-0137-6. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 October 2016.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ www.malta-canada.com https://www.malta-canada.com/Hamrun/St.Cajetan-Church.htm. Miġbur 2024-12-04.
|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ "Archbishop Gaetano Pace-Forno [Catholic-Hierarchy]". web.archive.org. 2017-04-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-04-07. Miġbur 2024-12-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)