François Girardon
François Girardon | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Troyes, 17 Marzu 1628, 10 Marzu 1628 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | Pariġi, 1 Settembru 1715 |
Familja | |
Konjuga/i | Catherine Duchemin (22 Ottubru 1657 - |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Franċiż |
Għalliema | François Anguier |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
skultur artist viżiv |
Xogħlijiet importanti |
Vaska tal-Piramida (Park tal-Palazz ta' Versailles) Vaska "Plat fond" Vaska ta' Saturnu jew tax-Xitwa |
Sħubija | Akkademja Rjali tal-Pittura u tal-Iskultura |
Moviment |
klassiċiżmu Barokk |
François Girardon (twieled fl-10 ta' Marzu 1628 – miet fl-1 ta' Settembru 1715) kien skultur Franċiż tal-istil ta' Lwiġi XIV jew il-Barokk Franċiż, li kien magħruf l-iktar għall-istatwi u l-busti ta' Lwiġi XIV u għall-iskulturi tiegħu fil-ġonna tal-Palazz ta' Versailles.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]François Girardon twieled f'Troyes, Franza. Missieru kien ħaddiem f'fonderija. Għall-ewwel tħarreġ bħala intaljatur u inċiżur tal-injam. It-talent tiegħu ġibed l-attenzjoni tal-Kanċillier ta' Lwiġi XIV, Pierre Séguier, patrun akkanit tal-arti, li rranġalu biex jaħdem fl-istudjo ta' François Anguier, u iktar 'il quddiem, mill-1648 sal-1650 biex jgħix u jwettaq apprendistat f'Ruma, l-Italja.[1] Hemmhekk huwa ra l-iskultura Barokka u ltaqa' ma' Bernini, iżda rrifjuta li jaħdem b'dak l-istil u minflok xaqleb iktar lejn il-klassiċiżmu u l-mudelli tal-iskultura ta' Ruma tal-qedem.[2]
Fl-1650 huwa rritorna lejn Franza u sar membru tal-grupp ta' artisti mmexxija minn Charles Le Brun, il-pittur uffiċjali tar-Re, u li kien jinkludi lid-disinjatur tal-ġonna André Le Nôtre, li ġew ikkummissjonati biex iżejnu l-park irjali l-ġdid tal-Palazz ta' Versailles. Il-kontribut prinċipali tiegħu kien il-grupp ta' skulturi u statwi li jirrappreżentaw lil Apollo moqdi min-ninfej (1666-1675), li jissimbolizzaw lir-re stess, f'grotta qrib il-palazz. Il-figura ta' Apollo ġiet ispirata mill-Apollo Belvedere tal-Vatikan, u kienet tinkludi żewġ gruppi ta' figuri; il-grupp ta' Apollo mdawwar min-ninfej, u t-tieni grupp, qrib il-grotta, fejn Iż-Żwiemel tax-Xemx qed jitwasslu sal-istalla rjali tagħhom.[3]
Huwa ħoloq funtana oħra għal Versailles, il-Vaska ta' Saturnu jew Ix-Xitwa (1672-1677), magħmula miċ-ċomb indurat bi stil iktar Barokk, u ffullata bil-figuri. It-tielet xogħol maġġuri tiegħu fil-Palazz ta' Versailles kien Il-Ħtif ta' Proserpina. Dan il-grupp ta' statwi kien jinsab lil hinn miċ-ċentru tal-ġnien, u ġie ddisinjat biex jitgawda minn puntdivista uniku. Is-sens ta' ċaqliq u figuri mgħawġin jagħtihom dehra Barokka, iżda dawn jiġu bbilanċjati miċ-ċarezza klassika u simetrija tal-kompożizzjoni.[4]
Girardon tela' 'l fuq b'mod kostanti fil-ġerarkija artistika uffiċjali. Huwa sar membru tal-Akkademja Rjali tal-Pittura u tal-Iskultura fl-1657 u fl-1674 sar professur u assistent tar-Rettur. Fl-1690, meta miet Le Brun, huwa sar spettur ġenerali tax-xogħlijiet tal-iskultura, u ħa ħsieb il-kummissjonijiet kollha tal-iskulturi rjali. Fl-1695, huwa sar Kanċillier tal-Akkademja Rjali.[1]
Fl-1675 huwa rċieva kummissjoni importanti oħra, din id-darba għall-qabar tal-Kardinal Richelieu, li jinsab fil-Kappella tas-Sorbonne. Il-qabar tlesta fl-1694. Il-figura tal-Kardinal tidher bilqiegħda fuq il-qabel iżda ħaj, wieqaf u jħares lejn l-artal. Il-qabar oriġinarjament tqiegħed fil-kor tal-knisja, iżda minn dak iż-żmien tressaq f'kappella separata. Huwa akkumpanjat mill-figuri ta' żewġ nisa mnikktin li jirrappreżentaw ir-reliġjon u x-xjenza. Il-qabar tlesta fl-1694, u kellu influwenza konsiderevoli fuq id-disinn tal-iskulturi funebri ta' warajh.[4] Il-qabar kważi nqered minn attakk matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, iżda ġie protett mill-arkeologu Alexandre Lenoir, li ndarab b'bajjunetta biex jiddefendih. Huwa ordna li jiġi mċaqlaq f'post sikur fl-ewwel mużew tal-monumenti Franċiżi.[1]
Fl-1699, Girardon lesta xogħol importanti ieħor, statwa ekwestri tal-bronż ta' Lwiġi XIV, li tpoġġiet fiċ-ċentru tal-pjazza magħrufa bħala Place Louis le Grand (li issa saret Place Vendôme). Din l-istatwa ġiet imdewba matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża u llum il-ġurnata baqgħet magħrufa biss bis-saħħa ta' mudell żgħir tal-bronż magħmul minn Girardon innifsu, li jinsab fil-Louvre. Huwa miet f'Pariġi fl-1715.[1]
Xogħol notevoli ieħor ta' Girandon li għadu jista' jitgawda huwa l-qabar ta' Louvois fil-Knisja ta' Saint Eustache f'Pariġi; il-qabar ta' Bignon, il-librar tar-re, magħmul fl-1656, fil-Knisja ta' Saint Nicolas du Chardonnet; u l-iskulturi dekorattivi fil-Gallerija ta' Apollo u fil-Kamra tas-Sodda tar-Re fil-Louvre.
Il-mużew muniċipali ta' raħal twelidu Troyes għandu bosta mix-xogħlijiet tiegħu, bħal busti tal-irħam ta' Lwiġi XIV u ta' Marija Tereża. Il-Muniċipju għandu medaljun ta' Lwiġi XIV, filwaqt li l-Knisjka ta' Saint Remy għandha kurċifiss tal-bronż magħmul minnu.[1]
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]-
Apollo being served by the nymphs, Grotto of the grove of the baths of Apollo, Palace of Versailles (1666-1675)
-
Basin of Saturn, Palace of Versailles (1672-1677)
-
Winter, Palace of Versailles
-
The kidnapping of Proserpina by Pluto (1677-1699), Palace of Versailles
-
Sculpture on the base of The Kidnapping of Proserpina by Pluto
-
Monument to Louis XIV in the Place Vendôme (1692), destroyed 1789-92
-
The tomb of Cardinal Richelieu, Chapel of the Sorbonne (1675-1694)
-
Detail of the tomb of Cardinal Richelieu, Chapel of the Sorbonne, (1675-1694)
-
Bust of Louis XIV, Musée Saint-Loup, Troyes
-
Apollo moqdi min-ninfej, il-Grotta tal-banjijiet ta' Apollo, il-Palazz ta' Versailles (1666-1675)
-
Vaska ta' Saturnu, il-Palazz ta' Versailles (1672-1677)
-
Ix-Xitwa, il-Palazz ta' Versailles
-
Il-ħtif ta' Proserpina minn Plutone (1677-1699), il-Palazz ta' Versailles
-
Skultura fil-bażi ta' Il-ħtif ta' Proserpina minn Plutone
-
Monument ta' Lwiġi XIV fi Place Vendôme (1692), inqered fl-1789-1792
-
Mudell ta' statwa ta' Lwiġi XIV għal Place Vendôme, 1692, fil-Louvre
-
Il-qabar tal-Kardinal Richelieu, il-Kappella tas-Sorbonne (1675-1694)
-
Detall tal-qabar tal-Kardinal Richelieu, il-Kappella tas-Sorbonne, 1675-1694
-
Bust ta' Lwiġi XIV, fil-Musée Saint-Loup, Troyes
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d e Girardon, François. 12. Miġbur 2022-09-01.
- ^ Geese, Uwe, Section on Baroque sculpture in L'Art Baroque - Architecture - Sculpture - Peinture, H.F. Ulmann, Cologne, 2015. ISBN 978-3-8480-0856-8. p. 304.
- ^ Geese, Uwe, Section on Baroque sculpture in L'Art Baroque - Architecture - Sculpture - Peinture, H.F. Ulmann, Cologne, 2015. ISBN 978-3-8480-0856-8. pp. 304-305.
- ^ a b Geese, Uwe, Section on Baroque sculpture in L'Art Baroque - Architecture - Sculpture - Peinture, H.F. Ulmann, Cologne, 2015. ISBN 978-3-8480-0856-8. p. 309.