Fgura United FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Fgura
Fguralogo.png
Isem sħiħ Fgura United Football Club
Fundazzjoni 1962
Grawnd Grawnd tal-Fgura, Fgura
(Jesa': 100)
President Malta Lawrence Bugeja
Kowċ Malta Ramon Zammit
Sit elettroniku http://www.fguraunitedfc.com/home/
Darhom
Barra minn darhom

Fgura United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti ibbażat fl-1 ta Ġunju, 1971 u huwa l-eqdem għaqda sportiva fil-lokalità tal-Fgura, Malta. Huma bħalissa jilagħbu fit-Tieni Diviżjoni.

L-ewwel president kien is-Sur Żaren Vella, mas-Sur Ċ.Farrugia bħala l-segretarju u s-Sur E.Muscat bħala t-teżorier. Matul is-snin tal-klabb, l-indirizz inbidel darbtejn minn St Thomas Street fl-1973, imbagħad marru għat-Triq L-Isponsun u mbagħad lura għal San Tumas fil-bini ġdid li l-klabb kien investa fiha.

Bejn l-istaġuni 1971/72 u 1973/74 il-klabb ħa sehem fil-MFA Amateur League u l-MFA Minor League. Fgura United daħlu fil-Kampjonat Nazzjonali fl-istaġun 1974/75 meta l-klabb ħa sehem fir-4 Diviżjoni. Fgura United ilhom tipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-MFA inklużi n-Nazzjonali, Riżervi, Taħt il-21 u taħt it-19. Mill-1995, Fgura United mexxiet in-nursery taż-żgħażagħ li timmira li tħarreġ plejers żgħażagħ ta' bejn l-età ta' 6-16 li jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jippermettulhom li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin fosthom ta' taħt it-12, taħt il-15 u taħt is-17-il sena.

Fl-2012 fetħu l-grawnd ġdid tagħhom b'terf artifiċjali li jissostitwixxi l-qadim. Fil-ftuħ ta' dan il-grawnd Michele Platini kien ippreżentat.

Skawra[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
Malta G Keith Camilleri
Malta G Brandon Bartolo
Malta D Martin Portelli
Malta D Robert Adami
Malta D Neville Zerafa
Malta D Heatcliff Schembri
Malta M Josef Dalli
Malta M Keith Darmanin
Malta M Nicholas Fenech
N. Poż. Plejer
Malta M Dylan Sammut
Malta M Philip Chircop
Malta M Lydon Vella
Malta M Leeroy Bonett
Malta M Matthew Spiteri(Captain)
Bulgarija M Ivo Ginev
Malta A Gilbert Martin
Malta A Michael Zammit
Malta A Redemeer Briffa

Kumitat eżekuttiv[immodifika | immodifika s-sors]

Pożizzjoni Isem
President: Lawrence Bugeja
Segretarju: Stefan Vella
Teżorier: Stephen Plumpton
Kowċ: Anthony Gafa
Tabib tal-Klabb: Dr. Adrian Micallef
Membru: John Pavia
Membru: Raffaele Castrogiovanni
Membru: Brian Calvagna
Membru: Raymond Deguara

Grawnd tal-Fgura[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Grawnd tal-Fgura

Il-Grawnd tal-Fgura kien iawgurat fil-31 ta' Marzu 2012 fil-preżenza tal-President tal-MFA u l-Prim Ministru. Dan hu wieħed mill-52 grawnds li qed jiġu żviluppati mill-Gvern bi sħubija mal-UEFA u l-MFA. Għandu wiċċ tat-turf sintetiku u Jesa' 100 ruħ.

Platini jiftaħ il-Grawnd tal-Fgura

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]