Dyson Falzon
| Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
![]() | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Dyson Falzon | ||
| Twelid | 9 ta' Marzu 1986 Buġibba, Malta | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Mixtliet | |||
| Sirens | |||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2001–2006 | Mosta | ||
| 2006–2014 | Valletta | ||
| 2010–2011 | → Ħamrun Spartans (self) | ||
| 2012 | → Mosta (self) | ||
| 2013–2016 | Mosta | ||
| 2017–2018 | Mqabba | ||
| Tim nazzjonali | |||
| Malta U17 | |||
| Malta U19 | |||
| Malta U21 | |||
| 2006 | Malta | ||
Dyson Falzon (twieled fid-9 ta' Marzu 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala midfilder.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Dyson beda l-karriera tiegħu ma' Sirens. Fl-età ta' 15-il sena ngħaqad ma' Mosta u fl-2001 lagħab l-ewwel logħba tiegħu mat-tim tal-kbar. Mat-tim Mosti għamel total ta' 44 preżenza fejn skorja erba' gowls.
Dyson issieħeb ma' Valletta f'Lulju tal-2006. Xahar wara, eżattament fil-15 ta' Awwissu, Falzon iddebutta għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali meta lagħab kontra s-Slovakkja, li sal-lum il-ġurnata baqgħet l-unika apparenza bil-flokk Malti.
Fl-istaġun 2010–11, Dyson ġie misluf lil Ħamrun Spartans fejn magħhom lagħab 10 logħbiet u skorja tliet gowls. Għall-kampjonat 2011–12 huwa reġa' lura ma' Valletta, sakemm f'Jannar ta' wara ssieħeb mal-ewwel klabb tiegħu Mosta bħala self sal-aħħar tal-istaġun.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Valletta
- Premier League Malti: 2007–08, 2011–12, 2013–14
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Dyson Falzon fuq National-Football-Teams.com
