Aqbeż għall-kontentut

Cynthia Turner

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Cynthia Turner
Ħajja
Twelid Valletta, 1932
Nazzjonalità Malta
Mewt L-Imsidau Sptar Mater Dei, 1 Frar 2021
Kawża tal-mewt  (COVID-19)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pjanist
mużiċist
Premjijiet
Strument/i tal-mużika pjanu

Cynthia Turner (twieldet fl-1932 – mietet fl-1 ta' Frar 2021) kienet pjanista Maltija. Hija kienet waħda mill-iktar pjanisti magħrufa f'Malta kif ukoll fost l-iktar mużiċisti rinomati.[1] Daqqet il-pjanu fuq diversi palkijiet, fuq ir-radju bil-kejbil, fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni f'Malta, fl-Italja, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Eġittu.[2] Fil-15 ta' Novembru 1967 hija daqqet quddiem ir-Reġina Eliżabetta II matul spettaklu mużikali rjali li seħħ fit-Teatru Manoel.

Cynthia Turner ingħatat diversi premjijiet. Saret chevalier dans L'Order des Palmes Académiques (kavallier fl-Ordni tal-Akkademiċi Distinti) fi Franza u soċja fir-Royal Academy of Music (l-Akkademja Rjali tal-Mużika) f'Londra, ir-Renju Unit. Barra minn hekk, saret membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu fl-2004, li huwa wieħed mill-ogħla unuri li jista' jingħata f'Malta.[1]

Cynthia Turner ngħatat Sħubija Onorarja għall-Għomor mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa għall-kontribut tagħha fil-mużika f'Malta u speċjalment għad-dedikazzjoni tagħha fil-Kumitat tal-Mużika tal-Kunsill. Fl-1987, il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa stabbilixxa l-Kompetizzjoni tal-Mużika ta' Bice Mizzi Vassallo; Cynthia Turner kienet interessata ferm f'din il-kompetizzjoni u ssieħbet fil-kumitat organizzattiv u ppresjediet il-panel tal-għoti tal-premjijiet fl-edizzjonijiet kollha tal-kompetizzjoni.[3]

Cynthia Turner twieldet fil-Belt Valletta fl-1932 u attendiet l-iskola tal-Kunvent tas-Sacré-Cœur. Kienet miżżewġa lil Anthony Caruana u miegħu kellha żewġ subien: Nicholas u Christopher. Kellha wkoll ħames neputijiet. Cynthia Turner batiet minn fratturi fl-għadam ta' ġenbha u tal-polz u lejn l-aħħar ta' ħajjitha mardet bil-marda tal-coronavirus f'Malta f'nofs il-pandemija tal-COVID-19. Hija mietet fl-1 ta' Frar 2021 tal-età ta' 88 sena.[1]

  1. ^ a b ċ "Celebrated pianist Cynthia Turner, 88, passes away" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2021-02-01. Miġbur 2021-03-04.
  2. ^ "Memories of the time they performed for the Queen" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2015-11-19. Miġbur 2021-03-04.
  3. ^ "The National Council of Women pays tribute to Cynthia Caruana Turner" (bl-Ingliż). Newsbook. 2021-02-03. Miġbur 2021-03-04.