Astronomija
Astronomija (Grieg: αστρονομία = άστρον + νόμος, astronomia = astron + nomos, letteralment, ("liġi tal-istilel") hija x-xjenza ta' l-osservazzjoni u l-ispjegazzjoni ta' x'jiġri lil hinn mill-Art (Dinja) u barra l-atmosfera. Din ix-xjenza tistudja l-oriġini, l-evoluzzjoni, fiżika u kimika ta' l-oġġetti li jistgħu jiġu osservati fis-sema (u li huma barra mill-atmosfera). Fi ftit kliem, l-Astronomija hija l-investigazzjoni ta' dak kollu li jiġri 'l barra mid-Dinja. Hija waħda mill-eqdem xjenzi għax nibtet malli n-nies bdew jiktbu dwar dak li jaraw fis-sema u wkoll hija waħda mill-ftit xjenzi fejn id-dilettanti għadhom jistgħu jieħdu sehem, speċjalment fl-iskoperti u l-monitoraġġ ta’ fenomeni transitorji. L-Astronomija m’għandhiex tiġi mħallta ma' l-Astroloġija, li tassumi li d-destin tal-bnedmin huwa marbut mal-pożizzjoni apparenti ta' l-oġġetti fis-sema. Għalkemm iż-żewġ oqsma jgawdu oriġini komuni, huma totalment differenti għax waqt li f'l-astronomija jintuża metodi xjentifiċi, l-astroloġija m'għandhiex bażi xjentifika.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-bidu ta' l-istorja tagħha, l-astronomija ħadet biss ħsieb l-osservazzjoni u l-previżjoni tal-mixi tal-oġġetti ċelesti (tas-sema) li setgħu jiġu osservati mingħajr l-użu ta' apparat partikolari ħlief l-għajn għera. L-ewwel astronomi kienu qassisin ta' ċertu kult reliġjuż, li kienu kapaċi jaqdu lis-socjetà bil-ħolqien ta' l-ewwel kalendarji, indispensabbli għall-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali u agrikola.
Il-Griegi kienu l-iktar nies li taw kontribut lill-astronomija, speċjalment Ipparku u Ewdossju; li laħqu l-milja tagħhom bix-xogħol ta' Klawdju Tolemew (Klaudios Ptolemaios ċa. 85-ċa. 165). Fiż-Żminijiet tan-Nofs, id-dinja tal-Punent rat staġnar fl-iżvilupp ta' dix-xjenza, imma li xi astronomi Għarab komplew bl-istudju tal-korpi ċelesti.
Matul ir-Rinaxximent, Nikola Koperniku ħadem ħafna biex jippromwovi l-idea tiegħu ta' "sistema eljoċentrika" (għalkemm ta' min jgħid li ma kienx l-ewwel wieħed li ħareġ bl-ipoteżi ta' sistema bix-Xemx fin-nofs, imma żgur l-ewwel wieħed li argumenta b'mod xjentifiku it-teorija tiegħu). Ħidmietu serviet ta' bażi soda għax-xogħol ta' Galileo Galilei u Kepler. Dan ta' l-aħħar kien l-ewwel astronomu li kiteb liġijiet li jispjegaw korretament id-dettalji kollha taċ-ċaqliq tal-pjaneti madwar ix-Xemx. Iżda hu ma tax raġunijiet fiżiċi għas-sejbiet tieghu; dan kellu jkun ix-xogħol ta' Isaac Newton li elabora l-prinċipji tal-mekkaniżmu ċelesti u l-liġi tal-gravità universali.
Suddiviżjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]L-astronomija hija maqsuma f'ħafna sezzjonijiet, dan minħabba l-għadd kbir ta' kategoriji li jaqgħu taħtha.
Metodi użati biex tinġabar l-informazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-astronomija, il metodu ewlieni biex tinkiseb informazjoni tirrikjedi ir-rilevazjoni u l-analiżi ta' Radjazzjoni elettromanjetika. Tradizzjonalment l-astronomija tinqasam f'd-diviżjonijiet li jikkorrespondu mar-reġjuni differenti ta' l- ispettru elettromanjetiku osservati:
- Astronomija ottika - tirriferi għat-tekiċi użati għal rilevar u analiżar ta' dawl li jista'jkun perċepit mill-għajn tal-bniedem (minn 400 - 800 nm ċirka). L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju.
- Astronomija ta' l-infra-aħmar - tibbaża fuq r-rilevament tar-radjazzjoni infra-ħamra. L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju ottimiżat għal dawn l-iskopijiet. It-teleskopji mqegħda fl-orbita huma użati biex jiġi evitat il-"ħoss" tal- interferenzi elettromanjetiċi ikkawżati mill-atmosfera.
- Radjuastronomija - tuża strumenti kompletament differenti biex taqbgħad ir-radjazzjonijiet b'tul ta' mewġa bejn xi millimetru u ċentimetru. Ir-riċevituri jixbħu ħafna l-istrumenti wżati għat-trasmissjoni ta' sinjali televiżivi u radjufoniċi.
Għall-oġġetti ta' studju
[immodifika | immodifika s-sors]L-astronomi jistudjaw oġġetti bħal pjaneti, kwiekeb, novi, galassji, nebulosi, eċċ. imma l-ebda astronomu ma josserva kull tip ta' oġġett. Suddivisione differenti tista' tkun magħmula għal regjuni tal-ispazju u tematiċi relatati:
- Astronomija galattika
- Astronomija ekstragalattika
- Formazzjoni u evoluzjoni tal-galassji
- Formazzjoni stellari
- Evoluzzjoni stellari
- Astronomija stellari
- Astrometrija: l-istudju tal-pożizzjoni tal-oġġetti fuq l-isfera ċelesti u taċ-ċaqliq tagħhom. L-astrometrija tieħu ħsieb ukoll tad-definizzjoni tas-sistema ta' riferiment u taċ-ċinematika tal-oġġetti appartenenti lil galassja tagħna.
- kosmoloġija: l-istudio tal-Univers kollu kemm hu, mit-tweliedsal-evoluzzjoni.
- Esobioloġija jewAstrobioloġija: l-istudju tal-formazzjoni ta' ħajja bioloġika lil hinn mill-pjaneta tagħna.
- Planetoloġija: l-istudju tal-pjaneti tas-Sistema Solari u l-ipotesijiet fuq il-pjaneti ekstrasolari.
Kunċetti bażiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Sfera ċelesti
- Koordinati ċelesti
- Preċessjoni
- Eklittika
- Orbita
- Orbita retrograda
- Rotazzjoni
- Fażi
- Afelio
- Perielio
- Eklissi
- Punti ta' Lagrange
- Stilla
- Kostellazzjoni jew Imħalla
- Pjaneta
- Asterojde
- Galassja
- Parallasse
- Manjitudni
- Rivoluzzjoni orbitali
- Eċċentriċità
- Unità astronomica
- Kometa
- Diagramma H-R
- Klassifikazzjoni stellari
- Supernova
- Toqba sewda
- Sena dawl
- Tniġġis tad-dawl
- Triq ta' Sant' Anna
Links esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Astronomy News - Daily Astronomy tipprovdi aħbarjiet kurrenti u informazzjoni relatata ma' kull taqsima ta' l-astronomija.
Organizzazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- American Association of Variable Star Observers
- American Astronomical Society
- Astronomical Society of the Pacific
- socjeta astronomika maltija
- Astronomical Society of Southern Africa
- Astronomical Society of Southern New England
- Cassini Imaging Laboratory - Ritratti tal-pjaneti li jgħaġbuk bi ġmielhom meħudha mill-vettura spazjali Cassini.
- Czech Astronomical Society
- Durham Region Astronomical Association
- European Southern Observatory
- Hawaiian Astronomical Society
- Herzberg Institute of Astrophysics
- Inter-University Centre for Astronomy and Astrophysics
- National Optical Astronomy Observatories
- North York Astronomical Association
- Open Encyclopedia Project - sezzjoni Astronomija.
- Royal Astronomical Society of Canada
- Royal Astronomical Society (UK)
- Royal Astronomical Society of New Zealand
- Saint Louis Astronomical Society
- Scientia Astrophysical Organization
- Society for Popular Astronomy (UK)
- International Astronomy Youth Camp (IAYC)
Referenzi: formulu u kostanti
[immodifika | immodifika s-sors]- Astronomy Formulas
- Astronomical Constants Index
- Zombeck's Handbook of Space Astronomy and Astrophysics
Oħrajn
[immodifika | immodifika s-sors]- Deep Sky Astronomy
- Astronomy facts and information
- Astrometry and Celestial Mechanics
- Astronomy sites for educators
- Astronomy news (ger.)
- Los Alamos Astrophysics e-Print Database
- Astronomy Picture of the Day
- Bruce Medalists (annual astronomical award since 1898)
- Islamic and Arab Astronomy
- University of Ottawa's Astronomy Knowledge Base
- Space.com Sit popolari dwar l-astronpmija
- About northern lights
- Universe Today Aħbarijiet dwar l-astronomija u l-ispazju
- Virtual Sky Ritratti tas-sema fil-għaxija
- NightSky Live NSL Project Home
- About stars and planets