Assi Ċentrali ta' Beijing
L-Assi Ċentrali ta' Beijing (biċ-Ċiniż issimplifikat: 北京中轴线; biċ-Ċiniż tradizzjonali: 北京中軸綫; bil-Pinjin: Běijīng Zhōngzhóuxiàn) jew l-Assi Ċentrali (biċ-Ċiniż issimplifikat: 中轴线; biċ-Ċiniż tradizzjonali: 中軸綫; bil-Pinjin: Zhōngzhóuxiàn) huwa titlu li jirreferi għal għadd ta' toroq f'Beijing, il-belt kapitali taċ-Ċina. L-Assi Ċentrali ta' Beijing huma estiżi fuq 7.8 kilometri mit-Torrijiet tat-Tnabar u tal-Qniepen fit-Tramuntana sad-Daħla ta' Yongdingmen fin-Nofsinhar.
L-Assi Ċentrali ta' Beijing jinkludu binjiet ċerimonjali u ikoniċi li jmorru lura għas-seklu 13 (id-dinastija Yuan). Dawn l-istrutturi, b'karatteristiċi distintivi, huma eżemplari mill-aqwa tal-arkitettura Ċiniża tal-qedem. Meta wieħed iqis flimkien daqstant binjiet ta' wirt kulturali, il-kumpless isir qisu ġrajja taċ-ċivilizzazzjoni Ċiniża u tal-proċess ta' unità fl-istorja Ċiniża, kif ukoll ħarsa ġenerali konċiża tal-estetika Ċiniża.
Attrazzjonijiet ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]L-Assi Ċentrali ta' Beijing jinkludu mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, it-Torrijiet tat-Tnabar u tal-Qniepen, il-Pont ta' Wanning, l-Għolja ta' Jingshan, il-Belt Projbita, l-Artal tal-Art u tal-Qmuħ, it-Tempju Anċestrali Imperjali, id-Daħla Wieqfa, id-Daħla ta' Tian'anmen, il-Pontijiet ta' Barra ta' Jinshui, il-Kumpless tal-Pjazza ta' Tian'anmen, Zhengyangmen, it-Tempju tal-Ġenna, l-Artal tal-Alla tal-Agrikoltura, is-Siti Arkeoloġiċi tas-Sezzjoni tan-Nofsinhar tat-Toroq tal-Ħarir u d-Daħla ta' Yongdingmen.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-Assi Ċentrali ta' Beijing: Kumpless ta' Bini li Juri l-Ordni Ideali tal-Belt Kapitali Ċiniża ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2024.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "Beijing Central Axis: A Building Ensemble Exhibiting the Ideal Order of the Chinese Capital". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-16.