Aqbeż għall-kontentut

Anton Cassar

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anton Cassar
Ħajja
Twelid Marsa, 18 Frar 1924
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 30 Ġunju 2014
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist

Anton Cassar (Marsa, 18 ta' Frar 192430 ta' Ġunju 2014) kien awtur u ġurnalista Malti.

Imwieled il-Marsa, huwa studja fis-Seminarju ta' Għawdex u ta' Malta. Fit-Tieni Gwerra Dinjija serva fl-11th H.A.A. Regt., R.M.A. Beda l-karriera ġurnalistika u letterarja tiegħu fl-1946 mat-Times of Malta u Il-Berqa, meta mbagħad fl-1962, sar l-ewwel editur ta' L-Orizzont u sena wara kap tal-pubblikazzjoni tal-Union Press. Ftit wara, fl-1967, inħatar segretarju amministrattiv tal-istess kumpanija. Ħejja żgħażagħ fil-mixja ġurnalistika tagħhom. Ta s-sehem tiegħu fil-kummissjoni tal-etika ġurnalistika. Kien viżjonarju fil-kitba xellugija f'Malta.

Ħadem ukoll ħafna fil-Partit Laburista, l-iktar fid-dipartiment tal-informazzjoni tal-Partit Laburista u kien ċermen tas-Sensiela Kotba Soċjalisti. B'rikonoxximent ta' ħidmietu, fl-1996 Anton ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, u fl-1996 il-premju tad-deheb għall-kontribut kbir tiegħu fil-ġurnaliżmu professjonali.

Kien membru fundatur tal-Banda Trinità Qaddisa tal-Marsa, li tagħha kien President mill-1957. Kien ukoll attiv ħafna f'għadd ta' għaqdiet soċjali, kulturali u politiċi.

Ippubblika diversi kotba ta' natura letterarja, fosthom Il-Għanja taż-Żgħożija, Meta l-Għawdxin Kienu Mxewxa, Ir-Russi Jitkellmu bil-Fjuri, Il-Gwerra Ċivili ta' Spanja, Il-Compact, Il-Konkordat, Il-Ballata tal-Marsa u l-awtobijografija Ħajti: Mhix kollha ward u żahar pubblikata fl-2009.

Anton Cassar miet fit-30 ta' Ġunju 2014 fl-età ta' 90 sena.[1]

  1. ^ The Malta Independent, ed. (30 ta' Ġunju 2014). "Veteran journalist Anton Cassar dies" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Bijografija fuq is-sit uffiċjali tal-Akkademja tal-Malti