Aqbeż għall-kontentut

Anthony Zammit

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anthony Zammit
Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 26 Ġunju 1950
Nazzjonalità Malta
Mewt 4 Novembru 2017
Kawża tal-mewt kawżi naturali (kanċer)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kirurgu
politiku

Anthony Zammit (Tas-Sliema, 26 ta' Ġunju 1950 - 4 ta' Novembru 2017) kien kirurgu u Membru Parlamentari Laburista. Huwa ħalla impatt qawwi fil-qasam tal-mediċina lokali, b’mod speċjali fil-qasam tal-kirurġija.

Huwa attenda għadd ta’ skejjel u ta’ 18-il sena daħal l-Università ta’ Malta biex jistudja l-mediċina u l-kirurġija.

Fil-Ġermanja

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li ggradwa, fis-snin 70 tas-seklu 20, reħielha lejn il-Ġermanja, fejn baqa’ jistudja l-mediċina għal għadd ta’ snin, filwaqt li ggradwa wkoll fil-Ġermaniż, tant li spiċċa jgħallem fl-Università ta’ Dusseldorf. Illum, ismu hu rikonoxxut f’għadd ta’ kitbiet li kiteb fi żmienu fil-Ġermanja.

Fl-1985 irritorna Malta fejn beda jservi bħala Konsulent Kirurgu fl-Isptar Ġenerali ta’ San Luqa u beda jgħallem ukoll il-Kirurġija fl-Università ta’ Malta.

Baqa’ jaħdem bħala kirurgu, anke fiż-żmien li matulu kien fil-politika (2008-2013) sakemm laħaq l-età tal-irtirar fl-2011, iżda dak iż-żmien, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, hu ma tħalliex ikompli jaħdem u l-kuntratt ma ġġeddidlux.

Il-Professur Zammit jibqa’ mfakkar għall-qalb tad-deheb li dejjem wera mal-pubbliku Malti, li jistgħu jixhduha l-mijiet jekk mhux eluf ta’ nies li ġew bżonn l-għajnuna tiegħu tul ħajtu.

Il-Professur Zammit ġie elett fil-Parlament Malti fl-2008, wara li ftit qabel kien opera lill-eks Prim Ministru Laburista, Alfred Sant f’Diċembru tal-2007, meta dan tal-aħħar kien marid bil-kanċer. Huwa sar il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa flimkien ma’ Dr. Michael Falzon, u mbagħad għall-Anzjani u s-Soċjetà Interġenerazzjonali.

Huwa ħalla din id-dinja fl-età ta’ 67 sena, wara battalja mal-marda tal-kanċer.

Alfred Sant irreaġixxa hekk għall-mewt tiegħu: "L-aħbar tal-mewt tal-ħabib tiegħi l-Professur Tony Zammit timlieni dieqa kbira. Kien ħabib ġenwin. Ma' oħrajn imma hu fost l-aktar, kien il-bniedem li sibtu biex jgħini, jinkuraġġini u fuq kollox jikkurani fi żminijiet meta saħħti kienet qalgħet daqqa kbira. Mingħajr il-ħila, il-ġentilezza u l-attenzjoni tiegħu, ma kontx insalva -- ħila u attenzjoni li kien jagħti lil kulħadd bl-akbar reqqa".

"Ammirajt matul is-snin id-dehen politiku tiegħu, b'ideat siewja dwar kif il-qasam tas-saħħa publika f'pajjiżna seta' jiżviluppa għall-ġid ta' kulħadd. Ammirajtu wkoll ftit ġimgħat ilu meta żortu f'daru. Kien sod, rassenjat u luċidu bħal dejjem. Hekk kif jasal il-mument li nkun kif kien hu, nixtieq li jkolli l-kuraġġ tiegħu. Grazzi ta' kollox, ħabib".

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]