Andrea Poli
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Andrea Poli | ||
Twelid | 9 ta' April 1985 Vittorio Veneto | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.82 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Milan | ||
Numru | 16 | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2006–2007 | Treviso | 4 | (0) |
2007–2013 | Sampdoria | 84 | (3) |
2008–2009 | → Sassuolo (self) | 32 | (5) |
2011-2012 | → Inter (self) | 18 | (0) |
2013– | Milan | 59 | (3) |
Tim nazzjonali | |||
2006 | Italja U-17 | 7 | (0) |
2006 | Italja U-18 | 4 | (0) |
2006-2008 | Italja U-19 | 11 | (2) |
2008 | Italja U-20 | 1 | (0) |
2009-2010 | Italja U-21 | 11 | (1) |
2012- | Italja | 5 | (1) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 08:11, 15 Awwissu 2015 (UTC) |
Andrea Poli (Vittorio Veneto, Treviso, 29 ta' Settembru 1989) huwa plejer professjonali tal-futbol li jilgħab bħala midfilder mal-klabb ta' Milan u mat-tim nazzjonali Taljan.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Poli beda il-karriera tiegħu fis-Serie B mal-klabb ta' pajjiżu Treviso. Fil-31 ta' Jannar 2007 huwa iffirma mal-klabb tas-Serie A Sampdoria imma ġie misluf minnufih lura ma' Treviso biex fl-aħħar tal-istaġun mar lura ma' Sampdoria. Fl-4 ta' Novembru, Poli iddebutta fis-Serie A fit-telfa ta' 3–0 kontra Cagliari. Għall-istaġun 2008–09 ġie misluf lill-klabb ta' Sassuolo fis-Serie B, fejn kien strumentali biex it-tim jilħaq ir-raba' post fil-klassifika. Fis-sena 2011 huwa kien parti mit-tim ta' Sampdoria li sfaw relegati għas-Serie B wara li spiċċaw fit-18-il post tas-Serie A.
Fid-29 ta' Awissu 2011, Poli inghaqad ma' Inter b'self għal staġun, bil-klabb minn Milan ikollu l-għażla li jakkwistah b'mod permanenti fl-aħħar tal-istaġun. Poli skorja l-ewwel gowl tiegħu ma' Inter fil-Coppa Italia kontra Genoa, fir-rebħa ta' 2–1 nhar id-19 ta' Jannar 2012.
Fit-8 ta' Lulju 2013, Poli ingħaqad ma' Milan biex sar it-tielet akkwist tas-sajf 2013. Bil-flokk numru 16, l-istess bħalma kien jilbes ma' Sassuolo u Sampdoria, hu ddebutta fl-20 ta' Awwissu 2013 fil-logħba preliminari tal-UEFA Champions League kontra PSV Eindhoven. Erbat ijiem wara, Poli huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kamjonat fil-logħba li Milan tilfu bl-iskor ta' 2–1 kontra Hellas Verona, bir-riżultat finali jkun dak ta' 2–1.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Poli intgħażel mill-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, Cesare Prandelli, u ddebutta fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra, li l-Italja tilfu 2–1. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'logħba oħra ta' ħbiberija, din id-darba kontra San Marino tal-31 ta' Mejju 2015.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- (EN) Profil fuq ACMilan.com
- (IT) Il-logħbiet internazzjonali ta' Andrea Poli