Aqbeż għall-kontentut

Alcide d'Orbigny

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alcide d'Orbigny
professur

1853 - 1857
← no value - Adolphe d'Archiac (en) Translate
Q115433676 Translate

1844 -
14. President of the Geological Society of France (en) Translate

1843 - 1843
Louis Cordier (en) Translate - Adolphe d'Archiac (en) Translate
Ħajja
Isem propju Alcide Charles Victor Marie Dessalines d'Orbigny
Twelid Couëron, 6 Settembru 1802
Nazzjonalità Franza
Mewt Pierrefitte-sur-Seine (en) Translate, 30 Ġunju 1857
Post tad-dfin Cimetière communal de Pierrefitte-sur-Seine (en) Translate
Familja
Missier Charles Marie d'Orbigny
Ulied
uri
Aħwa
Tribù Dessalines d'Orbigny (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni botaniku
ġeologu
esploratur
paleontologu
entomologu
żoologu
biologu
arkeologu
ornitologu
malakologu
naturalista
Impjegaturi Muséum national d'histoire naturelle (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Société linnéenne de Normandie (en) Translate
Académie des belles-lettres, sciences et arts de La Rochelle (en) Translate
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino
Société géologique de France (en) Translate

Alcide Charles Victor Marie Dessalines d'Orbigny (twieled fis-6 ta’ Settembru 1802 – miet fit-30 ta’ Ġunju 1857) kien naturalista Franċiż li għamel kontributi maġġuri f’ħafna oqsma, fosthom iż-żooloġija (inkluż il-malakoloġija), il-paleontoloġija, il-ġeoloġija, l-arkeoloġija u l-antropoloġija.

D'Orbigny twieled f’Couëron (Loire-Atlantique), u kien iben tabib ta’ vapur u naturalista dilettant. Il-familja marret toqgħod La Rochelle fl-1820, fejn żviluppa l-interess tiegħu fl-istorja naturali hu u jistudja l-fawna tal-baħar u speċjalment il-ħlejjaq mikroskopiċi li huwa sejjaħ “foraminiferani”.

F’Pariġi huwa sar dixxiplu tal-ġeologu Pierre Louis Antoine Cordier (1777-1861) u ta’ Georges Cuvier. Tul ħajtu kollha, huwa segwa t-teorija ta’ Cuvier u kien kontra l-Lamarckiżmu.

Amerka t’Isfel

[immodifika | immodifika s-sors]

D'Orbigny ivvjaġġa fuq missjoni fl-Amerka t’Isfel għall-Mużew ta’ Pariġi bejn l-1826 u l-1833. Huwa żar il-Venezwela, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù, il-Bolivja, iċ-Ċilì, l-Arġentina, il-Paragwaj, u l-Brażil, u rritorna Franza b’kollezzjoni enormi ta’ iktar minn 10,000 eżemplar tal-istorja naturali. Huwa ddeskriva parti mis-sejbiet tiegħu f’La Relation du Voyage dans l'Amérique Méridionale pendant les annés 1826 à 1833 (Pariġi, 1824-1847, f’90 faxxiklu). L-eżemplari l-oħra ġew deskritti minn żoologi oħra fil-mużew.

Il-kontemporanju tiegħu, Charles Darwin, wasal fl-Amerka t’Isfel fl-1832, u malli sema’ li kien wasal xi ħadd qablu, gerger li d'Orbigny x’aktarx li kien ġabar “l-aqwa affarijiet li kien hemm x’tiġbor”.[1] Iktar ’il quddiem Darwin sostna li l-vjaġġ ta’ d'Orbigny kien “xogħol tassew importanti”.[2] It-tnejn kellhom korrispondenza flimkien u d'Orbigny iddeskriva wħud mill-eżemplari ta’ Darwin.

Huwa ngħata l-Medalja tad-Deheb tas-Société de Géographie ta’ Pariġi fl-1834.[3] Il-pantodont tal-Paleoċen tal-Amerka t’Isfel Alcidedorbignya ngħata ismu.[4]

Fl-1840 d'Orbigny beda d-deskrizzjoni metodika ta’ fossili Franċiżi u ppubblika La Paléontologie Française (tmien volumi). Fl-1849 huwa ppubblika l-Prodrome de Paléontologie Stratigraphique b’rabta mill-qrib, maħsub bħala “Prefazju għall-Paleontoloġija Stratigrafika”, li fih iddeskriva kważi 18,000 speċi, u b’paraguni bijostratigrafiċi fi stadji ġeoloġiċi, b’definizzjonijiet li jserrħu fuq l-istratotipi tagħhom.

Fl-1853 huwa sar professur tal-paleontoloġija fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ta’ Pariġi, u ppubblika l-Cours élémentaire tiegħu li rabat il-paleontoloġija maż-żooloġija, bħala xjenza indipendenti mill-użu tagħha fl-istratigrafija.[5] Il-presidenza tal-paleontoloġija nħolqot speċjalment fl-unur tiegħu. Il-kollezzjoni ta’ d'Orbigny fis-Sala d'Orbigny u spiss iżuruha l-esperti.[6]

Huwa ddeskriva l-kronoloġiji ġeoloġiċi u ddefinixxa diversi strati ġeoloġiċi, li għadhom jintużaw illum bħala referenza kronostratigrafika bħall-istrat Toarċjan, Kallovjan, Oxfordjan, Kimmeriġjan, Aptjan, Albjan u Ċenomanjan. Huwa miet fir-raħal żgħir ta’ Pierrefitte-sur-Seine, qrib Pariġi.

Katastrofiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

D'Orbigny, dixxiplu ta’ Georges Cuvier, kien iħaddan b’mod notevoli l-katastrofiżmu.[7]

Huwa rrikonoxxa sebgħa u għoxrin katastrofi mill-fossili.[8] Dan sar magħruf bħala “ħsieb ta’ kreazzjonijiet suċċessivi”.[8][9] Huwa pprova jirrikonċilja l-fossili mal-ġrajja tal-ħolqien tal-Ġenesi fil-Bibbja. Kemm il-ġeologi uniformitarjani kif ukoll it-teologi rrifjutaw l-idea ta’ kreazzjonijiet suċċessivi.[10]

Il-paleontologu Carroll Lane Fenton innota li l-idea ta’ d'Orbigny ta’ sebgħa u għoxrin kreazzjoni dinjija kienet “assurda”, saħansitra għall-kreazzjonisti.[11] L. Sprague de Camp kiteb li “Alcide d'Orbigny wassal l-idea għall-assurdità. Billi daħal fis-sopranaturali, d'Orbigny argumenta li f’sebgħa u għoxrin okkażjoni separata, Alla qered il-ħlejqiet kollha fid-Dinja u reġa’ beda mill-ġdid bi kreazzjoni ġdida għalkollox”.[12]

Unitajiet tassonomiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Diversi unitajiet tassonomiċi żooloġiċi u botaniċi ssemmew għalih, inkluż il-ġeneri u l-ispeċijiet li ġejjin:

  • Alcidedorbignya Muizon & Marshall, 1992 – ġeneru estint ta’ mammiferu pantodont
  • Alcidia Bourguignat, 1889 – ġeneru ta’ bebbuxu tal-baħar
  • Ampullaria dorbignyana Philippi, 1851 – speċi ta’ bebbuxu tal-ilma ħelu
  • Apostolepis dorbignyi Schlegel, 1837 – speċi ta’ serp li jinħeba f’moħba fl-art[13]
  • Asthenes dorbignyi Reichenbach, 1853 - speċi ta’ għasfur furnarid
  • Bachia dorbignyi A.M.C. Duméril & Bibron, 1839 – speċi ta’ gremxula[13]
  • Cadomites orbignyi de Grossouvre, 1930 – speċi ta’ ammonit mill-Batonjan[14]
  • Chaunus dorbignyi (A.M.C. Duméril & Bibron, 1841) – speċi ta’ rospu
  • Haminoea orbignyana A. de Férussac, 1822 – speċi ta’ bebbuxu tal-baħar
  • Hecticoceras (Orbignyceras) C. Gérard & H. Contaut, 1936 – sottoġeneru ta’ ammonit mill-Kallovjan[15]
  • Liolaemus dorbignyi Koslowsky, 1898 – speċi ta’ gremxula[13]
  • Lystrophis dorbignyi A.M.C. Duméril, Bibron & A.H.A. Duméril, 1854 – speċi ta’ serp
  • Nerocila orbignyi (Guérin, 1832) – speċi ta’ isopodu ektoparassitiku
  • Orbignya Mart. ex Endl. – ġeneru ta’ siġar tal-palm li jinkludi speċi bħal Orbignya speciosa (Mart. ex Spreng.), magħrufa bħala siġra tal-palm Brażiljana jew babaçu bil-Portugiż
  • Pinna dorbignyi Hanley, 1858 – speċi ta’ mollusk bivalv
  • Potamotrygon orbignyi (Castelnau, 1855) – speċi ta’ boll tal-ilma ħelu
  • Quadracythere orbignyana (Bosquet, 1852) – speċi ta’ ostrakodi tal-baħar
  • Rhinodoras dorbignyi (Kner, 1855) –speċi ta’ pixxiqattus imxewwek
  • Sepia (Rhombosepion) orbignyana A. de Férussac in d'Orbigny, 1826 – speċi ta’ siċċa, magħrufa wkoll bħala siċċa roża
  • Subdiscosphinctes orbignyi Hantzpergue, 1987 – speċi ta’ ammonit mill-Kimmeriġjan[16]
  • Trachemys dorbigni (A.M.C. Duméril & Bibron, 1835) – speċi ta’ fekruna tal-ilma ħelu

Fil-lista ta’ hawn fuq, l-awtur jew l-awtorità tal-unità tassonomika fil-parentesi jindikaw li l-ispeċi ġiet deskritta oriġinarjament f’ġeneru li fih attwalment hija assenjata l-ispeċi.

Pubblikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • d'Orbigny, Alcide (1843). Paléontologie française. Description zoologique et géologique de tous les animaux mollusques & rayonnés fossiles de France. 3.

L-abbrevjazzjoni standard tal-awtur A.D.Orb. tintuża biex tindika din il-persuna bħala l-awtur meta jiġi kkwotat isem botaniku.[17]

  1. ^ "Darwin Project". Darwin Correspondence Project (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-30.
  2. ^ "Darwin project letter 2". Darwin Correspondence Project (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-30.
  3. ^ "GRANDE MÉDAILLE D'OR DES EXPLORATIONS ET VOYAGES DE DÉCOUVERTE | Société de Géographie - Depuis 1821, la plus ancienne société de géographie au monde". web.archive.org. 2014-12-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-06. Miġbur 2021-06-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Paleofile.com. (2015-02-14). ""Alcidedorbignya"". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-02-14. Miġbur 2021-06-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Conception et suites de la Paléontologie française d'Alcide d'Orbigny", Comptes Rendus Paleologiques 1.7 (December 2002) pp. 599–613.
  6. ^ Agnès Lauriat-Rag, "La collection d'Invertébrés fossiles d'Alcide d'Orbigny et la salle d'Orbigny", Comptes Rendus Paleologiques 1.7 (December 2002) pp. 615–627.
  7. ^ Huggett, Richard J. (1998). Catastrophism: Asteroids, Comets and Other Dynamic Events in Earth History. Verso. p. 95. ISBN 1-85984-129-5.
  8. ^ a b Singer, Charles Joseph. (1931). The Story of Living Things: A Short Account of the Evolution of the Biological Sciences. Harper & Bros. p. 232.
  9. ^ Prothero, Donald R. (2013). Bringing Fossils to Life: An Introduction to Paleobiology. Columbia University Press. p. 223. ISBN 978-0-231-15893-0.
  10. ^ Prothero, Donald R. (2013). Bringing Fossils to Life: An Introduction to Paleobiology. Columbia University Press. p. 223. ISBN 978-0-231-15893-0.
  11. ^ Fenton, Carroll Lane. (1933). The World Of Fossils. D. Appleton-Century Company. p. 162.
  12. ^ De Camp, Lyon Sprague. (1968). The Great Monkey Trial. Doubleday p. 184. ISBN 0-385-04625-1.
  13. ^ a b ċ Beolens et al.
  14. ^ de Grossouvre (A.), 1930. Note sur le Bathonien moyen. Livre jubilaire. Centenaire de la Société Géologique de France, t. 2, pp. 361–387.
  15. ^ Gérard C. & Contaut H., « Les ammonites de la zone à Peltoceras athleta du Centre-Ouest de la France », Mémoires de la Société géologique de France, Paris, vol. 29, 1936, p. 100.
  16. ^ Pierre Hantzpergue, Les ammonites kimméridgiennes du haut-fond d'Europe occidentale. Biochronologie, systématique, évolution, paléogéographie, Cahiers de paléontologie, éditions du CNRS, 1989, p. 428.
  17. ^ "International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2021-06-30.