Agadez
Agadez | |
---|---|
Niġer | |
Amministrazzjoni | |
Repubblika | Niġer |
Region of Niger | Reġjun ta' Agadez |
Department of Niger | Dipartiment ta' Tchirozerine |
Isem uffiċjali | Agadez |
Ismijiet oriġinali | Agadez |
Ġeografija | |
Koordinati | 16°58′20″N 7°59′27″E / 16.9722°N 7.9908°EKoordinati: 16°58′20″N 7°59′27″E / 16.9722°N 7.9908°E |
Għoli | 520 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 110,497 abitanti (2012) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+1 |
Agadez (bit-Tamajeq ta' Air: ⴰⴶⴰⴷⴰⵣ, Agadaz), li qabel kienet spelluta Agadès,[1] hija l-ħames l-ikbar belt fin-Niġer, b'popolazzjoni ta' 110,497 ruħ abbażi taċ-ċensiment tal-2012.[2] Hija l-belt kapitali tar-Reġjun ta' Agadez u tinsab fid-deżert tas-Saħara. Barra minn hekk, hija wkoll il-belt kapitali ta' Aïr, waħda mill-federazzjonijiet tradizzjonali tat-Tuareg u tal-Berberi. Iċ-ċentru storiku tal-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013.[3]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Agadez ġiet stabbilita qabel is-seklu 14, u permezz tat-tkabbir bis-saħħa tal-kummerċ trans-Saħarjan, gradwalment saret l-iżjed belt importanti tal-poplu Tuareg, u ħadet post Assodé. Fil-belt għadhom jaslu l-karovani li jittrasportaw il-melħ minn Bilma.
Fl-1449 Agadez saret sultanat, iżda iktar 'il quddiem inħakmet mill-Imperu tas-Songhai fl-1515,[4] u baqgħet parti minn dak l-imperu sal-1591.[5] Dak iż-żmien, il-belt kellha popolazzjoni ta' madwar 30,000 ruħ, u kienet punt ta' passaġġ ewlieni għall-kummerċ tal-karovani Medjevali bejn il-bliet tal-Punent tal-Afrika, fosthom Kano (is-sors tal-lingwa Hausa li hija l-lingwa franka tradizzjonali ta' gruppi etniċi differenti fil-belt, speċjalment fl-oqsma tal-kummerċ, tar-reliġjon u tal-amministrazzjoni) u Timbuktu, u l-oażi tat-Tramuntana tal-Afrika, fosthom Ghat, Ghadames u Tripli, mal-kosta tal-Mediterran. Il-ġlied intern wassal għad-deklin gradwali tas-sultanat, u sa nofs is-seklu 19 il-belt lanqas baqgħet tingħaraf.
Uħud isostnu li Agadez kienet l-iżjed punt imbiegħed tal-Imperu Ottoman fuq il-kontinent Afrikan sas-seklu 19, qabel ma ġiet okkupata mill-imperu kolonjali Franċiż, għalkemm din l-istqarrija ma ġietx ivverifikata mill-istoriċi.[6] Il-belt ġiet immexxija mill-Franċiżi mill-1906. Ribelljoni mmexxija minn Kaocen Ag Mohammed seħħet fl-1916, iżda ngħelbet mill-qawwiet Franċiżi. Il-Franċiżi, li ma setgħux jamministraw b'mod effettiv dan ir-reġjun remot, mexxew indirettament permezz ta' sultan innominat minnhom. Iktar 'il quddiem, Agadez saret post importanti fir-Ribelljoni tat-Tuareg tas-snin 90 tas-seklu 20 fiċ-ċentru u fit-Tramuntana tan-Niġer.
Vjolenza fl-2007
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba t-Tieni Ribelljoni tat-Tuareg, mill-aħħar tal-2007 sal-2009 kien hemm vjolenza sporadika u l-ispostament ta' eluf ta' nies fl-inħawi ta' Agadez. It-Tramuntana kollha tan-Niġer tpoġġiet fil-lista tad-Dipartiment Statali tal-Istati Uniti ta' żoni li mhumiex sikuri għall-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tal-Istati Uniti fl-aħħar tal-2007 sal-aħħar tal-2008.[7] It-titjiriet tat-turisti lejn Agadez ġew sospiżi mil-linji tal-ajru Ewropej fl-2007–2008 (minn Settembru sa Marzu). L-industrija tat-turiżmu li kienet qed tiffjorixxi qabel l-2007 u kienet qabżet lil dik ta' Niamey u tal-bqija tan-nazzjon, essenzjalment intemmet. Ir-reġjun kollu tqiegħed taħt Stat ta' Eċċezzjoni mill-gvern tan-Niġer (li llimita l-ivvjaġġar, il-ġemgħat, l-attivitajiet politiċi, eċċ.) f'Ottubru 2007, u ġġedded fil-bidu tal-2009. Ġie rrapportat li t-toroq lejn u minn Agadez tpoġġewlhom il-mini tal-art fuqhom, u l-gvern għalaq l-inħawi għall-ġurnalisti u għall-organizzazzjonijiet tal-għajnuna internazzjonali. Bħala riżultat tal-irvelli, għadd mhux magħruf (irrapportat bħala diversi eluf) ta' persuni spostati internament inġabru fil-belt.
Emigrazzjoni lejn l-Ewropa
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-tieni deċennju tas-seklu 21, Agadez saret belt ewlenija ta' tranżitu għall-migranti tal-Punent tal-Afrika fi triqithom lejn il-Libja u mbagħad lejn l-Ewropa,[8] peress li Agadez hija l-aħħar waqfa qabel il-vjaġġ twil tul is-Saħara u lejn il-kosta tal-Libja.[9] Diversi repressjonijiet fl-2016 dewmu l-fluss ta' migranti, iżda skont data reċenti tal-Matriċi tal-Intraċċar tal-Ispostament tan-Nies ħareġ li medja ta' kuljum ta' 1,212-il individwu jaqsmu f'sitt punti mmonitorjati fin-Niġer, u bosta minnhom jgħaddu minn Agadez. Il-belt issa tospita mijiet ta' migranti li jgħixu fi djar żgħar fil-periferija tal-belt qabel ma jibqgħu sejrin lejn il-Libja.[10]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-Ċentru Storiku ta' Agadez ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[3]
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Pop. | ±% |
---|---|---|
1977 | 20,643 | — |
1988 | 49,424 | +139.4 % |
2001 | 77,060 | +55.9 % |
2012 | 110,497 | +43.4 % |
Sors:[11] |
Kultura u turiżmu
[immodifika | immodifika s-sors]Illum il-ġurnata, Agadez qed tiffjorixxi bħala belt tas-swieq u bħala ċentru kummerċjali u bħala ċentru għat-trasport tal-uranju estratt fl-inħawi tal-madwar. Binjiet notevoli fil-belt jinkludu l-Moskea l-Kbira ta' Agadez (li oriġinarjament tmur lura għall-1515 iżda ġiet rikostruwita bl-istess stil fl-1844), il-Palazz ta' Kaocen (issa lukanda), u l-Palazz tas-Sultan ta' Agadez. Il-belt hija magħrufa wkoll għas-suq tal-iġmla u għall-oġġetti tal-fidda u tal-ġilda tagħha. Isem il-belt jingħata wkoll lil forma ta' ġojjellerija simbolika tat-Tuareg, magħrufa bħala s-Salib ta' Agadez.[12]
Xi mużiċisti magħrufa sew mill-belt jinkludu l-kitarrist Tuareg Bombino u l-grupp mużikali tiegħu msejjaħ Grupp Bombino, u l-Grupp Inerane. Il-film ta' Mdou Moctar, Akounak Teggdalit Taha Tazoughai, ġie ambjentat u nġibed fil-post f'Agadez.[13]
Ajruport u użu militari
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-ċentru tat-trasport bl-ajru ta' Agadez, l-Ajruport Internazzjonali ta' Mano Dayak, ingħata isem Mano Dayak, il-mexxej Tuareg li twieled fir-reġjun.
L-Istati Uniti bnew il-Bażi tal-Ajru Nru 201 fin-Niġer, li hija bażi tal-ajru li tintuża għad-droni f'Agadez u minnha tista' timmonitorja l-attivitajiet terroristiċi iktar faċilment fil-Punent u fit-Tramuntana tal-Afrika, u fis-Saħel.[14][15] Fl-2016 ġie żvelat li l-bażi militari fin-Niġer kienet swiet $100 miljun lill-Istati Uniti.[16]
Tniġġis tal-arja
[immodifika | immodifika s-sors]It-tniġġis tal-arja, inkluż il-materja partikolata u t-trab, joħloq riskji sinifikanti għas-saħħa minħabba d-daqs mikroskopiku tal-partikoli u l-inalazzjoni potenzjali tagħhom fl-iżjed partijiet fondi tal-pulmun.[17][18][19]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Agadez għandha klima sħuna tad-deżert (BWh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen).
Data klimatika Agadez, Niger (temp. normali fl-1961-1990, temp. estremi mill-1957 sal-preżent) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 40.0 (104.0) |
41.1 (106.0) |
46.0 (114.8) |
45.8 (114.4) |
47.0 (116.6) |
49.1 (120.4) |
48.0 (118.4) |
44.7 (112.5) |
47.0 (116.6) |
42.6 (108.7) |
40.0 (104.0) |
39.9 (103.8) |
49.1 (120.4) |
Medja massima kuljum °C (°F) | 27.9 (82.2) |
31.1 (88.0) |
35.0 (95.0) |
39.2 (102.6) |
41.3 (106.3) |
41.3 (106.3) |
39.1 (102.4) |
37.9 (100.2) |
38.9 (102.0) |
37.1 (98.8) |
32.4 (90.3) |
29.0 (84.2) |
35.8 (96.4) |
Medja kuljum °C (°F) | 19.8 (67.6) |
22.5 (72.5) |
26.7 (80.1) |
31.2 (88.2) |
33.7 (92.7) |
33.8 (92.8) |
32.1 (89.8) |
31.0 (87.8) |
31.7 (89.1) |
29.4 (84.9) |
24.3 (75.7) |
21.0 (69.8) |
28.1 (82.6) |
Medja minima kuljum °C (°F) | 11.7 (53.1) |
13.9 (57.0) |
18.3 (64.9) |
23.1 (73.6) |
26.0 (78.8) |
26.4 (79.5) |
25.1 (77.2) |
24.2 (75.6) |
24.5 (76.1) |
21.7 (71.1) |
16.2 (61.2) |
12.8 (55.0) |
20.3 (68.5) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | 4.2 (39.6) |
5.5 (41.9) |
8.0 (46.4) |
12.6 (54.7) |
17.8 (64.0) |
18.6 (65.5) |
17.8 (64.0) |
15.2 (59.4) |
16.0 (60.8) |
8.6 (47.5) |
5.5 (41.9) |
3.4 (38.1) |
3.4 (38.1) |
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) | 0.0 (0.0) |
0.0 (0.0) |
0.1 (0.00) |
2.0 (0.08) |
5.5 (0.22) |
10.4 (0.41) |
35.2 (1.39) |
49.7 (1.96) |
8.2 (0.32) |
0.3 (0.01) |
0.0 (0.0) |
0.0 (0.0) |
111.5 (4.39) |
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.1 | 0.7 | 1.9 | 5.6 | 6.2 | 1.5 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 16.2 |
Medja tal-umdità relattiva (%) | 22 | 18 | 15 | 14 | 18 | 24 | 39 | 45 | 29 | 20 | 22 | 23 | 24 |
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx | 297.6 | 280.0 | 294.5 | 288.0 | 297.6 | 270.0 | 288.3 | 285.2 | 285.0 | 306.9 | 303.0 | 294.5 | 3,504 |
Perċentwal għall-possibilità tax-xemx | 86 | 87 | 80 | 77 | 75 | 69 | 72 | 73 | 79 | 85 | 90 | 86 | 80 |
Sors 1: NOAA | |||||||||||||
Sors 2: DWD |
Viċinati
[immodifika | immodifika s-sors]- Nasarawa, qrib il-Moskea ta' Agadez;[20]
- Sabon Gari;
- Bariki;
- Dag Manet;
- Azin.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Air" . Encyclopædia Britannica. Vol. 1 (11th ed.). Cambridge University Press. p. 442.
- ^ ""Annuaires_Statistiques". Institut National de la Statistique du Niger" (PDF).
- ^ a b ċ "Historic Centre of Agadez - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-23.
- ^ Idrissa, Rahmane; Idrissa, Abdourahmane; Decalo, Samuel (2012). Historical Dictionary of Niger. Scarecrow Press. p. 34. ISBN 978-0-8108-6094-0.
- ^ Geels, Jolijn, (2006) Bradt Travel Guide - Niger, pp. 157-200.
- ^ "Ottoman dynasty still alive in Africa | Interviews & In Depth | Worldbulletin News". web.archive.org. 2018-07-28. Miġbur 2024-12-23.
- ^ Keenan, Jeremy (2008). "Uranium Goes Critical in Niger: Tuareg Rebellions threaten Sahelian Conflagration". Review of African Political Economy. 35 (117): 449–466. doi:10.1080/03056240802411107. hdl:10.1080/03056240802411107. ISSN 0305-6244. JSTOR 20406532. S2CID 154031995.
- ^ "A Dangerous Immigration Crackdown in West Africa - The Atlantic". web.archive.org. 2019-06-03. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "The perilous migration across the desert of Niger: Africa's hidden story". Oxfam International (bl-Ingliż). 2022-05-25. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "Niger – DTM". web.archive.org. 2019-11-16. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "Niger: Regions, Cities & Urban Centers - Population Statistics, Maps, Charts, Weather and Web Information". web.archive.org. 2020-03-21. Miġbur 2024-12-23.
- ^ Beltrami, V. (1 September 1994). "Croix d'Agadez". Encyclopédie berbère (in French) (14): 2129–2133. doi:10.4000/encyclopedieberbere.2338. ISSN 1015-7344.
- ^ "Sahel Sounds: "Algunos artistas africanos nunca han visto un vinilo"". web.archive.org. 2013-12-31. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "3 Special Forces Troops Killed and 2 Are Wounded in an Ambush in Niger". web.archive.org. 2017-10-05. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "Pentagon set to open second drone base in Niger as it expands operations in Africa - The Washington Post". web.archive.org. 2016-04-07. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "U.S. Military Is Building a $100 Million Drone Base in Africa". web.archive.org. 2018-01-20. Miġbur 2024-12-23.
- ^ "Air Quality & Pollen Forecast for Agadez". meteoblue (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-23.
- ^ "Agadez Air Quality Index (AQI) and Niger Air Pollution | IQAir". www.iqair.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-23.
- ^ "Air Quality Agadez: Live air quality and pollution Forecasts". Plume Labs Air Report (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-23.
- ^ "The Desperate Journey of a Trafficked Girl - The New Yorker". web.archive.org. 2017-04-03. Miġbur 2024-12-23.