Adem Ljajić

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Adem Ljajic)
Jump to navigation Jump to search
Adem Ljajić
Adem Ljajić.JPG
Informazzjoni personali
Isem sħiħAdem Ljajić
Twelid29 ta' Settembru 1991 (1991-09-29) (27 sena)
Novi Pazar
PajjiżBandiera tas-Serbja Serbja
Tul1.81 m
RwolMidfilder offensiv
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiTorino
Numru10
Klabbs ġovanili
FK Jošanica
2005–2008Partizan
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2008–2010Partizan38(9)
2010–2013Fiorentina78(15)
2013–2016Roma61(14)
2015–2016Inter (self)25(3)
2016–Torino49(13)
Tim nazzjonali
2007–2008Serbja U179(1)
2008–2009Serbja U1913(6)
2008–2010Serbja U2111(1)
2010–Serbja25(5)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 19:46, 31 Jannar 2018 (UTC)

Adem Ljajić (bis-Serb: Адем Љајић; Novi Pazar, 29 ta' Settembru 1991) huwa futboler Serb li jilgħab bħala midfilder offensiv jew fuq il-faxxa leminija għat-tim ta' Torino.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Ljajić beda l-karriera fil-kamp tal-futbol mat-tim lokali ta' SF Jošanica, qabel ma fl-2005 ittrasferixxa f'Belgrad meta laqat l-għajn tal-kowċ ta' Partizan Dusan Trbojević. Fil-kapitali Serba, Ljajić beda jilgħab mat-tim ġovanili tal-klabb, waqt li ħa sehem f'isem is-selezzjoni tas-Serbja ta' taħt is-16 u t-18-il sena. Il-progress mal-ewwel tim kien wieħed ta' minnufih. F'Awwissu tal-2008 sar parti mill-pjanijiet tal-kowċ Slaviša Jokanović, fejn f'għaxar apparenzi skorja darbtejn fil-kampanja rebbieħa tal-kampjonat 2007–08.

F'Ottubru tal-2008, Manchester United taw ċans lil Ljajić biex jimpressjona meta tawh prova, minkejja li ma kienx ġie żvelat dwar it-tul ta' din il-prova. Il-ġurnata ta' wara, is-segretarju ġenerali ta' Partizan ikkonferma li "mhuwiex vera li Ljajić mar l-Ingilterra mingħajr permess. Aħna konna f'kuntatt ma' Manchester United għal xi żmien u Ljajić kien mat-tim internazzjonali fl-Ingilterra fejn kien qed jipparteċipa fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej għal taħt id-19-il sena, u b'hekk dan il-mument kien opportun biex jagħmel prova."[1][2]

Nhar it-2 ta' Jannar 2009, Manchester United ikkonfermaw li komplew it-trasferiment ta' kemm Ljajić u anki ta' sieħbu f'Partizan, Zoran Tošić. Tošić ingħaqad mal-klabb mill-ewwel, waqt li Ljajić kien se jibqa' ma' Partizan għall-kumplament tal-2009, fejn f'Jannar tal-2010, minħabba li l-FIFA ma tħallix li jsiru trasferimenti internazzjonali għal plejers ta' taħt it-tmintax-il sena.[3] Minkejja li matul l-2009 Ljajić kien jagħmel vjaġġi regulari lejn Manchester biex jitħarreġ mal-iskwadra, Manchester United iddeċidew li ma jiħdux l-opzjoni li jakkwistaw definittavment lill-plejer Serb minħabba kwistjonijiet fuq il-permess tax-xogħol għal Ljajić.[4]

Fit-13 ta' Jannar 2010, il-klabb Taljan ta' Fiorentina ħabbar l-akkwist ta' Ljajić, fejn wara li għadda t-testijiet mediċi, iffirma kuntratt ta' ħames snin.[5] Iddebutta mal-Viola fid-dro ta' 2–2 barra minn darhom kontra Cagliari, fejn daħal bħala sostitut fit-82 minuta għal Manuel Pasqual. L-ewwel gowl tiegħu kien minn penalty kontra Lazio fit-18 ta' Settembru 2010, bi Fiorentina jitilfu 2–1.

Matul l-istaġun 2010–11, taħt il-kowċ Sinisa Mihajlović lagħab 26 logħba u skorja 3 gowls fil-kampjonat. Fl-istaġun 2011–12 sab inqas post mal-ewwel tim. Nhar it-2 ta' Mejju 2012, fil-logħba kontra Novara li spiċċat 2–2 ġie sostitwit minn Delio Rossi fit-32 minuta minn Rubén Olivera; il-plejer ċapċap sarkastikament lill-kowċ u qamet alterazzjoni verbali li ddeġenerat f'aggressjoni fiżika fuq il-plejer.[6] Wara dan l-episodju l-kowċ ġie mkeċċi[7] u l-plejer intefa' barra mit-tim sa tmiem l-istaġun.[8]

Bil-wasla tal-kowċ il-ġdid Vincenzo Montella, grazzi għall-prestazzjonijiet konvinċenti fil-logħob ta' qabel il-kampjonat reġa' ġie integrat mal-iskwadra. L-istaġun kien wieħed pożittiv għal Ljajić fejn stabilixxa ruħu fit-tim. Nhar id-19 ta' Mejju, fl-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Pescara, skorja l-ewwel tripletta fil-karriera tiegħu, biex spiċċa bi 12-il gowl fl-istaġun.

Nhar it-28 ta' Awwissu 2013, issieħeb uffiċjalment mal-klabb ta' Roma għas-somma ta' €11-il miljun, b'kuntratt ta' erba' snin.[9]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Ljajić ġie magħżul mat-tim nazzjonali tal-kbar tas-Serbja f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Bulgarija tas-17 ta' Novembru 2010. Nhar it-28 ta' Mejju 2012, wara li ma kantax l-innu nazzjonali qabel il-logħba kontra Spanja, il-kowċ Mihajlović ħabbar li ma kienx se jagħżlu iktar.[10]

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Partizan

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ (Ingliż) Papers: Reds eye 'Little Kaka'?. Manchester United, 15 ta' Ottubru 2008
  2. ^ Tradotti minn: "It is not true that Ljajić went to England without permission. We have been in contact with Manchester United for some time now and Ljajić was with the international team in Britain, participating in the UEFA European Under-19 Championship qualifying round, at this moment so it was handy for him to go on trial now."
  3. ^ (Ingliż) Serbians to join United, Manchester United, 2 ta' Jannar 2009. Aċċess tal-URL: 2 ta' Jannar 2009.
  4. ^ (Ingliż) Permit snag foils Ljajic, Times Of Malta, 5 ta' Diċembru 2009. Aċċess tal-URL: 5 ta' Diċembru 2009.
  5. ^ (Taljan) Definito l'accordo per Ljajic, ViolaChannel, 13 ta' Jananr 2010. Aċċess tal-URL: 13 ta' Jananr 2010.
  6. ^ (Taljan) Delio Rossi prende a pugni Ljaic, Ansa.it, 4 ta' Mejju 2012.
  7. ^ (Taljan) Andrea Della Valle: "Esonerato Delio Rossi", ViolaChannel, 2 ta' Mejju 2012.
  8. ^ (Taljan) Per Adem Ljajic in arrivo una pesante multa e l'esclusione dalla rosa, Fiorentina.it, 3 ta' Mejju 2012.
  9. ^ (Taljan) Adem Ljajić (PDF), AS Roma, 28 ta' Awwissu 2013. Aċċess tal-URL: 30 ta' Awwissu 2013.
  10. ^ (Taljan) Ljajic non canta l'inno e Mihajlovic lo caccia dalla nazionale. tuttomercatoweb.com, 28 ta' Mejju 2012

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]