Aqbeż għall-kontentut

Ċensu Apap

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ċensu Apap
Ħajja
Twelid Valletta, 13 Novembru 1909
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 15 Frar 2003
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni skultur
Xogħlijiet importanti Triton Fountain (en) Translate
Premjijiet

Ċensu Apap, magħruf ukoll bħala Vincent Apap, (twieled it-13 ta’ Novembru 1909 – miet il-15 ta’ Frar 2003) kien skultur Malti li kien magħruf sew għad-disinn ta’ diversi monumenti pubbliċi u statwi tal-knisja, l-iktar il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta.[1] Huwa ġie msejjaħ “wieħed mill-aqwa skulturi ta’ Malta tal-Perjodu Modern” mill-istudjo ta’ Renzo Piano.[2]

Il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, li kienet iddisinjata minn Ċensu Apap flimkien mad-disinjatur Victor Anastasi
Triton fountain by night

Apap twieled il-Belt Valletta fl-1909, u kien ħu l-kbir tal-mużiċist Joseph Apap u tal-pittur William Apap. Huwa mar l-iskola ċentrali tal-gvern, u fl-1920 beda jattendi l-klassijiet ta’ filgħaxija tal-immudellar u tat-tpinġija. Huwa kien wieħed mill-ewwel studenti li rreġistra fl-Iskola tal-Arti li kienet għadha kif ġiet stabbilita fl-1925, fejn studja l-iskultura taħt Antonio Micallef. Fl-1927, rebaħ borża ta’ studju tal-Akkademja Brittanika tal-Arti f’Ruma, jistudja taħt l-iskultur Malti rinomat Antonio Sciortino.[3]

Huwa rritorna Malta fl-1930, u ftit wara rebaħ l-ewwel kummissjoni tiegħu, il-monument ta’ Fra Diegu fil-Ħamrun. B’hekk sar magħruf fix-xena artistika ta’ Malta, u regolarment wera x-xogħlijiet tiegħu fil-wirjiet tal-Assoċjazzjoni tad-Dilettanti tal-Arti ta’ Malta matul is-snin 30 tas-seklu 20. Ċensu Apap inħatar assistent għalliem tal-immudellar fl-Iskola tal-Arti fl-1934, u sar kap tal-iskola fl-1947. Huwa baqa’ hemm sa meta rtira fl-1971, iżda reġgħu għajtulu seba’ snin wara fl-1978.[3]

Il-patruni tax-xogħol ta’ Apap kienu jinkludu l-Logutenent Gvernatur ta’ Malta Sir Harry Luke kif ukoll Lord Mountbatten. Il-familja ta’ dan tal-aħħar għad għandha wħud mill-aqwa skulturi ta’ Apap. Fis-sittinijiet tas-seklu 20, ġew organizzati żewġ wirjiet tax-xogħlijiet tiegħu u ta’ ħuh William Apap f’Londra.[3]

L-iktar xogħlijiet magħrufa ta’ Apap jinkludu diversi monumenti pubbliċi fil-Belt Valletta, bħall-Funtana tat-Tritoni

Statwa ta’ Ġorġ Borg Olivier fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta (1990)

(1959), il-bust ta’ Enrico Mizzi (1964), l-istatwa ta’ Pawlu Boffa (1976) u l-istatwa ta’ Ġorġ Borg Olivier (1990). Xogħlijiet oħra notevoli ta’ Apap jinkludu statwi fir-Rotunda tal-Mosta, fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, il-Katidral tal-Imdina, il-Bażilika ta’ San Ġorġ f’Għawdex, il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra, il-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara u l-Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu f’Tas-Sliema.[3] L-aħħar xogħol maġġuri tiegħu kien il-bust ta’ Guido de Marco li tlesta meta kellu 89 sena.[4] Il-motivi tat-teatru f’Palazzo Carafa fil-Belt Valletta ġew iddisinjati minn Apap.[5]

Ċensu Apap iżżewweġ lil Maria Bencini fl-1941, u kellhom tlett itfal: John, Nella u Manon.[3] Huwa miet fl-2003 meta kellu 93 sena.[4]

Premjijiet u unuri

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Membru tal-Ordni tal-Imperu Brittaniku (1956)
  • Midalja tad-deheb tal-Għaqda tal-Arti, tal-Manifattura u tal-Kummerċ (1965)
  • Cavaliere Ufficiale della Repubblica Italiana (1968)
  • Ordni tal-Mertu (1993)

Huwa ġie nnominat kavallier tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta fl-1963.[3]

  1. ^ "The Life and works of Ċensu Apap - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-05-07.
  2. ^ "Times of Malta ‒ Fountain's removal 'to restore city's historic image'". web.archive.org. 2017-04-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-04-17. Miġbur 2021-05-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b ċ d e f Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A-F. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 62–64. ISBN 9789993291329.
  4. ^ a b "Death of Vincent Apap - timesofmalta.com". web.archive.org. 2015-09-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-26. Miġbur 2021-05-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Conservation order issued on balcony of Valletta theatre". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-07.