Chris Smalling

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Chris Smalling
Chris Smalling and Wes Brown cropped.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Christopher Lloyd Smalling
Twelid 22 ta' Novembru 1989 (1989-11-22) (23 sena)
Greenwich
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.93 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Ingilterra Manchester United
Numru 12
Klabbs ġovanili
Ingilterra Millwall
Ingilterra Maidstone United
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2007–2008 Ingilterra Maidstone United 11 (1)
2008–2010 Ingilterra Fulham 13 (0)
2010– Manchester United 46 (1)
Tim nazzjonali
2009–2011 Ingilterra Ingilterra U-21 14 (1)
2011– Ingilterra Ingilterra 2 (0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 07:42, 21 Settembru 2011 (UTC)

Christopher Lloyd "Chris" Smalling (Greenwich, 22 ta' Novembru 1989) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab mal-klabb ta' Manchester United u mat-tim nazzjonali Ingliż bħala difensur.

Werrej

Karriera [editja]

Klabb [editja]

Meta kellu sbatax-il sena, Smalling iddebutta mat-tim reġjonali ta' Maidstone United kontra Canvey Island. Matul l-ewwel sena mat-tim tal-kbar hu lagħab tnax-il konfront fejn skorja gowl wieħed, eżattament fl-aħħar logħba tiegħu mal-klabb.

F'Ġunju tal-2008 Smalling iffirma kuntratt mal-klabb mill-Premier League Fulham.[1] Fl-24 ta' Mejju 2009, Smalling iddebutta ma' Fulham meta daħal bħala sostitut għal Aaron Hughes fis-77 minuta fl-aħħar partita tal-istaġun 2008–09 kontra Everton. L-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax waslet fis-17 ta' Settembru 2009, fil-partita valida għall-UEFA Europa League kontra CSKA Sofia, bil-partita tintemm 1–1. Fil-kampjonat, l-ewwel logħba tiegħu mill-ewwel minuta kienet dik kontra Chelsea fit-28 ta' Diċembru 2009, fejn kien involut f'episodju deċisiv meta skorja awtogowl li ta liċ-Chelsea rebħa ta' 2–1.

Fis-26 ta' Jannar 2010, Manchester United ħabbru li kienu xtraw lil Smalling, bil-plejer jibqa' ma' Fulham sa tmiem l-istaġun 2009–10 qabel ma jingħaqad mal-klabb il-ġdid fl-istaġun segwenti.[2] Dan it-trasferiment kien uffiċjalizzat fl-1 ta' Lulju 2010. Id-debutt tiegħu fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra West Ham United tat-28 ta' Awwissu, meta daħal bħala sostitut għal Jonny Evans.

Internazzjonali [editja]

Nhar il-11 ta' Awwissu 2009, Smalling iddebutta mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena bħala sostitut fil-konfront kontra l-Olanda li ntemm 0–0. Smalling ġie magħżul fl-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2011.

Fit-13 ta' Novembru 2010, Smalling ġie imsejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-kbar għal-logħba ta' ħbiberija kontra Franza tas-17 ta' Novembru;[3] madanakollu, ma ġie użat matul it-telfa ta' 2–1. Id-debutt tiegħu wasal fit-2 ta' Settembru 2011 meta lagħab bħala difensur lemini fil-konfront kontra l-Bulgarija, validu għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012.[4]

Statistika tal-karriera [editja]

Klabb [editja]

Statistika korretta sat-18 ta' Settembru 2011[5]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Fulham 2008–09 1 0 0 0 0 0 1 0
2009–10 12 0 1 0 1 0 4 0 18 0
Total 13 0 1 0 1 0 4 0 19 0
Manchester United 2010–11 16 0 4 0 3 1 9 0 1 0 33 1
2011–12 5 1 0 0 0 0 1 0 1 1 7 2
Total 21 1 4 0 3 1 10 0 2 1 40 3
Total fil-karriera 45 2 5 0 5 1 14 0 5 1 74 4

Internazzjonali [editja]

Unuri [editja]

Klabb [editja]

Ingilterra Manchester United

Referenzi [editja]

  1. ^ Chris Beattie. (Ingliż) Chris Smalling: Fulham move proof there's talent outside Football League. Tribal Football, 04-01-2009. Aċċess tal-URL: 25-05-2009.
  2. ^ Ben Hibbs. (Ingliż) Reds swoop for Smalling. ManUtd.com, 26-01-2010. Aċċess tal-URL: 26-01-2010.
  3. ^ (Ingliż) Capello names squad. TheFA.com, 13-11-2010. Aċċess tal-URL: 14-11-2010.
  4. ^ Phil McNulty. (Ingliż) Bulgaria 0-3 England. BBC Sport, 02-09-2011. Aċċess tal-URL: 03-09-2011.
  5. ^ Andrew Endlar. (Ingliż) Chris Smalling. StretfordEnd.co.uk. Aċċess tal-URL: 08-08-2010.

Ħoloq esterni [editja]