Ben Foster

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Għal nies oħra bl-isem ta' Ben Foster, ara Ben Foster (diżambigwazzjoni).
Ben Foster Football pictogram.svg
Ben Foster.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Benjamin Anthony Foster
Twelid 3 ta' April 1983 (1983-04-03) (età 26)
Leamington Spa
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.92 m
Rwol Gowlkiper
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 12
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2000–2001
2001–2005
2002
2002–2003
2004
2004
2005
2005–
2005–2007
Racing Club Warwick
Stoke City
Bristol City
Tiverton Town
Stafford Rangers
Kidderminster Harriers
Wrexham
Manchester United
Watford
18 (0)
00 (0)
00 (0)
16 (0)
02 (0)
02 (0)
17 (0)
02 (0)
73 (0)   
Tim nazzjonali
2006– Ingilterra 02 (0)

Aġġornament: 08:50, 12 April 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Ben Foster (Leamington Spa, 3 ta' April 1983) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala gowlkiper. Huwa jilgħab għat-tim ta' Manchester United fil-Premier League Ingliż.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Racing Club Warwick

Ben Foster beda l-karriera fil-futbol ma' Racing Club Warwick fis-sena 2000. Hu dam staġun mal-klabb sakemm wara ngħaqad ma' Stoke City.

[editja] Stoke City

Matul iż-żmien ma' Stoke, Foster kellu żmien ta' self ma' Tiverton Town, Bristol City, Stafford Rangers, Kidderminster Harriers u Wrexham. Foster kellu jkun barra mill-azzjoni għal sitt xhur wara li bata minn uġigħ fil-ligament tal-irkoppa.[1]

[editja] Manchester United

Alex Ferguson kien ntebaħ bit-talent ta' Ben Foster meta kien qed jilgħab ma' Wrexham, taħt self minn Stoke, meta l-kowċ ta' United kien qed jara lit-tifel tiegħu, Darren, fil-finali tal-LDV Vans Trophy, li Wrexham rebħu. Manchester United kienu qed ibatu għal xi snin biex jissostitwixxu lil-leġġenda Peter Schmeichel, fil-pożizzjoni ta' gowlkiper, u Ferguson iddeċieda li jikseb il-żagħżugħ Foster b'somma ta' £1 miljun.

Hu ngħaqad ma' Manchester United minn Stoke City fid-19 ta' Lulju 2005. Bejn l-2005 u l-2007, hu ġie msellef lit-tim ta' Watford. Il-kowċ ta' Watford, Aidy Boothroyd, stqarr li "Foster hu aħjar mill-gowlkiper kurrenti ta' Manchester United Edwin van der Sar"[2] u jemmen li "hu se jkun l-aqwa gowlkiper fid-dinja".[3] Ferguson, il-kowċ ta' Manchester United, kompla jistqarr li Foster se jkun is-sostitut għall-post ta' Edwin van der Sar bejn il-lasti ta' United u eventwalment jieħu post Paul Robinson bħala l-"gowlkiper li jmiss tal-Ingilterra".

Foster kellu staġun tajjeb ma' Watford, fejn irċieva tifħir kbir mill-opinjonisti tat-timijiet opposti u kummentaturi. L-istatura u l-kunfidenza tiegħu, kif ukoll l-interventi li għamel fuq ix-xuttijiet kienu mpressjonanti fl-ewwel staġun sħiħ professjonali. Foster għen lil Watford biex jilħqu l-Premier League billi rebħu lil Leeds United fil-finali tal-play-off.

Fl-10 ta' Awissu 2006, Foster reġa' ffirma staġun ieħor ta' self ma' Watford wara li Manchester United assiguraw is-servizzi tal-Pollakk Tomasz Kuszczak taħt self. Foster baqa' f'Vicarage Road għall-istaġun sħiħ 2006-07 hekk kif United ma kellhomx bżonn isejħulu lura.

F'Ġunju 2007, kien imħabbar li Foster kien se jiġi operat minħabba li kien weġġa' fil-ligament tal-irkoppa l-leminija.[4] Ir-ritorn tiegħu wasal f'logħba tar-riservi kontra Middlesbrough fis-6 ta' Marzu 2008. Foster iddebutta ma' Manchester United fil-15 ta' Marzu 2008 kontra Derby County, hekk kif Van der Sar kien imweġġa waqt li Kuszczak kien sospiż. United rebħu 1–0, b'Foster jagħmel żewġ interventi importanti biex żamm l-iskor favur United.

Però, minkejja din il-prestazzjoni, Ferugson ma bediex lil Foster għall-partita kontra Bolton Wanderers, u għażel lil Kuszczak li kien għadu kif serva s-sospensjoni. Ir-raġuni kienet li Foster ma kienx reġistrat, u b'hekk kien ineliġibbli biex jilgħab fil-kompetizzjoni Ewropea, b'hekk Kuszczak kien ikun l-uniku gowlkiper eleġibbli u disponibbli jekk Van der Sar ma jkunx irkupra mill-uġigħ.

Wara li sofra minn waqfa ta' tmien ġimgħat f'Settembru tal-2008 wara li kien għamel waqgħa ħażina fuq l-irkoppa f'logħba mat-tim tar-riservi ta' Manchester United, Foster għamel ir-ritorn tiegħu f'logħba miċ-Champions League kontra Celtic nhar il-5 ta' Novembru 2008. Nhar l-1 ta' Marzu 2009, Alex Ferguson għażel lil Foster bejn il-lasti għall-finali tal-League Cup 2009 ġewwa Wembley Stadium. Wara li l-partita spiċċat mingħajr gowls anke wara l-ħin barrani, waqt l-għoti tal-penalties Foster salva l-penalty mogħti mill-plejer ta' Tottenham Jamie O'Hara. Din, flimkien mal-iżball ta' David Bentley, taw lil United rebħa ta' 4–1 bil-penalties u t-titlu tal-League Cup. Għall-prestazzjoni tiegħu, hu ġie mogħti l-unur tal-plejer tal-partita.

[editja] Internazzjonali

Fis-26 ta' Mejju 2006, Foster kien imsejjaħ fil-lista temporanja tal-Ingilterra għat-Tazza tad-Dinja 2006, minħabba li Robert Green kien weġġa' f'partita internazzjonali "B" kontra l-Belarus.

Wara li Foster reġa' ffirma self ieħor ma' Watford, hu kien imsejjaħ fl-ewwel tim ta' Steve McClaren bħala wieħed mit-tliet gowlkipers tal-partita ta' ħbiberija kontra l-Greċja. Hu ddebutta mal-Ingilterra fit-telfa tal-Ingilterra 1–0 kontra Spanja fis-7 ta' Frar 2007. Wara li kien ilu madwar sentejn nieqes mill-kamp internazzjonali, il-prestazzjoni tajba li wettaq fil-finali tal-Carling Cup wasslet lil Fabio Capello biex jagħżlu fost l-iskwadra Ingliża u deher bħala sostitut fit-tieni taqsima fir-rebħa ta' 4–0 fuq l-iSlovakkja.

[editja] Referenzi

  1. ^ Foster out for six months (Ingliż). Sky Sports (24-06-2003). Aċċessata nhar il-19-08-2007.
  2. ^ Kliem tradotti minn: "He's better than current Manchester United goalkeeper Edwin van der Sar."
  3. ^ Kliem tradotti minn: "He is going to be the best goalkeeper in the world."
  4. ^ Knee surgery for Man Utd's Foster (Ingliż). BBC Sport (06-06-2007). Aċċessata nhar il-06-06-2007.

[editja] Ħoloq esterni