Alessandro Nesta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Alessandro Nesta
Alessandro Nesta.jpg
Informazzjoni personali
Twelid 3 ta' Lulju 1976 (1976-19-03) (36 sena)
Ruma
Pajjiż Bandiera tal-Italja Italja
Tul 1.87 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Kanada Montreal Impact
Numru 13
Klabbs ġovanili
1985–1993 Italja Lazio
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1993–2002 Italja Lazio 261 (3)
2002–2012 Italja Milan 326 (10)
2012– Kanada Montreal Impact 8 (0)
Tim nazzjonali
1996–2006 Italja Italja 78 (0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: —Acmilanmalta1 (d) 1:51, 2 ta' Marzu 2013 (UTC)

Alessandro Nesta (Ruma, 19 ta' Marzu 1976) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilghab mal-klabb ta' Milan. Il-pożizzjoni komuni tiegħu hija dik ta' difensur ċentrali. Rebbieħ flimkien mat-tim nazzjonali Taljan tat-Tazza tad-Dinja 2006, f'Marzu tal-2004 ġie mniżżel mil-leġġenda Pelé fost l-aqwa 100 plejer mondjali skont hu.

Werrej

Karatteristiċi tekniċi [editja]

Nesta huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri ċentrali fid-dinja tal-futbol. Huwa difensur veloċi ħafna, atletiku u b'saħħtu. Magħruf ukoll għas-sens ta' pożizzjoni li għandu fil-grawnd u għall-mod kif jantiċipa lil attakkant.

Karriera [editja]

Lazio [editja]

Rappreżentant ta' AS Roma kien għall-bidu induna bit-talent li jipposjedi Nesta meta kien għadu tifel, imma missieru ma riedx li ibnu jilgħab mar-Roma minħabba li hu kellu legami kbar mar-rivali kbar taghhom, SS Lazio. Fl-1985, beda l-karriera tiegħu mal-Lazio kif xtaq missieru. Fl-1993 il-kowċ Zdenek Zeman għaraf it-talent ta' Nesta u għażlu biex jilgħab mal-ewwel ħdax fis-Serie A. Nesta lagħab l-ewwel logħba tieghu kontra Udinese, logħba li ntemmet 2–2. Fl-istaġun 1997–98, Nesta skorja l-gowl deċiżiv li rebbaħ il-Coppa Italia lil Lazio konta l-Milan. Fl-1998 ġie magħżul minn Cesare Maldini fl-iskwadra li kellha tirrapreżenta lit-tim nazzjonali Taljan ġewwa Franza għat-Tazza tad-Dinja. Waqt it-Tazza tad-Dinja, Nesta weġġa' u kellu jibqa' barra mil-logħob għal ħames xhur. Ir-ritorn lura tiegħu wasal f'Diċembru tal-1998 fejn kien strumentali fit-tiġrija għall-kampjonat li ntilef fl-aħħar ġurnata għal punt biss. Fl-1999 bhala kaptan mexxa lit-tim tiegħu għal rebha fit-Tazza tat-Tazzi u ftit xhur wara għolla wkoll is-Supercup Ewropea. L-ikbar sodisfazzjon għal Nesta waslet fis-sena ta' wara meta irnexxielu jirbaħ kemm il-kampjonat kif ukoll il-Coppa Italia.

Milan [editja]

Fis-sena 2002, Il-president tal-Lazio Sergio Cragnotti kellu jbieh hafna mill-plajers tieghu minhabba krizi finanzjarja li waslitu ghal falliment. Nesta gie akkwistat mil-A.C.Milan fl-ahhar jum tal-calciomercato. Nesta kompla sahhah id-difiza tal-Milan li diga kienet issahhet bl-akkwist ta' Jaap Stam ftit qalbel. Fl-ewwel stagun tieghu mal-Milan, nesta rebah it-tazza tac-campjins u l-Coppa Italia. Nesta kompla jzid fl-unuri personali tieghu bir-rebh ta` Supercoppa UEFA, kampjonat, u Supercoppa Taljana.

Ħoloq esterni [editja]