Wikipedija:Politika u linji gwida
Il-Wikipedija huwa proġett kollaborattiv, u kemm il-fundaturi u kif ukoll il-kontributuri tiegħu għandhom għan uniku komuni:
“ L-għan tal-Wikipedija huwa li tinħoloq enċiklopedija ħielsa u ta' min jorbot fuqha; fil-fatt, l-ikbar enċiklopedija fl-istorja, kemm fil-kobor u fil-profondità tal-kontenut tagħha. ”
Il-Wikipedija għandha politika u linji gwida li jgħinuna nimxu lejn dan l-għan. Hemm xi wħud minnhom li għadhom qed jiġu ffurmati, kif ukoll oħrajn li ilhom li ġew deċiżi u li huma approvati mill-maġġoranza.
Filwaqt li l-politika tagħna tkompli tevolvi, ħafna Wikipedjani jemmnu li r-regoli miktuba ma jolqtux kull aspett tal-imġiba ħażina. Per eżempju, utent illi jaħdem kontra l-ispirtu tal-politika miktuba tagħna jista' jiġi mwiddeb anki jekk ma jkun kiser l-ebda regola. Dawk li jagħmlu modifiki b'rieda tajba, juru mġiba ċivili, ifittxu l-kunsens, u jaħdmu lejn l-għan li tinħoloq enċiklopedija imparzjali, għandhom jsibu ambjent li jilqagħhom.
Politika
[immodifika s-sors]M'hemmx għalfejn taqra kull aspett tal-politika tal-Wikipedija biex tkun tista' tikkontribwixxi, għalkemm aħna nissuġġerixxu li jkollok idea tajba tal-politika tal-Wikipedija sabiex ittejjeb l-esperjenza tiegħek.
- Il-Wikipedija hija enċiklopedija. Dak huwa l-uniku għan tagħha. Ara x'mhijiex il-Wikipedija għal aktar informazzjoni.
- Kun newtrali. L-artikli għandhom jiġu miktuba minn punt ta' vista newtrali, u jitrattaw l-opinijonijiet diversi fuq suġġett partikulari b'mod fattwali u oġġettiv.
- Tiksirx id-drittijiet tal-awtur u l-copyrights. Il-Wikipedija hija enċiklopedija ħielsa liċenzjata taħt it-termini tal-Liċenzja ta' Dokumentazzjoni Ħielsa tal-GNU. Is-sottomissjoni ta' xogħol li jikser il-copyright huwa ta' tfixkil għall-għan tagħna li noħolqu enċiklopedija verament ħielsa li kulħadd jista' jiddistribwixxi. Apparti minn hekk, il-ksur tad-drittijiet tal-awtur jistgħu jwasslu għall-problemi legali. Ara Wikipedija:Copyright għal aktar informazzjoni.
- Irrispetta 'l-kontributuri l-oħra. Il-kontributuri tal-Wikipedija jiġu minn bosta pajjiżi u kulturi differenti, u allura jkollhom opinjonijiet differenti. Billi titratta l-oħrajn b'rispett tkun qiegħed tikkollabora effettivament mal-enċiklopedija. Għal aktar gwidi ara l-etiketta tal-Wikipedija, imġiba ċivili, riżoluzzjoni ta' kunflitt.
Kwistjonijiet
[immodifika s-sors]Kif tiġi deċiża l-politika?
[immodifika s-sors]Il-parti l-kbira tal-linji gwida tal-Wikipedija jiġu formulati fuq il-kunsens. Tali kunsens jista' jintlaħaq permezz ta' diskussjoni, speċjalment fuq argumenti kumpless jew delikati, jew b'riżultat ta' mġiba li tkun ilha ż-żmien issir. Ħafna drabi, il-linji gwida ma jinkitbux darba u jibqgħu hemm, imma jiżviluppaw maż-żmien.
Kwistjonijiet fuq il-politika jridu jiġu formulati u diskussi fl-ispazju tal-isem Wikipedija, fuq il-paġni ta' diskussjoni, u fuq Meta-wiki. Id-diskussjonijiet jisvolġu wkoll fuq IRC u fuq il-lista postali, imma żommu f'moħħkom li uffiċjalment il-politiki jridu jiġu aċċettati fuq il-Wikipedija. Jekk politika tkun waħda kontroversjali, qabel xejn trid tiġi diskussa u wara tiġi adottata. Il-votazzjoni hija utli wkoll, imma jridu jsiru biss wara diskussjoni preċedenti u bl-iskop li jinkiseb kunsens.
Kif tiġi rinforzata l-politika?
[immodifika s-sors]Int editur tal-Wikipedija. Wikipedija m'għandhiex kap tal-edituri jew xi mekkaniżmu ċentrali li jaħdem biex jivverifika u japprova x-xogħol tal-enċiklopedija. Minflok, huma l-parteċipanti attivi illi jikkoreġu, jimmodifikaw u jsolvu l-iżbalji li jaraw fl-artikli. B'hekk, il-parteċipanti huma kemm il-kittieba kif ukoll l-edituri.
Ħafna mill-politika u l-linji gwida allura jiġu nfurzati minn dawk l-individwi li jimmodifikaw il-paġni, liema modifiki jiġu diskussi mal-utenti l-oħra. Ċertu miżuri huma wkoll infurzati bi blokki mill-amministraturi, partikularment bħala risposta għal ċerti atti ta' vandaliżmu.
Tipi ta' politika
[immodifika s-sors]Il-ħoloq għall-politiki varji jistgħu jinstabu fil-kategoriji elenkati hawn taħt:
- Linji gwida – politiki aċċettati b'maġġoranza u suġġerimenti li kull wieħed irid isegwi
- Proposti tal-Wikipedija – proposti għal politiki u linji gwida ġodda
Konvenzjonijiet
[immodifika s-sors]Billi nsegwu dawn il-konvenzjonijiet, inkunu nistgħu noħolqu enċiklopedija iktar użabbli u konsistenti fil-kontenut tagħha:
- Gwida essenzjali u Wikifikazzjoni (kif timmodifika artiklu)
- Kriterji ta' ammissjoni ta' artiklu
- Konvenzjonijiet ta' nomenklatura (kif tagħti titlu għal artiklu) u Manwal tal-istil (għall-istil u l-konvenzjonijiet tal-artikli)
- Diżambigwazzjoni (kif issolvi l-kunflitti fuq it-titli)
- Użu ta' stampi (ġestjoni tat-tlugħ ta' stampi)
- Regoli għat-tħassir ta' paġni (kif tipproponi paġni għat-tħassir u kif jiġi esegwit it-tħassir)
Karatteristiċi riservati
[immodifika s-sors]Ċerti karatteristiċi li jistgħu jiġu użati ħażin, bħal ngħidu aħna, it-tħassir ta' paġni jew l-imblukkar ta' paġni, jistgħu jiġu wżati biss mill-amministraturi, li huma membri fdati u ta' esperjenza fil-komunità. Politika relevanti għall-amministraturi tinkludi:
- Politika dwar il-protezzjoni (meta u kif tipproteġi paġna)
- Politika dwar l-imblukkar (l-imblukkar ta' utenti biex tikkontrolla l-vandaliżmu)
Tipi ta' linji gwida
[immodifika s-sors]Linji gwida ġenerali
[immodifika s-sors]- Tibżax tagħmel modifika
- Assumi rieda tajba
- Ibni l-web
- Evita l-użu ta' bots
- Ipprovdi taqsira għall-modifiki tiegħek
Dawn huma ftit mil-linji gwida speċifiċi li ġew suġġeriti minn parteċipanti varji. Għal aktar għajnuna, ara kif tevita żbalji komuni.
Linji gwida dwar l-imġiba
[immodifika s-sors]- Iffirma l-kitbiet tiegħek fil-paġni ta' diskussjoni
- Evita kliem vulgari
- L-ebda attakk personali (u mexxi d-diverġenzi personali fuq l-email)
- L-ebda theddid legali
- Il-vantaġġ li tagħmel il-login qabel ma tagħmel modifiki drastiċi
- L-ebda isem tal-utent offensiv
- Jekk jogħġbok ilqa' fostna 'l utenti ġodda
- Agħti raġun għala rrevokajt lura
- Fittex kompromess minflok li tiggrava gwerra ta' edizzjoni b'revoki ripetuti
- Regola tat-tliet revoki
- Uża l-paġna tal-utent b'mod tajjeb
- Tagħmilx ħsara 'l-Wikipedija biex issostni opinjoni tiegħek
Linji gwida dwar il-kontenut
[immodifika s-sors]- Kif tikteb artiklu ta' kwalità
- Fisser il-ġergo
- Stqarr l-ovvju
- Iċċita s-sorsi: indirizza lill-qarrej lejn fonti ta' min jorbot fuqhom (u niżżilhom b'mod approprjat)
- Assigura ruħek li l-informazzjoni miktub hi verifikabbli
- Evita stqarrijiet li jiskadu malajr
- Ibqa' fuq it-tema
- Wissi lill-qarrejja dwar xi plott
- Agħmel artikli utli għall-utent (u ikkunsidra l-udjenza waqt li tkun qiegħed tikteb)
- Iċċekkja l-fatti li tkun qiegħed tikteb
- Qassar diskussjonijiet (xi drabi)
- Evita termini inutli
- Tkunx wisq ġeneriku fl-affermazzjonijiet tiegħek
- Evita artikli promozzjonali
- Evita artikli fuqek innifsek
- Evita kliem infeliċi
- Evita awto-riferimenti
Linji gwida dwar l-istil
[immodifika s-sors]- Manwal tal-istil
- Tinkludix kopji ta' sorsi primarji
- Speċifika dejjem it-taqsira tal-modifika
- Ikkunsidra l-kuntest meta tkun sejjer iżżid xi ħolqa
- Tagħmilx ħafna sezzjonijiet jew sottokapitli
- Toħloqx artikli twal ħafna
- Tagħmilx użu minn linja pawża
- Tagħmilx użu minn sottopaġni
- Agħmel aċċessibbli għal kulħadd artikli fuq suġġetti tekniċi
- Algoritmi fuq il-Wikipedija