Wikipedija:Firem
Fil-Wikipedija, il-firma hi wżata mill-utenti reġistrati fid-diskussjoni u fil-votazzjonijiet (bħal fis-sondaġġi), mhux fl-artikli. Il-firma standard hi kompost mill-isem ta' l-utent u ħolqa għall-paġna ta' diskussjoni ta' l-utent, segwita mid-data u l-ħin.
Fejn u meta tiffirma
[immodifika s-sors]Meta tiffirma, irispetta l-linji gwida
- Jiġu ffirmati l-interventi fuq il-paġni ta' diskussjoni
- Ma jiġux iffirmati l-kontribuzzjonijiet fuq l-artikli ta' l-enċiklopedija
Iffirma l-interventi tiegħek fid-diskussjonijiet
[immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għajnuna:Paġna ta' diskussjoni.
Aspett fundamentali tal-Wikipedija u l-Wikiketta hu li tiffirma l-interventi proprji fil-paġni ta' diskussjoni ta' l-utenti u l-artikli. Il-firma tgħin lill-qarrejja biex jifhmu l-evoluzzjoni ta' l-opinjonijiet u jattribwixxu korrettament il-kummenti għall-parteċipanti varji fid-diskussjoni. Meta tipparteċipa fid-diskussjoni, żid dejjem il-firma (ara kif, aktar l-isfel).
Tiffirmax fl-artikli
[immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għajnuna:Kronoloġija.
L-artikli ma jiġux iffirmati! Ismek jiġi awtomatikament miżjud flimkien mal-ismijiet tal-awturi l-oħra fil-kronoloġija ta' dak l-artiklu: is-software MediaWiki jagħti kas ta' kull modifika effetwata u mal-firma dan jikteb l-isem ta' l-awtur, id-data u l-ħin tal-kontribuzzjoni. Dan il-metodu hu aktar effikaċi u preċiż b'rispett għal xi lista ta' awturi fl-artiklu nnifsu.
Skond il-GFDL, l-artikli enċiklopediċi tal-Wikipedija jistgħu jkunu modifikati minn kulħadd, f'kull mument: l-artikli huma, f'ċertu sens, ta' kulħadd u ta' ħadd. Anke jekk artiklu jkun ikkrejat minn awtur singulari, modifikazzjoni suċċessiva se ttejjeb l-artiklu; min qgħad jiddedika l-ħin u l-paċenzja biex jikkontribwixxi għandu jkun kburi xorta waħda: il-kronoloġija ta' l-artiklu żżomm rekord ta' kull awtur.
Fil-każ li l-artiklu (jew parti sostanzjali minnu) hu frott ta' donazzjoni awtorizzata minn parti ta' persuna jew ta' organizzazzjoni waħda (eż. materjal espliċitament miħud minn sit elettroniku jew mill-awtur ta' ktieb), il-kontribut ikun imniżżel permezz ta' nota fil-parti ta' fuq fil-paġni ta' diskussjoni ta' l-artiklu.
Kif tiffirma
[immodifika s-sors]Il-firma standard tikkonsista minn 4 mewġiet: ~~~~. Is-sistemà tirrikonoxxi l-varjanti bi 3 jew 5 mewġiet.
Biex turi | Fonti | Riżultat tal-kodiċi | Viżwal |
---|---|---|---|
isem biss | ~~~ | [[User:Eżempju|Eżempju]] ([[User talk:Eżempju|talk]]) | Eżempju (talk) |
isem, ħin u data | ~~~~ | [[User:Eżempju|Eżempju]] ([[User talk:Eżempju|talk]]) 22:43, 12 Mejju 2008 (UTC) | Eżempju (talk) 22:43, 12 Mejju 2008 (UTC) |
ħin u data biss | ~~~~~ | 22:43, 12 Mejju 2008 (UTC) | 22:43, 12 Mejju 2008 (UTC) |
Dan il-mekkaniżmu li jdaħħal l-username (jew il-laqam tiegħek), jaħdem biss jekk tkun reġistrat u tkun affetwajt il-login.
Jekk iddaħħal il-mewġ, imma tkun għadek ma dħaltx fil-kont tiegħek, is-sistemà tissostitwixxi l-mewġ ma' l-indirizz IP. Dan hu motiv ieħor għala għandek tirreġistra! Minħabba li utenti anonimi ma jistax ikollhom paġna ta' l-utent, il-link tkun indirizzata direttament għall-kontribuzzjonijiet tiegħu.
Jekk tiddeċiedi li tgħin lill-Wikipedija mingħajr ma tirreġistra jew ma tagħmilx il-login, tista' tiffirma manwalment taħt format ta' pseudonimu, billi tikteb eżempju -- Anonimu. L-indirzz IP, madanakollu, ikun reġistrat xorta waħda fil-kronoloġija.
Jekk trid tiffirma bl-għaġla bl-isem ta' l-utent tiegħek biss (mingħajr l-ħin tal-posta) tista tikteb [[User:Username tiegħek|]] u dan jiġi hekk Username tiegħek.
Firma awtomatika
[immodifika s-sors]Dan hu l-mod l-aktar sempliċi: ikklikja il-buttuna li turi firma fit-toolbar ta' l-għodda (indikat fil-figura).
Meta tagħfas fuq din il-buttuna, jidhru dawn il-karattri --~~~~
Firma manwali
[immodifika s-sors]Manwalment, il-mewġiet jistgħu jinkitbu billi jinkitbu sekwenza ta' 4 karattri ta' 'mewġiet' mit-tastiera. Jekk dan il-karattru mhux preżenti, jistgħu jintużaw dawn il-kombinazzjonijiet fuq it-tastiera:
Sistemà operattiva Linux MacOS Windows Kombinazzjonijiet tat-tasti ALT GR + ì ALT + 5 ALT + 126 (fuq it-tastiera numerika)
Ippersonalizza l-firma
[immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għajnuna:Personalizzazzjoni tal-firma.
Xi wikipedjani jagħżlu li jippersonifikaw l-firma proprja tagħhom billi jagħmlu link kemm bejn il-paġna ta' l-utent u anki għall-paġna ta' diskussjoni, l-aktar għall-aħħar waħda, jew inkella jimmodifiaw l-grafika.
Ftakar li firma twila u mimlija kulur u karattri kbar, jew immaġini mhumiex mixtieqa.