Wikipedija:Politika dwar il-protezzjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din il-paġna turi politika uffiċjali tal-Wikipedija Maltija, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu kunsens.
Abbrevjazzjonijiet
WP:PROT
WP:PROTEZZJONI

Wieħed mill-ħames pilastri tal-Wikipedija hu li kulħadd għandu l-abbiltà li jirranġa u jimmodifika paġna. Madanakollu, hemm ċerti ċirkustanzi fejn xi paġni jistgħu jiġu protetti milli jiġu modifikati minn grupp ta' edituri.

Din il-funzjonalità hija disponibbli biss lill-amministraturi u l-protezzjoni tista' tkun indefinita jew tiskadi wara ċertu żmien. Il-livell differenti ta' protezzjoni huma elenkati hawn taħt u japplikaw meta timmodifika, tmexxi jew toħloq paġna, jew ittella' fajls. F'każ ta' paġna protetta, il-kelma "Immodifika" li tinsab fil-menu ta' fuq ta' kull paġna modifikabbli issir "Ara s-sors".

Regoli ġenerali[immodifika s-sors]

  • Il-protezzjoni tal-paġna trid tiġi wżata biss f'ċirkostanzi li huma definiti, minħabba li din tillimita l-użu normali tal-Wikipedija. Il-Wikipedija hi enċiklopedija miftuħa għall-kontribuzzjonijiet ta' kwalunkwe persuna u l-limitazzjoni, anki parzjali, ta' dan il-prinċipju fundamentali jrid ikun fundat fuq esiġenzi ta' sigurtà konkreti u gravi.
  • Ir-raġuni għall-protezzjoni ta' paġna irid ikun dejjem preċiżat fil-kaxxa relattiva b'mod li tkun tista' tinqara fir-reġistru tal-protezzjoni.
  • Il-protezzjoni tal-paġni m'għandhiex tkun użata bħala miżura "preventiva" biex tipproteġi paġni li jkunu viżitati ħafna (per eżempju, minħabba li għandhom x'jaqsmu ma' avvenimenti ta' kronaka jew minħabba li jkunu riveduti minn sit estern). Hu ppreferut li f'dan il-każ il-paġna ma tiġix protetta u hu aħjar li kieku żżidha ma' lista t'osservazzjoni personali, fejn b'hekk tkun tista' żżomm ħarstek fuq dak li jkun qed isir u tkun tista' taġixxi f'każ ta' vandaliżmi.

Għal raġuni teknika, l-unika utenti li jistgħu jipproteġu paġna huma l-amministraturi. Madanakollu, dawn m'għandhomx jedd iktar minn utenti oħrajn fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tal-paġni, u għalhekk:

  • L-amministraturi ma jistgħux jipproteġu paġni li kkontribwixxew b'mod sostanzjali fihom jew li qabel esprimew opinjonijiet fuq il-kontenut tal-artiklu fuq il-paġna ta' diskussjoni. L-amministratur li jkun irid jipproteġi artiklu u li jkun involut direttament fih, hu mitlub li jistaqsi l-intervent ta' amministratur ieħor (li attwalment hemm 4).
  • L-amministraturi jridu jastjenew milli jagħmlu modifiki fil-kontenut tal-paġna. Jekk, minħabba raġunijiet tekniċi jkun neċessarju li jiġu effetwati xi modifiki (żieda ta' xi mudell, korrezzjoni ta' ħolqa, korrezzjoni ta' kategoriji u similaritajiet), dawn iridu jkunu murija fil-kaxxa tat-taqsira. Meta jkunu qed jimmodifikaw artiklu, l-amministraturi huma utenti bħall-oħrajn kollha u b'hekk, mhuwiex permess, li joperaw modifiki ta' kontenut li huwa pprojbit għall-utenti l-oħra, anki jekk, teknikament, huma jkollhom l-possibilità.

Tipi ta' protezzjoni[immodifika s-sors]

Jintużaw diversi livelli ta' protezzjoni:

  • il-protezzjoni kompluta ma tħallix li jsiru modifiki fuq il-paġna mill-ebda utent minbarra l-amministraturi;
  • il-protezzjoni parzjali (li tissejjaħ ukoll semi-protezzjoni) tħalli li jsiru modifiki minn utenti kkonfermati awtomatikament;
  • il-protezzjoni mill-ħolqien ma tħallix li paġna li tkun ġiet imħassra terġa' tinħoloq
  • il-protezzjoni miċ-ċaqlieq tħalli l-paġna biex titmexxa biss mill-amministraturi

Protezzjoni kompluta[immodifika s-sors]

Il-protezzjoni kompluta tintuża biex:

  • tipproteġi xi paġni ta' servizz li huma l-iktar miżjura (per eżempu, il-paġna prinċipali) u ċerti mudelli jew moduli wżati ta' spiss;
  • tipproteġi xi paġni riservati għall-amministrazzjoni tas-sistema, bħal per eżempju l-ispazju tal-isem sħiħ tal-MediaWiki (l-amministraturi ma jistgħux ineħħu din il-protezzjoni);
  • tipproteġi xi paġni li jistgħux jiġu modifikati minħabba raġunijiet ta' copyright jew legali, bħaċ-ċaħda ġenerali jew il-politika tal-liċenzja;
  • tmanti l-integrità tal-logo, tal-copyright, tal-paġni ta' liċenzja u xi stqarrijiet għall-istampa;
  • twaqqaf il-modifika fuq paġni tal-utent u fis-sottopaġni u paġni ta' diskussjoni rispettivi ta' utenti mblukkati b'mod indefinit.

Minħabba kif inhu s-softwer tal-MediaWiki, il-paġni tal-utent /monobook.css u /monobook.js huma awtomatikament protetti kompletament u l-kontijiet assoċjati ma' dawn il-paġni jew amministraturi biss għandhom l-abbilità li jimmodifikawhom.

Minbarra f'hekk, il-protezzjoni kompluta tista' tiġi wżata għal perjodi qosra f'ċirkostanzi oħrajn:

  • Biex titwaqqaf edit war u tinterrompi kwalunkwe tilwim, sabiex l-utenti konċernati jitkellmu ma' xulxin fil-paġna ta' diskussjoni. F'dan il-każ, il-paġna tiġi protetta fil-verżjoni attwali (sakemm ma tinkludix xi vandaliżmu).
  • Biex tipprevjeni modifiki waqt manutenzjoni ta' paġna miżjura ħafna; per eżempju, waqt li jkun qiegħed jiġi identifikat xi żball fis-softwer tal-MediaWiki, matul operazzjonijiet ta' arkivjar jew tneħħija ta' ħwejjeġ li jivvjolaw il-copyright.

Protezzjoni parzjali[immodifika s-sors]

Il-protezzjoni parzjali hi wżata meta paġna tkun suġġett għall-atti gravi ta' vandaliżmu min-naħa ta' utenti anonimi u m'hemmx soluzzjonijiet oħra possibbli (per eżempju l-imblukkar tal-indirizz IP jew tal-klassi tal-indirizzi IP). L-għan ta' din it-tip ta' protezzjoni hu li l-paġna jsirilha t-titjib neċessarju, anke jekk dan it-titjib ikun limitat għall-utenti kkonfermati awtomatikament.

Hu stmat li f'ċerti każi, anki jekk il-proċedura hi teknikament possibli, mhijiex l-istrument adattat:

  • M'għandhiex tiġi wżata biex tikkumbati l-każi ta' edit war li jinvolvu lil utenti reġistrati u utenti anonimi.
  • Mhijiex miżura preventiva biex tevita vandaliżmi li għandhom ma ġrawx, relatati per eżempju mal-fatt li xi paġni jispiċċaw taħt għajnejn ta' ħafna nies minħabba avvenimenti kurrenti jew inkella minħabba li jkunu ppuntaw lejhom frekwentament minn siti esterni. Tintuża' biss għal xi mudelli li huma wżati ħafna, jekk ma tkunx neċessarja l-protezzjoni kompluta.
  • Mhijiex miżura ġeneralizzata biex timpedixxi l-modifiki min-naħa tal-anonimi u ma tirrapreżentax soluzzjoni għal każijiet ta' vandaliżmu żgħir.
  • M'għandhiex tirrigwarda l-paġni ta' diskussjoni, kemm jekk huma tal-artikli u anki tal-utenti, b'eċċezzjoni jekk ikunu għal xi każi estremi.

Protezzjoni miċ-ċaqlieq[immodifika s-sors]

Paġni li huma protetti miċ-ċaqlieq ma jistgħux jitmexxew għal titlu ġdida, minbarra minn amministratur. Il-protezzjoni miċ-ċaqlieq hi ġeneralment applikata lil:

  • Paġni li huma suġġetti għal vandaliżmu persistenti taċ-ċaqlieq tal-paġna.
  • Paġni li huma suġġetti għal argument fuq l-isem tal-paġna.
  • Paġni viżibbli li m'għandhom l-ebda raġuni li jitmexxew.

Awtomatikament, paġni li huma bi protezzjoni kompluta huma wkoll protetti miċ-ċaqlieq. Bħall-protezzjoni kompluta, l-amministraturi jridu jevitaw li jiffavorixxu isem fuq ħaddieħor, u l-protezzjoni m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala approvazzjoni tal-isem attwali.

Protezzjoni mill-ħolqien[immodifika s-sors]

Paġni li ma jeżistux jistgħu jkunu protetti, għal kwalunkwe perjodu ta' ħin, jekk ikunu qed jiġu ripetutament maħluqa mill-ġdid wara t-tħassir tagħhom skont il-politika ta' tħassir. L-amministraturi jistgħu japplikaw protezzjoni lejn paġni ineżistenti bl-istess proċedura bħall-paġni l-oħra. Protezzjoni bħal din mhijiex sensittiva skont kif jinkiteb it-titlu (jekk jinkitbux kapitali jew le). Lista ta' titli protetti tista' tinstab fuq Speċjali:TitliProtetti.

L-amministraturi ma jistgħux jużaw il-protezzjoni mill-ħolqien bħal miżura prematura, imma wara avvenimenti attwali. Restrizzjonijiet prematuri ta' titli ta' artikli ġodda jridu jkunu murija permezz tat-titleblacklist, li tippermetti għal protezzjoni aktar flessibli. Jekk xi kontributuri jkunu jridu li jerġgħu joħolqu artiklu li jkunu protett mill-ħolqien tiegħu b'kontenut aktar approprjat iridu jikkuntatjaw amministratur.