Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2010
Din il-paġna għandha diskussjonijiet li ġew arkivjati mill-Pjazza. Jekk jogħġbok timmodifikax il-kontenut ta' din il-paġna. Jekk tixtieq terġa' tqajjem diskussjoni, jew agħmel intervent ġdid jew uża l-paġna ta' diskussjoni assoċjata ma' dak is-suġġett.
Wikimania Scholarships
The call for applications for Wikimania Scholarships to attend Wikimania 2010 in Gdansk, Poland (July 9-11) is now open. The Wikimedia Foundation offers Scholarships to pay for selected individuals' round trip travel, accommodations, and registration at the conference. To apply, visit the Wikimania 2010 scholarships information page, click the secure link available there, and fill out the form to apply. For additional information, please visit the Scholarships information and FAQ pages:
Yours very truly,
Cary Bass
Volunteer Coordinator
Wikimedia Foundation
Help: Railway in Malta
I have no knowledge of Maltesian language. Based on English language sources I placed an Article on the only railway-line which ever existed on Malta into the German language wikipedia: . Is there anybody who would link a Maltesian language article on the topic (if it does exist) with the German one? Thanks! -- 84.59.191.173 17:14, 28 Marzu 2010 (UTC)
- These links might help you: [1], [2], [3]. (unfortunately not in Maltese) —Chrisportelli (d) 06:10, 29 Marzu 2010 (UTC)
- I wrote on the railway in the , but could not transfer the line-sketch from the . -- 94.219.60.223 18:37, 18 April 2010 (UTC)
Vetrina
Nixtieq li forsu għax-xahar ta' Lulju nerġgħu nintroduċu l-Vetrina, għax ilna neqsin xi ftit minn artiklu li ħa postu fil-vetrina. Jien kelli f'moħħi l-artiklu Evoluzzjoni. Nixtieq l-opinjoni tagħkom. —Chrisportelli (d) 18:55, 22 Ġunju 2010 (UTC)
Dan l-artiklu ttraduċejtu jien mill-Ingliż u allura ma nistgħax nagħti opinjoni. Però inwissi li dan l-artiklu hu daqsxejn tekniku u għalhekk kull tibdil għandu jsir bil-ħsieb.
Leli Forte (d) 20:40, 22 Ġunju 2010 (UTC)
- It-tibdil li nipproponi huwa wieħed grammatikali. Nagħti issa titwila lejh. —Chrisportelli (d) 06:10, 23 Ġunju 2010 (UTC)
Traduzzjoni
X'tista' tkun traduzzjoni tajba għal "Triple Alliance" għax ma nistax insib waħda tajba għaliha. —Chrisportelli (d) 14:49, 30 Ġunju 2010 (UTC)
Li nista' nissuġġerixxi huma "alleanza triplika" jew "alleanza bejn tlieta". .
Nawguralek Leli Forte (d) 15:26, 30 Ġunju 2010 (UTC)
"Alleanza trippla"? Leli Forte (d) 15:57, 30 Ġunju 2010 (UTC)
- Grazzi ;) —Chrisportelli (d) 18:42, 30 Ġunju 2010 (UTC)
'Good Articles' għall-Wikipedija
Nixtieq insaqsi jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħal il-kunċett tal-"Good Articles" li diġa' qiegħed fis-seħħ fil-Wikipedia Ingliża. Fil-fehma tiegħi hu kunċett tajjeb ferm, u ta' min jinkorporah.
Grazzi --Jmasini (d) 22:14, 2 Lulju 2010 (UTC)
- Għalissa qegħdin naħdmu fuq li nerġgħu nħaddmu l-Vetrina (Featured articles) għax ilna ma jkollna artikli inklużi f'din is-sezzjoni. Ġaladarba jkollna numru ta' artikli sostanzjali u ta' kwalità, nistgħu ndaħħlu dan il-kunċett. Bl-artikli li għandna bħalissa ftit li xejn nistgħu niddistingwu bejn artiklu li huwa tajjeb għall-"vetrina" jew biex ikun "artiklu tajjeb". —Chrisportelli (d) 07:23, 3 Lulju 2010 (UTC)
Abbozz għal Stub?
Naħseb li wasal iż-żmien li naqilbu darba għal dejjem l-użu ta' "Stub" għall-kelma Maltija abbozz. Fil-passat, hawnhekk fil-Pjazza, kienet fid-diskussjoni għal numru ta' drabi u ma narax għalfejn m'għandniex indaħħlu din il-kelma li mhix xi kelma ġdida jew mhix użata fil-kuntest Malti. Anzi, biss biss tintuża' fil-parlament u fil-kamp tal-ġurisdizzjoni. Il-kelma stub bl-Ingliż tfisser draft, li tfisser xi ħaġa (ktiba) preliminarja. Naħseb li l-kelma "abbozz" taqdina tajjeb. Barra minn hekk, diġà ġew tradotti numru ta' termini tal-Wikipedija għall-Malti, waħda minnhom 'spazju tal-isem' (għal namespace). Nixtieq nisma mingħandkom. —Chrisportelli (d) 11:31, 25 Lulju 2010 (UTC)
Artiklu fin-"Nazzjon"
Ktibt artiklu fil-gazzetta "In-Nazzjon" tas-Sibt, 7 ta' Awwissu 2010, dwar il-Wikipedija Maltija. Nispera li jogħġbokom :)
Wikipedija… bil-Malti!
Illum il-ġurnata, l-enċiklopedija famuża tal-Wikipedia (bil-Malti, il-Wikipedija), saret fenomenu fid-dinja tal-internet u llum hi fost l-ewwel sors ta’ informazzjoni għal ħafna minna. Il-kunċett tal-wiki, li fuqu huwa bbażat dan il-proġett, iwassal biex kull persuna tista’ timmodifika u toħloq artikli tagħha.
Illum jeżistu iktar minn 260 verżjoni tal-Wikipedija kollha b’lingwa differenti... anke bil-Malti! Il-proġett tal-Wikipedija bil-lingwa Maltija beda f’Settembru tal-2004 u s’issa ta l-kontribut għal aktar minn 2600 artiklu, fost numru ta’ paġni oħra. Bħall-Wikipediji l-oħra, dawn l-artikli kollha ġew miktuba minn voluntiera li jiddedikaw ħinhom għall-bini ta’ dik li nistgħu nsejjħulha bħala l-ewwel enċiklopedija bl-ilsien Malti. Għal min għandu għal qalbu l-lingwa Maltija wieħed m’għandux joqgħod lura milli jissieħeb f’dan il-proġett hekk interessanti li jkompli jpoġġi wiċċ il-Malti ‘l quddiem fid-dinja tal-internet.
Bħala utent jiena stess fi ħdan il-verżjoni Maltija tal-Wikipedija, mhux l-ewwel darba li nirċievi kummenti mingħand utenti barranin fuq kif huma affaxxinati fuq il-lingwa Maltija u fuq Malta. Dan għalija, flimkien mal-utenti li huma parteċipi sħaħ f’dan il-proġett, huwa ta’ stimolu biex nibnu din l-enċiklopedija li tista’ tkun biss ta’ ġid.
Għalhekk, wieħed għandu jagħti titwila lis-sit fuq http://mt.wikipedia.org/ u jagħti daqqa t’id.
Christopher Portelli
Rabat, Għawdex
Aċċess tal-artiklu b'mod elettroniku [4] —Chrisportelli (d) 09:36, 7 Awwissu 2010 (UTC)
Wales/Galles?
Għal ħafna żmien fuq din il-wiki użajna "Galles" bħala l-verżjoni Maltija tal-isem Wales. Però, naħseb li konna xi ftit żbaljati. Ftit, jew aħjar, rari tisma' minn jgħid Galles fl-ilsien komuni; aktar nisimgħu jingħad 'Wales'. Fuq europa.eu jiġi wżat Wales, u kif ukoll f'numru ta' paġni u dokumenti oħra bil-Malti. Jien nipproponi li l-pajjiż "Galles" (kif inhu miktub mt.wiki) għandu jiġi sostitwit bl-isem oriġinali (ie. Wales). Min-naħa l-oħra, għal aġġettivi nistgħu nużaw eżempju mużika Gallika. Fuq Kelmet kien hemm diskussjoni dwar din hawnhekk. Nisma' mingħandkom. —Chrisportelli (d) 16:30, 21 Awwissu 2010 (UTC)
- Naħseb għandek raġun! Leli Forte (d) 14:22, 22 Awwissu 2010 (UTC)
2010 Fundraising Is Almost Here
Hello Wikipedians, I am Kelly and I am working for the Wikimedia Foundation during the 2010 Fundraiser. My job is to be the liaison between your community and the Foundation. This year's fundraiser is intended to be a collaborative and global effort; we recognize that banner messages which may perform well in the United States don't necessarily translate well, or appeal to international audiences.
I'm contacting you as I am currently looking for translators who are willing to contribute to this project by helping translate and localize messages into different languages and suggesting messages that would appeal to your readers on the Fundraising Meta Page. We've started the setup on meta for both banner submission, statistical analysis, and grouping volunteers together.
Use the talk pages on meta, talk to your local communities, talk to others, talk to us, and add your feedback to the proposed messages as well! I look forward to working with you during this year's fundraiser. If someone could translate this message I would really appreciate it so that everyone is able to understand our goals and contribute to this year's campaign.
Klyman (d) 19:00, 21 Ottubru 2010 (UTC)
Tneħħir ta' artikli b'titlu żbaljat
Infakkar l-amministraturi tal-Wikipedja, sabiex jindunaw li ħafna artikli qegħdin jinħolqu b'titli irrilevanti jew żbaljati. Għaldaqstant, artiklu bħal Xinhu raxkament'' għandu jitneħħa jew l-isem tiegħu jiġi immodifikat. Nisħaq mill-ġdid, għaliex m'għandiex il-jedd li inħassar l-artikli.
Grazzi tal-attenzjoni u l-kumplament tal-festi t-tajba.
--Zammit1 (d) 22:45, 27 Diċembru 2010 (UTC)
- L-artiklu tħassar. Skużani forsi minix inkun daqshekk attiv imma impenjat bix-xogħol tal-iskola u hekk. Nagħti lilek u lill-utenti kollha ta' mt.wiki, l-awguri għall-ewwel tas-sena :) —Chrisportelli (d) 20:52, 28 Diċembru 2010 (UTC)