Wikiħbarijiet
URL | www.wikinews.org |
---|---|
Kummerċjali? | Le |
Tip ta' sit | Aħbarijiet online |
Reġistrazzjoni | Opzjonali |
Lingwi disponibbli | Multilingwali |
Proprjetarju | Fondazzjoni Wikimedia |
Maħluqa minn | Komunità Wikimedia |
Pożizzjoni fuq Alexa | 12,761[1] |
Stat attwali | Attiva |
Il-Wikibarijiet huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia fejn fiha jiġu ppublikat aħbarijiet minn madwar id-dinja. Jimmy Wales iddistingwa lill-Wikibarijiet minn mal-Wikipedija hekk kif hu stqarr li "fuq il-Wikibarijiet, kull storja li tinkiteb tkun qed tinkiteb bħala aħbar, oppost għal artiklu ta' enċiklopedija."[2] Il-politika tal-punto di vista newtrali espost mill-Wikibarijiet jiddistingwixxiha minn sfrozi ġurnalisti oħra bħal Indymedia u OhmyNews.[3] B'kuntrast mill-ħafna proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia, il-Wikibarijiet tħalli x-xogħol oriġinali li jsir fil-format ta' rappurtaġġ oriġinali u intervisti.[4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel proposta rikordjata ta' sit tal-aħbarijiet tal-Wikimedia kienet posta ta' żewġ linji minn persunan anonimu fil-5 ta' Jannar, 2003, fuq Meta-Wiki.[5] Daniel Alston, li kien jimmodifika lill-Wikipedija taħt l-isem ta' Fonzy,[6] stqarr li kien hu li kien bagħat dak il-messaġġ.[7] Din il-proposta ġiet aktar żviluppata mill-ġurnalista, żviluppatur tas-softwer u awtur Erik Möller. Kien hemm oppożizzjoni minn diversi kontributuri tal-Wikipedija, li kienu stqarrew fuq li kien hemm diġà l-eżistenza ta' taqsiriet tal-aħbarijiet fuq il-Wikipedija, li tat bidu għal diskussjonijiet u proposti fuq kif il-proġett il-ġdid jista' jiġi implimentat mill-Wikimedia.
F'Novembru tal-2004, ġiet ippublikata wiki demostrattiva biex turi kif sit tal-aħbarijiet kollaborattiv jista' jaħdem. F'Diċembru tal-2004, is-sit ma baqax fil-fażi demostrattiva u mexa għall-fażi beta. Fl-istess ħin, edizzjoni bil-Ġermaniż ġiet introdotta. Aktar tard ġew introdotti verżjonijiet bit-Taljan, l-Olandiż, il-Franċiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Bulgaru, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, l-Ukren, is-Serb, il-Ġappuniż, ir-Russu, l-Ebrajk, l-Għarbi, it-Tajlandiż, in-Norveġiż u biċ-Ċiniż (kollha f'ordni kronoloġika).
Fit-13 ta' Marzu, 2005, l-edizzjoni Ingliża tal-Wikibarijiet laħqet l-1,000 artiklu. Ftit xhur wara biss, f'Settembru tal-2005, il-proġett ġie trasferit għal-liċenzja tal-Creative Commons Attribution 2.5.[8] Fil-5 ta' Settembru, 2007, il-verżjoni Ingliża irnexxielha tilħaq kwota ta' 10,000 aħbar.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Alexa Internet, ed. (02-12-2008). "Dettalji tat-traffiku għal wikinews.org" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-22. Miġbur 2009-03-19. Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Joanna Glasner (29-11-2004). "Wikipedia Creators Move Into News" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Aaron Weiss (10-02-2005). "The Unassociated Press" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Wikinews:Original reporting.
- ^ Daħla arkivjata tal-posta anonima fuq Meta-Wiki.
- ^ Daħla arkivjata tal-paġna tal-utent ta' User:Fonzy fuq il-Wikipedija Ingliża, li tistqarr l-isem vera tiegħu.
- ^ Daħla ta' User:Fonzy jimmodifika l-artiklu "Wikinews" fuq il-Wikipedija Ingliża.
- ^ Wikinews jaqleb għal-liċenzja tal-Creative Commons
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Wikiħbarijiet |
- Wikibarijiet
- RSS Feed tal-Wikibarijiet
- Wikinews Reports – blogg mir-rappurtaturi tal-Wikibarijiet