Urby Emanuelson
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Urby Vitorrio Diego Emanuelson | ||
Twelid | 16 ta' Ġunju 1986 Amsterdam, Netherlands | ||
Tul | 1.76 m | ||
Rwol | Difensur, midfilder | ||
Mixtliet | |||
1994-2004 | Ajax | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2011 | Ajax | ||
2011–2014 | Milan | ||
2013 | → Fulham (self) | ||
2014–2015 | Roma | ||
2015–2015 | → Atalanta (self) | ||
2016 | Hellas Verona | ||
2016–2017 | Sheffield Wednesday | ||
2017–2022 | Utrecht | ||
Tim nazzjonali | |||
2005–2008 | Netherlands U21 | ||
2006-2012 | Netherlands |
Urby Vitorrio Diego Emanuelson (twieled fis-16 ta' Ġunju 1986) huwa eks-plejer tal-futbol Netherlandiż.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Ajax
[immodifika | immodifika s-sors]Emanuelson, kellu missieru Errol plejer tal-futbol u anki lagħab mat-tim Nazzjonali ta' Suriname. Huwa beda jilgħab ma' l'akkademja ta' Ajax. Iddebbutta ma' l-ewwel tim fil-kompetizzjoni Uefa fl-24 ta' Frar 2005 fil-logħoba tat-Tazza Uefa 2004/2005 kontra Auxerre-Ajax (3-1), meta daħal minn fuq il-bank tas-sostituti fid-79 minuta minflok Sneijder. Fl-10 ta' April 2005 iddebutta fl-Eredivisie, fil-logħoba mirbuħa 4-2 kontra AZ Alkmaar. Fl-istaġun ta' wara 2005/2006 sar id-difensur titolari fuq in-naħa tax-xellug fid-difiża ta' Ajax u rebaħ il-Johan Cruijff-schaal u fl-2006 il-KNVB Cup. Fl-2006 rebaħ il-premju talent tas-sena.
Fl-istaġun 2006/2007 rega rebaħ il-Johan Cruijff-schaal u il-KNVB Cup.
Fl-istaġun 2008-2009 ma' Marco van Basten bħala kowċ ta' Ajax, Emanuelson beda jilgħab difensu fiq in-naħa tax-xellug, imma minħabba żbalji li kien jagħmel beda jilgħab mal-linja tal-midfilders. Fit-30 ta' Novembru 2008 lagħab il-150 ma' Ajax.
Milan
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-23 ta' Jannar 2011 iffirma kuntratt ma'Milan. Il-plejer Olandiż kellu l-kuntratt tiegħu ma' Ajax fi tmiem tiegħu fl-aħħar ta' Ġunju 2011. Emanuelson iffirma kuntratt ta' 3 snin sat-30 ta' Ġunju 2014. Il-Milan ħallsu għalieh 1,7 miljun euro u 800.000 o]ra wara li rebħu l-kampjonat f-Ġunju, bit-total jilħaq 2,5 miljun euro.
Fis-26 ta' Jannar 2011 iddebbuta mill-bidu tal-logħoba bil-flokk ta' Milan fil-logħoba kontra Sampdoria, logħoba mil-kwart tal-finali tal-Coppa Italia 2010-2011, fejn kien l-awtur tal-passaġġ għal gowl ta'Pato bir-riżultat jispiċċa 2-1. Iddebbutta fis-Serje A fid-29 ta' Jannar 2011 fil-logħoba Catania-Milan, meta daħal fit-tieni taqsima minflok Alexander Merkel.
Skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta' Milan fl-20 ta' April 2011 fis-semifinali tal-Coppa Italja kontra Palermo. Fi-7 ta' Mejju 2011 rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu mal-Milan. Fis-6 ta' Awissu 2011 rebaħ is- Supercoppa italiana meta Milan għelbu lil Inter bl-iskor ta' 2-1. Fid-19 ta' Frar 2012 skorja l-ewwel gowl tiegħu fis-Serje A meta skorja it-tieni gowl għal Milan fir-rebħa kontra Cesena bl-iskor ta' 3-1.
Fit-3 ta' Ottobru skorja minn 'freekick' l-ewwel gowl tiegħu fil-Champions League fil-logħoba li spiċċat bl-iskor ta' 3-2 kontra Zenit.
Fulham
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-31 ta' Jannar 2013 ingħaqad b'self sa l-aħħar ta' l-istaġun ma' Fulham, fil-Premier League.
Iddebbutta bil-flokk ta' Fulham fit-2 ta' Frar 2013, fil-logħoba nterna li Fulham tilfu 1-0 kontra Manchester United. Fid-19 ta' Mejju 2013, fl-aħħar ġurnata tal-Premier League 2012-2013 kontra Swansea City, skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta' Fulham. Ikkonkluda l-istaġun bi 13 il-preżenza u gowl wieħed.
Ritorn ma' Milan
[immodifika | immodifika s-sors]Għamel ir-ritorn tiegħu ma' Milan wara l-parentesi ma' Fulham, fil-logħoba tal-play-off taċ-Champions League, PSV-Milan (1-1), fejn lagħab il-partita kollha bħala difensur fuq in-naħa tax-xellug.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Emanuelson kien parti mit-tim Olandiż FIFA U-20 World Cup fl-2005 li l-kompetizzjoni ntlabet fl-Olanda. Huma gew eliminati fil-kwart tal-finali kontra in-Nigeria. Huwa kien ukoll membru fit-tim Olandiż fil-kamjonati UEFA U-21 fl-2006.
Fis-16 ta' Awissu 2006 iddebbutta mat-Tim maġġuri ta' l'Olanda fl-logħoba ta' ħbiberija kontra ir-Republika ta' l-Irlanda. Għalkemm kien jigi magħzul okkazjonalment mat-Tim Olandiż għal logħob tal-kwalifikazzjoni tal-kampjonati Ewropej 2008, huwa tħalla barra mit-tim finali li ħa sehem fl-istess kopetizzjoni.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Urby Emanuelson fuq Soccerbase
- Urby Emanuelson – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)