Telč
Telč | |||
---|---|---|---|
Repubblika Ċeka | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Repubblika Ċeka | ||
Regions of the Czech Republic | Reġjun ta' Vysočina | ||
District of the Czech Republic | Distrett ta' Jihlava | ||
Kap tal-Gvern | Vladimír Brtník (en) | ||
Isem uffiċjali | Telč | ||
Ismijiet oriġinali | Telč | ||
Kodiċi postali |
588 56 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 49°11′02″N 15°27′11″E / 49.184°N 15.453°EKoordinati: 49°11′02″N 15°27′11″E / 49.184°N 15.453°E | ||
Superfiċjenti | 24.873079 kilometru kwadru | ||
Għoli | 514 m | ||
Fruntieri ma' | Radkov (en) , Horní Myslová (en) , Hostětice (en) , Dyjice (en) , Doupě (en) , Černíč (en) , Krahulčí (en) , Kostelní Myslová (en) , Mysliboř (en) , Vanůvek (en) , Vanov (en) , Sedlejov (en) , Třeštice (en) u Volevčice (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 5,185 abitanti (1 Jannar 2024) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1099 | ||
bliet ġemellati | Belpu Šaľa | ||
telc.eu |
Telč (bil-pronunzja Ċeka: [tɛltʃ]; bil-Ġermaniż: Teltsch) huwa raħal fid-Distrett ta’ Jihlava fir-Reġjun ta’ Vysočina tar-Repubblika Ċeka, b’popolazzjoni ta’ madwar 5,300 abitant.[1] Ir-raħal huwa magħruf sew għaċ-ċentru storiku tiegħu, li huwa protett bil-liġi bħala monument urban u huwa wkoll Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.
History
[immodifika | immodifika s-sors]Skont leġġenda lokali, ir-raħal ġie stabbilit fl-1099, madankollu l-ewwel dokumentazzjoni fejn jissemma hija tal-1315.[2] Ir-raħal twaqqaf fis-seklu 13 bħala fortizza tal-ilma rjali f’salib it-toroq tar-rotot kummerċjali bejn il-Boemja, il-Moravja u l-Awstrija.
Il-kastell Gotiku nbena fit-tieni nofs tas-seklu 14. Lejn l-aħħar tas-seklu 15, il-fortifikazzjonijiet tal-kastell ġew imsaħħa u nbena bieb-torri ġdid. Fin-nofs tas-seklu 16, il-kastell Medjevali ma baqax jissodisfa lin-nobbli Rinaxximentali Żakkarija ta’ Hradec, li ordna li l-kastell jiġi mmodifikat skont l-istil Rinaxximentali. Is-sular t’isfel ġie msaqqaf bir-riffieda mill-ġdid, filwaqt li l-faċċata ġiet iddekorata bl-isgraffito, u l-appartamenti statali u l-kwartieri abitabbli ngħataw ornamentazzjoni bl-istukko bit-trompe-l'œil u b’pitturi chiaroscuro paintings fl-1553. Il-kontroriforma wasslet għall-wasla tal-Ġiżwiti fir-raħal, li bnew il-knisja ddedikata lil Ġesù fl-1666-1667, skont il-pjanta ta’ Domenico Orsi. Il-kolonna ddedikata lill-Madonna u l-funtana fin-nofs tal-pjazza jmorru lura għas-seklu 18.[3]
Attrazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Apparti l-kastell Rinaxximentali monumentali tas-seklu 17 bi ġnien bi stil Ingliż (modifika ulterjuri tal-kastell Gotiku oriġinali), l-iktar attrazzjoni sinifikanti hija proprju l-pjazza tar-raħal, li hija kumpless uniku urban tawwali bi djar Rinaxximentali u Barokki ppreservati tajjeb ħafna bi frontuni għoljin u bl-arkati. Fl-1992, Telč tniżżel fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.[4] Oriġinarjament, il-parkeġġ tal-karozzi fil-pjazza kien ipprojbit, iżda fis-seklu 21 ir-regolamenti dwar il-parkeġġ ġew illaxkati u kemm-il darba jkun hemm ilmenti li minħabba l-karozzi pparkjati s-sbuħija tal-pjazza ma tkunx tista’ titgawda għalkollox.
Sit ta’ Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-ċentru storiku ta’ Telč ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba ċ-ċentru storiku ta’ Telč iħaddan fih elementi arkitettoniċi u artistiċi intatti ta’ kwalità straordinarja, speċjalment il-pjazza ċentrali mdawra b’varjetà kbira ta’ faċċati; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba fil-perjodu tal-Medju Evu aħħari fl-Ewropa Ċentrali ġew stabbiliti insedjamenti ppjanati f’żoni forestali verġni għal raġunijiet ta’ kontroll politiku u ta’ espansjoni ekonomika, u Telč huwa l-aqwa eżempju ta’ dan it-tip ta’ insedjament li baqa’ ppreservat tajjeb sa żminijietna.[4]
Films
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1963, Vojtěch Jasný ġibed il-film The Cassandra Cat proprju f’Telč. Iktar ’il quddiem, fl-1979, Werner Herzog ġibed il-film Woyzeck.
Diversi films Ċeki dwar ħrejjef inġibdu fil-kastell ta’ Telč. Fost l-iktar magħrufa kienu The Proud Princess (1952) jew Z pekla štěstí (1999).[5]
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Jaroslav Palliardi (1861-1922), arkeologu
- Siegfried Taub (1876-1946), politiku Lhudi
- Leopold Lojka (1886-1926), xufier tal-Arċiduka Franz Ferdinand
- Theodor Schaefer (1904-1969), kompożitur u pedagogu
- Míla Doleželová (1922-1993), pittur
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Telč huwa ġemellat ma’:[6]
- Belp, l-Iżvizzera
- Figeac, Franza
- Rothenburg ob der Tauber, il-Ġermanja
- Šaľa, is-Slovakkja
- Waidhofen an der Thaya, l-Awstrija
- Wilber, l-Istati Uniti
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Population of Municipalities - 1 January 2020". Population of Municipalities - 1 January 2020 (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-31.
- ^ 3nicom.cz. "Historical background". www.telc.eu . Miġbur 2021-03-31.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ Sváček, Libor (2015). UNESCO. pp. 40–45. ISBN 978-80-7339-067-9.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Telč". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-31.
- ^ "Telč: The Painted City | Foreigners.cz Blog". blog.foreigners.cz (bl-Ingliż). 2020-07-15. Miġbur 2021-03-31.
- ^ 3nicom.cz. "Partnerská města". www.telc.eu . Miġbur 2021-03-31.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)