L-Innu Malti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: ja:マルタ賛歌
m r2.7.1) (Bot Żieda: fa:سرود ملی مالت
Linja 39: Linja 39:
[[es:L-Innu Malti]]
[[es:L-Innu Malti]]
[[eu:L-Innu Malti]]
[[eu:L-Innu Malti]]
[[fa:سرود ملی مالت]]
[[fi:L-Innu Malti]]
[[fi:L-Innu Malti]]
[[fr:L-Innu Malti]]
[[fr:L-Innu Malti]]

Reviżjoni ta' 12:02, 19 April 2012

 U l-Kotra qamet f'daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!
Miskin min ikasbarni, – miskin min jidħak bija!” 

Rużar Briffa mill-poeżija Jum ir-Rebħ
Stampa:L-Innu Malti kliem mużika.JPG
Riproduzzjoni ta' fujlett antik bil-mużika tal-Innu u l-versi bil-Malti u l-Ingliż
Stampa:L-Innu Malti.png
L-Innu Malti
Stampa:Innumalti ewwel.jpg
Lapida li tikkomemora il-ħamsin sena anniversarju mill-ewwel eżekuzzjoni tal-Innu Malti mill-King's Own Band.

L-Innu Malti hu l-innu nazzjonali ta' Malta. Inkiteb bħala forma ta' talba lil Alla. Dan l-innu ġie kompost mill-Mro. Robert Samut bil-lirika toħroġ mill-pinna tal-Poeta Nazzjonali Malti Dun Karm Psaila.

Storja

Minn nofs is-seklu dsatax sas-snin tletin, Malta kienet għaddejja minn bidla fuq il-lat patrijottiku, b'ħafna ħassieba jħossu li Malta għandu jkollha l-innu nazzjonali tagħha. Fl-1850, Ġan Anton Vassallo kkompona Innu Lil Malta, li kien jintuża f'diversi manifestazzjonijiet u laqgħat politiċi Maltin. Fl-1922, il-Professur Mro. Robert Samut ikkompana melodija qasira. Sena wara, Dr. A.V. Laferla, kap tal-iskejjel primarji f'Malta, ġietu f'idejh din il-kompożizzjoni hekk kif hu xtaq li jkollu innu li jista' jiġi kantat mill-istudenti fl-iskejjel Maltin. Laferla staqsa lil Dun Karm Psaila biex jikteb il-kliem li jkun jista' jaqbel mal-melodija ta' Samut. Dun Karm Psaila kien magħruf għall-ħsibijiet reliġjużi u patrijottiċi li kien jikteb fil-poeżiji tiegħu, u fil-versi li kiteb ma naqasx li jdaħħal dawn l-elementi. L-innu kien diġà beda jindaq f'Diċembru tal-1922, ħafna drabi fl-iskejjel tal-istat. L-ewwel darba li nstama' fil-pubbliku kien fis-27 ta' Diċembru 1922 u darb'oħra fis-6 ta' Jannar 1923, waqt żewġ kunċerti fit-Teatru Manoel. Madanakollu, matul dawn iż-żewġ dehriet, tbiddlu xi versi mill-ewwel stanza. Din irrabjat lil Dun Karm, li pprotesta għal din permezz ta' artiklu f'gazzetta lokali. Minn dakinhar 'il quddiem l-ebda kelma ma nbidlet. Fit-3 ta' Frar 1923, żewġ kunċerti oħra saru fit-Teatru Manoel bil-parteċipazzjoni ta' tfal minn Tas-Sliema li kantaw il-versi oriġinali ta' Dun Karm. L-innu ndaqq mid-Duke of Edinburgh's Band tal-Birgu.

Fit-22 ta' Frar 1941, il-gvern Malti ddikjara l-innu bħala l-innu uffiċjali ta' Malta. Il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964 ikkonfermatu bħala l-Innu Nazzjonali ta' Malta, li llum jirrappreżenta wieħed mis-simboli tal-identità Maltija. Ġrajja interessanti seħħet fil-25 ta' Marzu 1945, waqt partita futbol bejn Malta XI u t-tim Jugoslav ta' Hajduks li ntlagħbet fil-grawnd tal-Gżira. F'dak iż-żmiem, Malta kienet għadha taħt l-Ingliżi, u l-Gvernatur Brittaniku kien preżenti. Qabel il-partita, il-banda daqqet l-innu tal-Jugoslavja, u wara l-innu tal-Gran Brittanja, minħabba li Malta kienet għadha stat kolonjali. Hekk kif il-gvernatur kien se jpoġġi, in-nies kollha qamu u bdew ikantaw l-Innu Malti. Il-Gvernatur, minkejja li kien imbarazzat, baqa' bilwieqfa sal-aħħar tal-innu. L-Innu jindaqq kuljum fuq il-mezzi tax-xandir, u anki waqt il-qadi uffiċjali tal-President ta' Malta, tal-Prim Ministru ta' Malta, u dawk tal-personaġġi statali oħra. Fl-iskejjel u waqt attivitajiet nazzjonali importanti, l-Innu Malti jindaqq ukoll.

Kliem

Lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,
Ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist:
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.
Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha,
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem:
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.

Ħoloq esterni