Frédéric Chopin: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: ms:Frédéric Chopin
m r2.6.4) (Bot Żieda: diq:Frédéric Chopin
Linja 55: Linja 55:
[[da:Frédéric Chopin]]
[[da:Frédéric Chopin]]
[[de:Frédéric Chopin]]
[[de:Frédéric Chopin]]
[[diq:Frédéric Chopin]]
[[el:Φρεντερίκ Σοπέν]]
[[el:Φρεντερίκ Σοπέν]]
[[en:Frédéric Chopin]]
[[en:Frédéric Chopin]]

Reviżjoni ta' 23:18, 14 Diċembru 2011

Frédéric Chopin
Isem: Fryderyk Franciszek Chopin
Twieled: 1 ta' Marzu 1810
Miet: 17 t'Ottubru 1849
Post tat-twelid: Żelazowa Wola, Polonja
Professjoni: Kompożitur tal- Mużika Romantika

Frédéric François [1]Chopin (Żelazowa Wola, 1 ta' Marzu 1810Pariġi, 17 t'Ottubru 1849), bil-Polakk Fryderyk Franciszek Chopin kien kompożitur u pjanista Polakk ta' parentela Franko-Polakka. Huwa meqjus bħala l-akbar kompożitur Polakk u indiskutibilment wieħed mill-ikbar pjanisti ta' kull żmien. Chopin iddevota ħajtu esklużżivament għall-pjanu u kien propju l-pjanu l-mezz ta kif trasmetta s-sentimenti tiegħu; il-maġġoranza rabja u dwejjaq, hekk kif stqarr l-istess Chopin. Madanakollu huwa propju l-istil ta' Chopin, dak melankoniku, li għamlu wieħed mill-iktar kompożituri famużi fid-dinja.

Huwa kien fost ir-rappreżentanti ewlenin tar-Romantiċiżmu u li kien magħruf bħala l-poeta tal-pjanu. Twieled fl-1820 f'raħal qrib Varsavja, il-Polonja. Il-lirika tieghu, ħafna drabi kompożiżżjonijiet mill-akar melakonici, ġabu popolarita' għal mużika bil-pjanu. Kien diġa' jdoqq il-pjanu meta fl-1826 iddeċieda jmur jistudja fil-Konservatorju ta' Varsavja. Wara li ta bosta kunċerti fi Munich u Vjenna, Chopin mar jgħix Parigi, fejn ta l-ewwel kunċert tiegħu fl-1831. F'Parigi kompla jiżviluppa t-talenti tiegħu. Huwa kien jiddejjaq jdoqq fil-pubbliku u pprefera jghallem u joqghod jikkomponi milli jitla' jdoqq fuq xi palk. Fl-1836 Franz Liszt laqqa' lil Chopin ma' George Sant, li magħha qatta' x-xitwa tal-1838-39 f'Majorka. Hemmhekk Chopin irnexxielu jikkomponi 24 preludju li huma meqjusa fost l-aqwa kompożizzjonijiet tiegħu. Għall-akbar parti ta' ħajtu, Chopin soffra minn problemi kontinwi ta' saħħa; ir-riżultat ta' dan kien il-mewta tiegħu ta' 39 sena biss, f'Pariġi, bil-marda tat-tuberkulożi.

Chopin introduċa forom mużikali bħal ballad strumentali u wettaq innovazzjonijiet kbar fis-sonata tal-pjanu, mazurka, waltz, notturn, polonaise, étude, impromptu u preludju.


Noti u Referenzi

  1. ^ L-isem bil-Polakk huwa Fryderyk Franciszek. Chopin kiseb il-varjant Franċiż Frédéric François meta t'għoxrin sena telaq mill-Polonja sabiex ma jirritornax. Illum din hija użata b'mod wiesgħa bħala alternattiva għall-isem Pollakk oriġinali.

Mudell:Link FA